+Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA

Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA

9.1 Meta jikkonsultaw lill -EBA skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1 fir - rigward ta’ kull talba għal eżenzjoni li jkun beħsiebhom jagħtu. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhom jieħdu l - ebda deċiżjoni fir - rigward tal - eżenzjoni qabel l - ewwel waħda minn meta jirċievu l - kummenti tal -EBA dwar it - talba jew xahar mid - data li l - awtorità kompetenti tkun ikkonsultat lill -EBA. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq il - kummenti tal - EBA meta jieħdu kwalunkwe deċiżjoni dwar it - talba.

9.2 B’deroga mil - Linja Gwida 9.1, sal - 31 ta’ Diċembru 2019, l - awtoritajiet kompetenti li jkunu nnotifikaw lill - EBA li huma konformi ma’ dawn il - Linji Gwida jistgħu jipproċedu biex jagħtu eżenzjoni bil - kundizzjoni li jkunu kkonsultaw lill - EBA billi infurmawha bl - intenzjoni tagħhom li jagħtu l - eżenzjoni billi użaw il - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1. F’każ bħal dan, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu l - Formola ta’ Valutazzjoni tagħhom li tkopri ASPSP wieħed jew aktar.

9.3 L- awtoritajiet kompetenti li jkunu rrifjutaw li jeżentaw ASPSP mill - obbligu li jistabbilixxi l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza msemmi fl - Artikolu 33(4) tal - RTS minħabba li l - interfaċċa ddedikata tiegħu ma tikkonformax mal - kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS u mar - rekwiżiti tal - Linji Gwida 2 sa 8, għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni fl - Anness 1 mingħajr dewmien żejjed. Il - valutazzjoni negattiva għandha tiġi pprovduta għat - talbiet miċħuda kollha sabiex tingħata eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS.

9.4 Fejn ASPSP ikun parti minn grupp b’sussidjarji fi Stati Membri differenti li se jużaw l - istess interfaċċa ddedikata, kull waħda mill - awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l - Istati Membri għandha:

  • a. tinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill - awtoritajiet kompetenti rilevanti l - oħra jekk ikunx beħsiebha tirrifjuta li tagħti eżenzjoni; u
  • b. fuq talba mill - awtoritajiet kompetenti l - oħra u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità, tinforma lill - awtoritajiet kompetenti l - oħra dwar ir - raġunijiet tagħha għaliex ikun beħsiebha tirrifjuta milli tagħti eżenzjoni u, fejn ikun rilevanti, dwar il - kwistjonijiet irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - awtorità kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.