+Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa
|
Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa
7.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. deskrizzjoni tal - użu tal - interfaċċa ddedikata għall - perjodu msemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6), li tinkludi iżda mhijiex limitata għal:
1. l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw l - interfaċċa sabiex jipprovdu servizzi lill - klijenti; u 2. l - għadd ta’ talbiet mibgħuta minn dawk il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - ASPSP permezz tal - interfaċċa ddedikata, li ġew imwieġba mill - ASPSP. - b. evidenza li l - ASPSP għamel l - isforzi raġonevoli kollha biex jiżgura użu wiesa’ tal - interfaċċa ddedikata, inkluż billi jikkomunika d - disponibbiltà tagħha permezz ta’ kanali xierqa, inkluż, fejn rilevanti, is - sit web tal - ASPSP, il - midja soċjali, korpi kummerċjali tal - industrija, konferenzi u l - involviment dirett mal - atturi magħrufa tas - suq.
7.2 Minbarra l - evidenza msemmija fil - Linja Gwida 7.1, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll l - informazzjoni riċevuta fil - kuntest tal - Linji Gwida 6 u 8 meta tkun qiegħda tivvaluta jekk l - ASPSP jissodisfax jew le r - rekwiżit fl - Artikolu 33(6)(c) tal - RTS. 7.3 Il - perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS jista’ jkun fl - istess ħin mal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|