+2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
---+Suġġett
---+Kamp ta’ applikazzjoni
---+Destinatarji
---+Definizzjonijiet
---+Data taʼ applikazzjoni
|
2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Suġġett
|
Dawn il - Linji Gwida jispeċifikaw il - kundizzjonijiet, stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2018/3892 (l - RTS), għall - eżenzjoni tal - fornituri ta’ servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament li jkunu għażlu interfaċċa ddedikata, mill - obbligu li jistabbilixxu l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza deskritt fl - Artikolu 33(4) tal - RTS. Dawn il - Linji Gwida jipprovdu wkoll gwida dwar kif l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill - EBA għall - finijiet tal - eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS.
2 Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2018/389 tas -27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d - Direttiva (UE) 2015/2366 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall - awtentikazzjoni qawwija tal - konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri, ĠU L 69/23 (13.3.2018).
|
|
Kamp ta’ applikazzjoni
|
Dawn il - Linji Gwida japplikaw fir - rigward tal - miżuri ta’ kontinġenza għal interfaċċa ddedikata stabbiliti fl - Artikolu 33 tal - RTS u, b’mod partikolari, għall - eżenzjoni mill - obbligu li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontinġenza skont l - Artikolu 33(4) tal - RTS.
|
|
Destinatarji
|
Dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lill - awtoritajiet kompetenti kif definiti fil - punt (i) tal - Artikolu 4(2) tar - Regolament (UE) 1093/2010 u lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl - Artikolu 4(11) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2)3 .
3 Direttiva (UE) 2015/2366 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 25 ta’ Novembru 2015 dwar is - servizzi ta’ pagament fis - suq intern, li temenda d - Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar 2007/64/KE, ĠU L 337/36 (23.12.2015).
|
|
Definizzjonijiet
|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fil - PSD2 u fl - RTS għandhom l - istess tifsira f’dawn il - Linji Gwida.
|
|
Data taʼ applikazzjoni
|
Dawn il - Linji Gwida japplikaw mill - 1 ta’ Jannar 2019.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|