+Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs
|
Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs
6.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward it - tfassil tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. evidenza li l - interfaċċa ddedikata tissodisfa r - rekwiżiti legali għall - aċċess u d - data fil - PSD2 u fl - RTS,inklużi:
- i. deskrizzjoni tal - ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li l - ASPSP ikun implimenta; u
- ii. sommarju ta’ kif l - implimentazzjoni ta’ dawn l - ispeċifikazzjonijiet tissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS; u
- b. informazzjoni dwar jekk, u jekk iva kif, l - ASPSP kien involut ma’ PISPs, AISPs u CBPIIs.
6.2 Għall - finijiet ta’ dawn il - Linji Gwida, “inizjattiva tas - suq” tfisser grupp ta’ partijiet ikkonċernati li jkunu żviluppaw speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għal interfaċċi ddedikati u, b’dan il - mod, ikunu kisbu input minn PISPs, AISPs u CBPIIs. 6.3 Fejn l - ASPSP ikun qiegħed jimplimenta standard żviluppat b’inizjattiva tas - suq: - a. l - informazzjoni msemmija fil - punt (i) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tikkonsisti minn informazzjoni dwar liema standard ta’ inizjattiva tas - suq l -A SPSP ikun qiegħed jimplimenta, jekk iddevjax jew le f’xi aspett speċifiku minn tali standard, u jekk iva, kif iddevja u kif jissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS;
- b. l - informazzjoni msemmija fil - punt (ii) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tinkludi, fejn ikunu disponibbli, ir - riżultati tal - ittestjar tal - konformità żviluppat mill - inizjattiva tas - suq, li jikkonfermaw il - konformità tal - interfaċċa mal - istandard rispettiv tal - inizjattiva tas - suq.
6.4 Għall - finijiet tar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward l - ittestjar tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jagħmel l - ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal - interfaċċa ddedikata disponibbli għall - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs awtorizzati jew għall - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti skont l - Artikolu 30(3) tal - RTS, inkluż, bħala minimu, li jippubblika sommarju tal - ispeċifikazzjoni tal - interfaċċa ddedikata fuq is - sit web tiegħu skont it - tielet subparagrafu tal - Artikolu 30(3) tal - RTS. 6.5 Il - faċilità tal - ittestjar għandha tippermetti lill - ASPSPs, lill - PISPs, AIPSs u CBPIIs awtorizzati jew lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti, li jittestjaw l - interfaċċa ddedikata f’ambjent ta’ ttestjar sigur u ddedikat, b’data dwar PSU mhux reali, għal dawn li ġejjin: - a. konnessjoni stabbli u sigura;
- b. l - abbiltà tal - ASPSPs u tal - PISPs, AISPs u CBPIIs awtorizzati, li jiskambjaw iċ - ċertifikati rilevanti skont l - Artikolu 34 tal - RTS;
- c. l - abbiltà li tibgħat u tirċievi messaġġi ta’ żball skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS;
- d. l - abbiltà tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, ordnijiet għall - bidu ta’ pagament u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (b) tal - Artikolu 66(4) tal - PSD2 u l - ittra (b) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
- e. l - abbiltà tal - AISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet għall - aċċess għad - data tal - kontijiet ta’ pagament, u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (a) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
- f. l - abbiltà tas - CBPIIs u tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet mingħand is - CBPIIs u l - PISPs u l - abbiltà tal - ASPSP li jibgħat konferma “iva/le” lis - CBPIIs u lill - PISPs skont l - ittra
- (c) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS; u
- g. l - abbiltà tal - PISPs u tal - AISPs li jibbażaw fuq il - proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu. 6.6 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS għal kull wieħed mill - elementi li jridu jiġu ttestjati skont l - ittri (a) sa (g) tal - paragrafu 6.5 hawn fuq, inkluż l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw il - faċilità tal - ittestjar, il - feedback li rċieva l - ASPSP mingħand dawn il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, il - kwistjonijiet identifikati u deskrizzjoni ta’ kif dawn il - kwistjonijiet ġew indirizzati.
6.7 Għall - finijiet li jiġi valutat jekk l - ASPSP jissodisfax ir - rekwiżiti fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll kwalunkwe problema rrappurtata lilha mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs fir - rigward tal - Linja Gwida 6.5 hawn fuq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|