+3. Linji Gwida
---+Linja Gwida 1: Issodisfar tal- kundizzjonijiet stabbiliti fl -Artikolu 33(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389
---+Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz
---+Linja Gwida 3: Pubblikazzjoni tal -istatistika
---+Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress
---+Linja Gwida 5: Ostakoli
---+Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs
---+Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa
---+Linja Gwida 8: Soluzzjoni tal -problemi
---+Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA

3. Linji Gwida

3. Linji Gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Linja Gwida 1: Issodisfar tal- kundizzjonijiet stabbiliti fl -Artikolu 33(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389

1.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jiġġestixxi l - kont (ASPSP) bħala li jkun issodisfa l - erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS meta l - ASPSP ikun konformi mar - rekwiżiti stabbiliti fil - Linji Gwida 2 sa 8, soġġett għall - konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fil - PSD2 u fl - RTS.

1.2. L- ASPSPs għandhom jipprovdu lill - awtoritajiet kompetenti l - informazzjoni neċessarja sabiex jissodisfaw lill - awtoritajiet kompetenti li r - rekwiżiti fil - Linji Gwida 2 sa 8 ġew issodisfati.

Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz

2.1. L- ASPSP għandu jiddefinixxi l - indikaturi ewlenin tal - prestazzjoni (KPIs) u l - miri tal - livell tas - servizz, inkluż għas - soluzzjoni tal - problemi, l - appoġġ barra s - sigħat normali, il - monitoraġġ, il - pjanijiet ta’ kontinġenza u l - manutenzjoni għall - interfaċċa ddedikata tiegħu, li jkunu mill - anqas stretti daqs dawk għall - interfaċċa/i magħmulin disponibbli għall - utenti tas - servizzi ta’ pagament (PSUs) tiegħu stess biex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom.

2.2. L- ASPSP għandu jiddefinixxi bħala minimu, il - KPIs li ġejjin tad - disponibbiltà tal - interfaċċa ddedikata:

  • a. l - uptime għal kull jum tal - interfaċċi kollha; u
  • b. id - downtime għal kull jum tal - interfaċċi kollha.

2.3. Minbarra l - KPIs dwar id - disponibbiltà fil - Linja Gwida 2.2, l - ASPSP għandu jiddefinixxi, bħala minimu, il - KPIs li ġejjin għall - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata:

  • a. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament (PISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 66(4)(b) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(b) tal - RTS;
  • b. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 36(1)(a) tal - RTS;
  • c. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - emittent ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard (CBPII) jew lill - PISP b’konferma “iva/le” skont l - Artikolu 65(3) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(c) tal - RTS;
  • d. ir - rata ta’ rispons għall - iżbalji ta’ kuljum – ikkalkulata bħala l - għadd ta’ messaġġi ta’ żbalji li jirrigwardaw żbalji attribwibbli lill - ASPSP mibgħuta mill - ASPSP lill - PISPs, lill - AISPs u lis - CBPIIs skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS kull jum, diviż bl - għadd ta’ talbiet riċevuti mill - ASPSP mingħand l - AISPs, il - PISPs u s - CBPIIs fl - istess jum.

2.4. Sabiex jiġu kkalkulati l - indikaturi tad - disponibbiltà stabbiliti fil - Linja Gwida 2.2 għall - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu:

  • a. jikkalkula l - perċentwal tal - uptime bħala 100% tnaqqas minnu l - perċentwal tad - downtime;
  • b. jikkalkula l - perċentwal ta’ downtime billi juża l - għadd totali ta’ sekondi li l - interfaċċa ddedikata ma kinitx qiegħda taħdem f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jibda u jintemm f’nofsillejl;
  • c. iqis l - interfaċċa bħala “mhux qiegħda taħdem” meta ħames talbiet konsekuttivi għall - aċċess għall - informazzjoni għall - forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet jew konferma tad - disponibbiltà ta’ fondi ma jiġux imwieġba fi żmien totali ta’ 30 sekonda, irrispettivament minn jekk dawn it - talbiet joriġinawx minn PISP, AISP jew CBPII wieħed jew aktar. F’każ bħal dan, l - ASPSP għandu jikkalkula d - downtime mill - mument li jkun irċieva l - ewwel talba fis - sensiela ta’ ħames talbiet konsekuttivi li ma ġewx imwieġba fi żmien 30 sekonda, bil - kundizzjoni li ma jkunx hemm talba bejn dawk il - ħames talbiet li għaliha tkun ġiet ipprovduta tweġiba.
Linja Gwida 3: Pubblikazzjoni tal -istatistika

3.1 Għall - finijiet tal - Artikolu 32(4) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti tiegħu pjan għall - pubblikazzjoni ta’ statistika ta’ kuljum fuq bażi trimestrali dwar id - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata kif stabbilit fil - Linji Gwida 2.2 u 2.3, u ta’ kull waħda mill - interfaċċi magħmulin disponibbli għall - PSUs tiegħu sabiex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom, flimkien ma’ informazzjoni dwar fejn tkun se tiġi ppubblikata din l - istatistika u d - data tal - ewwel pubblikazzjoni.

3.2 Il - pubblikazzjoni msemmija fil - Linja Gwida 3.1 hawn fuq għandha tippermetti lill - PISPs, lill - AISPs, lis - CBPIIs u lill - PSUs li jqabblu d - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata mad - disponibbiltà u l - prestazzjoni ta’ kull waħda mill - interfaċċi magħmulin disponibbli mill - ASPSP għall - PSUs tiegħu sabiex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom fuq bażi ta’ kuljum.

Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress

4.1 Għall - finijiet tat - testijiet tal - istress imsemmija fl - Artikolu 32(2) tal - RTS, l - ASPSP għandu jkollu fis - seħħ proċessi sabiex jistabbilixxu u jivvalutaw il - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata meta tkun soġġetta għal għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’termini tal - impatt li dan l - istress ikollu fuq id - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata u l - miri definiti tal - livell tas - servizz.

4.2 L- ASPSP għandu jwettaq ittestjar adegwat tal - istress tal - interfaċċa ddedikata li jinkludi iżda li mhuwiex limitat għal:

  • a. il - kapaċità li tappoġġa l - aċċess minn diversi PISPs, AISPs u CBPIIs;
  • b. il - kapaċità li tittratta għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’perjodu qasir ta’ żmien mingħajr ma tfalli;
  • c. l - użu ta’ għadd estremament għoli ta’ sessjonijiet konkomitanti miftuħa fl - istess ħin għal talbiet ta’ bidu ta’ pagament, informazzjoni dwar il - kontijiet u konferma dwar id - disponibbiltà tal - fondi; u
  • d. talbiet għal volumi kbar ta’ data. 4.3 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tat - testijiet tal - istress, inklużi s - suppożizzjonijiet użati bħala bażi għall - ittestjar tal - istess ta’ kull wieħed mill - elementi fl - ittri (a) sa (d) tal - Linja Gwida 4.2 hawn fuq u kif ġiet indirizzata kwalunkwe kwistjoni identifikata.
Linja Gwida 5: Ostakoli

5.1 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. sommarju tal - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni tal - PSUs li huma appoġġati mill - interfaċċa ddedikata, jiġifieri ridirezzjoni, diżakkoppjat, inkorporat jew kombinazzjoni tagħhom; u
  • b. spjegazzjoni tar - raġunijiet għaliex il - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni msemmija fil - paragrafu (a) mhuwiex/mhumiex ostaklu, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, u kif tali metodu/i jippermetti/jippermettu lill - PISPs u lill - AISPs jibbażaw fuq il - proċeduri ta’ awtentikazzjoni kollha pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu, flimkien ma’ evidenza li l - interfaċċa ddedikata ma tagħtix lok għal dewmien jew frizzjoni mhux meħtieġa fl - esperjenza disponibbli għall - PSUs meta jaċċessaw il - kont tagħhom permezz ta’ PISP, AISP jew CBPII jew għal kwalunkwe attribut ieħor, inklużi passi mhux meħtieġa jew superfluwi jew l - użu ta’ lingwaġġ mhux ċar jew skoraġġanti, li b’mod dirett jew indirett jiddisswadu lill - PSUs milli jużaw is - servizzi ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs.

5.2 Bħala parti mill - ispjegazzjoni msemmija fl - ittra (b) tal - Linja Gwida 5.1, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti b’konferma li:

  • a. l - interfaċċa ddedikata ma tipprevjenix il - PISPs u l - AISPs milli jibbażaw fuq il - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni pprovduta/i mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu;
  • b. ma hija meħtieġa l - ebda awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni addizzjonali mill - PISPs, l - AISPs jew is - CBPIIs, għajr dawk imposti fl - Artikoli 11, 14 u 15 tal - PSD2;
  • c. ma hemm ebda kontroll addizzjonali mill - ASPSP dwar il - kunsens, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, mogħti mill - PSU lill - PISP jew lill - AISP biex jaċċessa l - informazzjoni dwar il - kont(ijiet) ta’ pagament miżmuma mal - ASPSP jew biex jibda pagamenti; u
  • d. ma jitwettaq ebda kontroll dwar il - kunsens mogħti mill - PSU lis - CBPII skont l - ittra (a) tal - Artikolu 65(2) tal - PSD2.
Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs

6.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward it - tfassil tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. evidenza li l - interfaċċa ddedikata tissodisfa r - rekwiżiti legali għall - aċċess u d - data fil - PSD2 u fl - RTS,inklużi:
  • i. deskrizzjoni tal - ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li l - ASPSP ikun implimenta; u
  • ii. sommarju ta’ kif l - implimentazzjoni ta’ dawn l - ispeċifikazzjonijiet tissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS; u
  • b. informazzjoni dwar jekk, u jekk iva kif, l - ASPSP kien involut ma’ PISPs, AISPs u CBPIIs.

6.2 Għall - finijiet ta’ dawn il - Linji Gwida, “inizjattiva tas - suq” tfisser grupp ta’ partijiet ikkonċernati li jkunu żviluppaw speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għal interfaċċi ddedikati u, b’dan il - mod, ikunu kisbu input minn PISPs, AISPs u CBPIIs.

6.3 Fejn l - ASPSP ikun qiegħed jimplimenta standard żviluppat b’inizjattiva tas - suq:

  • a. l - informazzjoni msemmija fil - punt (i) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tikkonsisti minn informazzjoni dwar liema standard ta’ inizjattiva tas - suq l -A SPSP ikun qiegħed jimplimenta, jekk iddevjax jew le f’xi aspett speċifiku minn tali standard, u jekk iva, kif iddevja u kif jissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS;
  • b. l - informazzjoni msemmija fil - punt (ii) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tinkludi, fejn ikunu disponibbli, ir - riżultati tal - ittestjar tal - konformità żviluppat mill - inizjattiva tas - suq, li jikkonfermaw il - konformità tal - interfaċċa mal - istandard rispettiv tal - inizjattiva tas - suq.

6.4 Għall - finijiet tar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward l - ittestjar tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jagħmel l - ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal - interfaċċa ddedikata disponibbli għall - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs awtorizzati jew għall - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti skont l - Artikolu 30(3) tal - RTS, inkluż, bħala minimu, li jippubblika sommarju tal - ispeċifikazzjoni tal - interfaċċa ddedikata fuq is - sit web tiegħu skont it - tielet subparagrafu tal - Artikolu 30(3) tal - RTS.

6.5 Il - faċilità tal - ittestjar għandha tippermetti lill - ASPSPs, lill - PISPs, AIPSs u CBPIIs awtorizzati jew lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti, li jittestjaw l - interfaċċa ddedikata f’ambjent ta’ ttestjar sigur u ddedikat, b’data dwar PSU mhux reali, għal dawn li ġejjin:

  • a. konnessjoni stabbli u sigura;
  • b. l - abbiltà tal - ASPSPs u tal - PISPs, AISPs u CBPIIs awtorizzati, li jiskambjaw iċ - ċertifikati rilevanti skont l - Artikolu 34 tal - RTS;
  • c. l - abbiltà li tibgħat u tirċievi messaġġi ta’ żball skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS;
  • d. l - abbiltà tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, ordnijiet għall - bidu ta’ pagament u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (b) tal - Artikolu 66(4) tal - PSD2 u l - ittra (b) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
  • e. l - abbiltà tal - AISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet għall - aċċess għad - data tal - kontijiet ta’ pagament, u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (a) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
  • f. l - abbiltà tas - CBPIIs u tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet mingħand is - CBPIIs u l - PISPs u l - abbiltà tal - ASPSP li jibgħat konferma “iva/le” lis - CBPIIs u lill - PISPs skont l - ittra
  • (c) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS; u
  • g. l - abbiltà tal - PISPs u tal - AISPs li jibbażaw fuq il - proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu. 6.6 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS għal kull wieħed mill - elementi li jridu jiġu ttestjati skont l - ittri (a) sa (g) tal - paragrafu 6.5 hawn fuq, inkluż l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw il - faċilità tal - ittestjar, il - feedback li rċieva l - ASPSP mingħand dawn il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, il - kwistjonijiet identifikati u deskrizzjoni ta’ kif dawn il - kwistjonijiet ġew indirizzati.

6.7 Għall - finijiet li jiġi valutat jekk l - ASPSP jissodisfax ir - rekwiżiti fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll kwalunkwe problema rrappurtata lilha mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs fir - rigward tal - Linja Gwida 6.5 hawn fuq.

Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa

7.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. deskrizzjoni tal - użu tal - interfaċċa ddedikata għall - perjodu msemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6), li tinkludi iżda mhijiex limitata għal:

1. l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw l - interfaċċa sabiex jipprovdu servizzi lill - klijenti; u

2. l - għadd ta’ talbiet mibgħuta minn dawk il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - ASPSP permezz tal - interfaċċa ddedikata, li ġew imwieġba mill - ASPSP.

  • b. evidenza li l - ASPSP għamel l - isforzi raġonevoli kollha biex jiżgura użu wiesa’ tal - interfaċċa ddedikata, inkluż billi jikkomunika d - disponibbiltà tagħha permezz ta’ kanali xierqa, inkluż, fejn rilevanti, is - sit web tal - ASPSP, il - midja soċjali, korpi kummerċjali tal - industrija, konferenzi u l - involviment dirett mal - atturi magħrufa tas - suq.

7.2 Minbarra l - evidenza msemmija fil - Linja Gwida 7.1, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll l - informazzjoni riċevuta fil - kuntest tal - Linji Gwida 6 u 8 meta tkun qiegħda tivvaluta jekk l - ASPSP jissodisfax jew le r - rekwiżit fl - Artikolu 33(6)(c) tal - RTS.

7.3 Il - perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS jista’ jkun fl - istess ħin mal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS.

Linja Gwida 8: Soluzzjoni tal -problemi

8.1 Għall - finijiet tal - Artikolu 32(1) u l - ittra (d) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. informazzjoni dwar is - sistemi jew il - proċeduri fis - seħħ sabiex jiġu ttraċċati, solvuti u magħluqa l - problemi, b’mod partikolari dawk irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs; u
  • b. spjegazzjoni tal - problemi, b’mod partikolari dawk irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, li ma jkunux ġew solvuti skont il - miri tal - livell tas - servizz stabbiliti fil - Linja Gwida 2.1.
Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA

9.1 Meta jikkonsultaw lill -EBA skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1 fir - rigward ta’ kull talba għal eżenzjoni li jkun beħsiebhom jagħtu. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhom jieħdu l - ebda deċiżjoni fir - rigward tal - eżenzjoni qabel l - ewwel waħda minn meta jirċievu l - kummenti tal -EBA dwar it - talba jew xahar mid - data li l - awtorità kompetenti tkun ikkonsultat lill -EBA. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq il - kummenti tal - EBA meta jieħdu kwalunkwe deċiżjoni dwar it - talba.

9.2 B’deroga mil - Linja Gwida 9.1, sal - 31 ta’ Diċembru 2019, l - awtoritajiet kompetenti li jkunu nnotifikaw lill - EBA li huma konformi ma’ dawn il - Linji Gwida jistgħu jipproċedu biex jagħtu eżenzjoni bil - kundizzjoni li jkunu kkonsultaw lill - EBA billi infurmawha bl - intenzjoni tagħhom li jagħtu l - eżenzjoni billi użaw il - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1. F’każ bħal dan, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu l - Formola ta’ Valutazzjoni tagħhom li tkopri ASPSP wieħed jew aktar.

9.3 L- awtoritajiet kompetenti li jkunu rrifjutaw li jeżentaw ASPSP mill - obbligu li jistabbilixxi l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza msemmi fl - Artikolu 33(4) tal - RTS minħabba li l - interfaċċa ddedikata tiegħu ma tikkonformax mal - kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS u mar - rekwiżiti tal - Linji Gwida 2 sa 8, għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni fl - Anness 1 mingħajr dewmien żejjed. Il - valutazzjoni negattiva għandha tiġi pprovduta għat - talbiet miċħuda kollha sabiex tingħata eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS.

9.4 Fejn ASPSP ikun parti minn grupp b’sussidjarji fi Stati Membri differenti li se jużaw l - istess interfaċċa ddedikata, kull waħda mill - awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l - Istati Membri għandha:

  • a. tinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill - awtoritajiet kompetenti rilevanti l - oħra jekk ikunx beħsiebha tirrifjuta li tagħti eżenzjoni; u
  • b. fuq talba mill - awtoritajiet kompetenti l - oħra u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità, tinforma lill - awtoritajiet kompetenti l - oħra dwar ir - raġunijiet tagħha għaliex ikun beħsiebha tirrifjuta milli tagħti eżenzjoni u, fejn ikun rilevanti, dwar il - kwistjonijiet irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - awtorità kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.