+56. L- istrateġija tal - NPE għandha tiġi integrata bis - sħiħ fil - qafas tal - ġestjoni tar - …

56. L- istrateġija tal - NPE għandha tiġi integrata bis - sħiħ fil - qafas tal - ġestjoni tar - …

L- istrateġija tal - NPE għandha tiġi integrata bis - sħiħ fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskju. F’dak il - kuntest, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil:

  • a) ICAAP:13 l - komponenti rilevanti kollha tal - istrateġija tal - NPE għandhom ikunu kompletament allinjati ma’ u integrati fl - ICAAP. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iħejju valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal - iżviluppi tal - NPE taħt kundizzjonijiet ta’ bażi u ta’ stress inkluż l - impatt fuq l - ippjanar tal - kapital
  • b) RAF:14 L- istrateġiji ta’ RAF u NPE huma interkonnessi mill - qrib. F’dan ir - rigward, għandu jkun hemm definizzjoni tal - RAF definita b’mod ċar u l - limiti, approvati mill - korp maniġerjali, li huma f’konformità mal - elementi u l - miri ewlenin li jiffurmaw parti mill - istrateġija tal - NPE.
  • c) Pjan ta’ rkupru:15 fejn il - livelli tal - indikaturi u l - azzjonijiet relatati mal - NPE jiffurmaw parti mill - pjan ta’ rkupru, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li jkunu konformi mal - miri ta’ strateġija u l - pjan operazzjonali tal - NPE.

13 Kif definit fl - Artikolu 108 tad - Direttiva 2013/36/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l - aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

14 Kif deskritt fil - “Prinċipji għal qafas ta’ aptit ta’ riskju effettiv” tal - Bord għall - Istabilità Finanzjarja.

15 Kif meħtieġ mid - Direttiva 2014/59/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall - irkupru u r - riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d - Direttiva tal - Kunsill 82/891/KE u d - Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.