+6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata
---+31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
---+32. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni …
---+33. Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - …
---+34. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
---+35. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
---+36. L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju …
---+37. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew …
---+38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …
---+39. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u …
---+40. Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
---+41. Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi …
---+42. Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u …
---+43. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
---+44. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju …
---+45. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju …
---+46. Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ …
---+47. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ …

6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata

6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …

L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw wieħed mill - metodi li ġejjin:

  • (a) l- aġġustament tal -estimi tal-PD jew tal-LGD skont l-Artikolu 160(5), 161(3) u 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, abbażi tal - kriterji speċifikati mill -istituzzjonijiet skont l-Artikolu 183(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jintuża, b’mod partikolari, wieħe d mill- approċċi li ġejjin:
  • (i) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal -LGD, , inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , billi fl-estima tal- parametri tar -riskju titqies il - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata kif speċifikat aktar f’dawn il - linji gwida (jiġifieri l - approċċ ta’ mmudellar);
  • (ii) meta skoperturi diretti komparabbli għall - garanti huma, jew se jiġu, ttrattati skont l- approċċ IRB bi jew mingħajr l - estimi proprji tal -LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, is -sostituzzjoni kemm tal- parametri tar -riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal- iskopertura sottostanti mal -PD u l- LGD korrispondenti ta’ skopertura diretta komparabbli għa ll- garanti kif speċifikat aktar f’dawn il -linji gwida (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju);
  • (iii) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal-LGD, inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , fl- applikazzjoni ta’ parametri tar -riskju billi jieħu preċedenza fuq il - proċess ta’ assenjament ta’ grad skont l -Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u t- Taqsima 8.2 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal- LGD (jiġifieri l - preċedenza);
  • (b) jekk l- istituzzjoni tapplika l - Approċċ standardizzat għal skoperturi diretti komparabbli għall - garanti, u ma tirrikonoxxix l -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-UFCP fl-estimi tal-PD u tal-LGD skont il- punt (a), l- użu tal - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli skont l- Approċċ standardizzat f’konformità mal -Artikolu 183(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar -riskji);
  • (c) il-kalkolu tal-ammont tal- iskopertura ponderat għar -riskju skont l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 154(2), l-Artikolu 161(4) u l-Artikolu 164(3), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri t - trattament ta’ inadempjenza doppja).
32. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fuq il - parametri tar -riskju. Il- politiki għandhom ikunu konsistenti mal - prattiki tagħhom tal - ġestjoni tar - riskji interni u għandhom jirriflettu r - rekwiżiti tal -Artikolu 183(2) u 183(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r- rekwiżiti speċifikati f’dawn il -linji gwida. F’dawn il- politiki, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu speċifikazzjoni ċara ta’ liema metodi speċifiċi deskritti fil- paragrafu 31 għandhom jintużaw għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, u għandhom japplikaw dawn il - politiki b’mod konsistenti matul iż - żmien.

33. Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - …

Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - eliġibbiltà għall - garanti u l- garanziji speċifikati fl -Artikolu 183(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Taqsima 5.2 ta’ dawn il- linji gwida ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bl - użu ta’ kwalunkwe wieħed mill- metodi speċifikati fil - paragrafu 31 . Għall -finijiet ta’ stima tal-LGD, il-flussi tal- flus riċevuti mill- eżerċizzju ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata ineliġibbli għandhom jiġu ttrattati daqslikieku ġew riċevuti mingħajr l - użu ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Irrispettivament minn dan i t-trattament, l- istituzzjonijiet għandhom jiġbru l -informazzjoni dwar is-sors tal-flussi tal- flus relatati ma’ protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati ineliġibbli u jallokawhom b’mod xieraq. L - istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod regolari l - livelli ta’ dawn il-flussi tal-flus kif ukoll il- punt sa fejn jintużaw it - tipi rilevanti ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fejn ikun meħtieġ, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu aġġustamenti xierqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju fl -estimi tal-PD u tal-LGD.

34. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …

Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i), dawn għandhom iqisu u, jekk rilevanti, iqisu l -estimi tal- LGD b’mod konservattiv, tal - elementi li ġejjin:

  • (a) kwalunkwe diskrepanza fil -muniti bejn l-obbligu sottostanti u l- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
  • (b) il-grad sa fejn il- kapaċità tal -garanti li jissodisfa l-obbligu kuntrattwali skont il- ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata huwa korrelatat mal - kapaċità tad -debitur li jħallas lura;
  • (c) l- istatus inadempjenti tal -garanti u l- kapaċità mnaqqsa tiegħu li tirriżulta biex jissodisfa l-obbligu kuntrattwali skont il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata.
35. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …

Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i), il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ titqies bħala motivatur tar -riskju fis-sistema ta’ klassifikazzjoni. B’mod partikolari, dan jista’ jikkonsisti minn:

  • (a) l- aġġustament biss tal -estimi tal-LGD skont l- esperjenza storika relatata mal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu osservati tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fuq LGDs realizzati, inklużi l - irkupri realizzati u l - ispejjeż materjali assoċjati mal - eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
  • (b) l- aġġustament kemm tal -estimi tal-PD kif ukoll tal-LGD, fejn l- istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu evidenza empirika li l - eżistenza tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandha impatt fuq il -PD tad-debitur u jintwera li l- aġġustament simultanju kemm tal - estimi tal-PD kif ukoll tal- LGD ma jwassalx għal għadd doppju tal -effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jew għal sottovalutazzjoni tat -telf mistenni.

L- uniku aġġustament tal -estimi tal- PD għandu jitqies bħala mhux xieraq fi kwalunkwe ċ irkostanza.

36. L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju …

L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju speċifikat fil- paragrafu 31(a)(ii) biss meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata hija eliġibbli skont il - kriterji rilevanti għal protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata st abbiliti fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) l- istituzzjoni tista’ raġonevolment tistenna li l - ispejjeż diretti ta’ eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata huma negliġibbli fir -rigward tal-ammont koper t mill- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
  • (c) il- garanti jkun fi stat mhux inadempjenti.
37. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew …

Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew l- approċċ tas-sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar - riskji speċifikati fil - paragrafu 31(a)(ii) u 31(b) rispettivament, huma għandhom:

  • (a) jiġbru u jaħżnu informazzjoni dwar il - karatteristiċi u l - prestazzjoni tad -debitur u l-iskopertura u jużaw din l -informazzjoni fl-estima tal-PD tad-debitur skont il-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD;
  • (b) għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskji interni, iqisu separatament skoperturi diretti għall - garanti u skoperturi ggarantiti minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata pprovduti minn dawn l-entitajiet;
  • (c) jiddefinixxu kamp ta’ applikazzjoni separat tal - mudelli LGD u jikkalkulaw separatament il- ponderazzjoni tar - riskju għat - tip ta’ skoperturi garantiti jew partijiet ta’ skoperturi li l- parametri ta’ riskju tal -PD u tal-LGD tagħhom jiġu ssostitwiti jew li jiġu assenjati l - ponderazzjoni tar -riskju tal- garanti. Għall - iskoperturi garantiti jew partijiet ta’ skoperturi inklużi fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar-riskju jew tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar -riskji, l-istituzzjonijiet mhumiex meħtieġa jagħtu stima tal - LGDs għajr l -LGDs tal- iskoperturi diretti komparabbli għall -garanti jekk jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju.
38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …

Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari ma tkoprix kompletament l - iskopertura oriġinali, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jassenjaw lill- parti tal - iskopertura li mhijiex koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari, l -estimi tal-PD u tal- LGD applikabbli għall - iskopertura oriġinali mingħajr ma jiġi rikonoxxut l -effett tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari. Barra minn hekk, għall -finijiet tal-kalkolu tal- LGD realizzat applikabbli għall - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l - istituzzjonijiet għandhom jallokaw flussi tal- flus u spejjeż kif ġej:

  • (a) Il-flussi tal- flus riċevuti mill - garanti għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal - iskopertura, filwaqt li l -flussi tal- flus li jiġu minn kwalunkwe sors ieħor għandhom jiġu allokati lill- parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil- każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, il-flussi tal- flus assoċjati mal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti tal - iskopertura li hija koperta minn din il- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, skont il- gwida prevista fil - paragrafu 46.
  • (b) L- ispejjeż indiretti għandhom jiġu allokati għall - partijiet dif ferenti tal- iskopertura skont il- gwida pprovduta fil - paragrafu 113 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD.
  • (c) L- ispejjeż diretti li huma marbuta direttament mal - eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskoperturi, filwaqt li kwalunkwe spiża diretta oħra għandha tiġi allokata lill - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil - każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffina nzjata, l- ispejjeż diretti assoċjati mat- twettiq tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskopertura skont il - gwida prevista fil - paragrafu 46.
39. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u …

Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u d-debitur ikun sar inadempjenti, japplika dan li ġej:

  • (a) Il- ponderazzjoni tar -riskju tal- parti garantita tal - iskopertura għandha t kun dik tal-iskopertura diretta komparabbli għall - garanti mhux inadempjenti.
  • (b) It-telf mistenni tal- parti garantita tal - iskopertura għandu jkun dak tal - iskopertura diretta komparabbli għall - garanti mhux inadempjenti.
  • (c) Meta l- garanti jibqa’ fi stat mhux inadempjenti, il - parti garantita tal - iskopertura għandha titqies inadempjenti għall -finijiet tal-kalkolu tan- nuqqas jew tal - eċċess tal -IRB skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u t- Taqsima 8.4 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD.
40. Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …

Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju, l- għodod l - oħra ta’ validazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill -Artikolu 185(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jinkludu paragun tat - telf mistenni ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti mar- rati ta’ telf osservat tal - iskoperturi sottostanti jew partijiet ta’ skoperturi għad - debituri inadempjenti li kienu meqjusa garantiti qabel il -mument tal- inadempjenza.

41. Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi …

Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi jqisu l - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw preċedenza skont il - paragrafu 31(a)(iii), l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw li n -natura u l- karatteristiċi tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata ma jippermettux l -u żu tal -metodi deskritti fil- paragrafu 31(a)(i), 31(a)(ii) jew 31(b) , biex jirriflettu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal- p rotezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata.

42. Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u …

Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u l-estimi li jirriżultaw jipproduċu ponderazzjoni tar - riskju aktar baxxa mill - ponderazzjoni tar -riskju li altrimenti tapplika għal skopertura identika li fir - rigward tagħha l - istituzzjoni ma jkollhiex protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, il - ponderazzjoni tar -riskju fina li ma tistax tkun inqas mill- ponderazzjoni tar - riskju ta’ skopertura diretta komparabbli għall -garanti skont l-Artikolu 161(3) u 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġifieri japplika l -limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju.

43. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …

Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, fejn l- istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il - permess tal - awtorità kompetenti biex jużaw l - estimi proprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il - valuri tal - LGD speċifikati skont l -Artikolu 161(1) ta’ dak ir-Regolament biex jidderivaw l - LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall -garanti.

44. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju …

Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandu jkun dan li ġej:

  • (a) Il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandu jkun speċifikat skont l - Artikolu 233 u l-Artikolu 239(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Kwalunkwe diskrepanza potenzjali fil - maturità għandha titqies fil - valur aġġustat tal - protezzjoni ta’ kre ditu mhux iffinanzjata skont l -Artikolu 239(3) ta’ dak ir- Regolament, filwaqt li l - maturità ta’ skoperturi diretti komparabbli għall - garanti għandha tkun l - istess bħall - maturità tal- iskopertura għad -debitur.
  • (b) Jekk il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tkopri l - valur tal - iskopertura li tibqa’ wara l-insegwiment tad- debitur, u, jekk rilevanti, kwalunkwe forma oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, l- istituzzjonijiet għandhom jagħtu stima tal - valur tal - protezzjoni bbażata fuq l - esperjen za tal- passat b’mod konservattiv.
  • (c) Il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li jissodisfa r - rekwiżiti tat -tieni subparagrafu tal -Artikolu 215(1)(a) jew tal-Artikolu 215(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jista’ jkun l-ammont massimu li l-fornitur tal- protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas fil - każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ pagament mill -mutwatarju jew fuq l - okkorrenza ta’ eventi ta’ kreditu speċifiċi oħra.
45. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju kif ġej:

  • (a) Meta l- iskopertura tibbenefika minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata mutipla, fejn kull waħda minnhom tipprovdi protezzjoni lil partijiet differenti tal - iskopertura, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il -limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju bħala l - medja ponderata skont l - iskopertura tal - ponderazzjonijiet tar -riskju ta’ skoperturi diretti komparabbli għal kull garanti.
  • (b) Meta l- iskopertura tibbenefika minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata multipla, u fejn tnejn jew aktar minn dawn ikunu qed jipprovdu protezzjoni għall - istess parti tal - iskopertura, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju għal din il - parti tal - iskopertura bħala l - aktar wieħed baxx għall - pondera zzjonijiet tar- riskju ta’ kull skopertura diretta komparabbli għall -garanti. Fil-kalkolu ta’ kull ponderazzjoni tar -riskju, l- LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għal kull garanti jista’ jqis l -effett tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata l - oħra eżistenti.
  • (c) Fejn kwalunkwe parti tal - iskopertura ma tkunx koperta minn kwalunkwe protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l - istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lil din il - parti tal - iskopertura l - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli għal tali skopertura l id-debitur mingħajr ebda protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata; f’dan il - każ dawn għandhom jikkalkulaw il- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju bħala l - medja ponderata skont l- iskopertura tal - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli għall - parti tal - iskopertura koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u l - ponderazzjoni tar -riskju applikabbli għall - parti li jifdal tal - iskopertura.
  • (d) Għall -finijiet tal-kalkolu tal- medja ponderata skont l - iskopertura tal - ponderazzjoni tar - riskju skont il- punt i ((a) u ((c) , kull ponderazzjoni tar -risk ju għandha tiġi kkalkulata separatament u ppeżata skont is - sehem rilevanti tal - valur tal - iskopertura.
46. Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ …

Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu multipli skont l - approċċi speċifikati fil - paragrafu 31 , għandhom jiġu ssodis fati l- kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari għall -allokazzjoni, is-sekwenza u r-rikonoxximent tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata li jkunu konsistenti mal- proċess intern ta’ rkupru u ta’ ġbir.
  • (b) L- istituzzjonijiet ma għandhomx jirrikonoxxu l -effetti tal-istess mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu darbtejn; pereżempju, fl -allokazzjoni tal- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata bejn il- parti tal - iskopertura koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u l - parti tal- iskopertura li mhijiex koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, ma għandux ikun permess ir - rikonoxximent doppju tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata.
  • (c) L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw l - approċċi b’mod konsistenti; għalhekk:
  • (i) Il- qsim tal - parti tal - iskopertura koperta minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari f’żewġ partijiet u l - applikazzjoni tal - approċċ tas - sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal-ponde razzjoni tar- riskji lil parti waħda u tal - approċċ ta’ mmudellar lill - parti l - oħra ma għandhomx ikunu permessi.
  • (ii) F’każijiet ta’ protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati multipli li jkunu, tal- anqas parzjalment, ikopru l - istess parti tal - iskopertura , l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu kriterji xierqa biex jagħżlu liema protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandha tintuża għall -finijiet tas-sostituzzjoni tal- parametri tar- riskju. Tali kriterji għandhom jiġu deskritti fil - politiki interni speċif ikati minn istituzzjonijiet għall - aġġustament tal -estimi tal-PD u tal-LGD skont il-paragrafu 38 . Mingħajr preġudizzju għas - sottopunt (i), l-istituz zjonijiet jistgħu jaqsmu l- parti tal - iskopertura koperta minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari f’żewġ partijiet u japplikaw għal parti waħda l- approċċ tas-sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju filwaqt li jirrikonoxxu l -effetti tal- par ti li jifdal tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari fl - applikazzjoni tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju lejn il- protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati l - oħra eżistenti; b’mod partikolari, l -effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal- parti li jifdal tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jista’ jitqies fl - LGD ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti l-oħra eżistenti skont il - paragrafu 47.
47. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ …

Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjonijiet ta’ kreditu multipli li, bħala riżultat tal - allokazzjoni mwettqa mill -istituzzjoni skont il-paragrafu 46 , ikopru l - istess parti ta’ skopertura, l - istituzzjonijiet jistgħu jużaw wieħed mill - approċċi speċifikati fil - paragrafu 31(a) . B’mod partikolari, għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw il - metodi li ġejjin biex jidderivaw l - LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall - garanti inkluż l -effetti mitiganti ta’ riskju ta’ kreditu tal- protezzjoni ta’ kreditu addizzjonali:

  • (a) Fejn skoperturi diretti komparabbli għall -garanti jkunu fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni li għaliha l - istituzzjoni ma tkunx irċeviet permess minn qabel
biex tużal - estimiproprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE)

Nru 575/2013, l- istituzzjoni għandha tuża l - valuri tal - LGD previsti fl -Artikolu 161(1) ta’ dak ir- Regolament, li jirriflettu, jekk rilevanti, il - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata billi tapplika r - rekwiżiti rilevanti fil -Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

  • (b) Fejn skoperturi diretti komparabbli għall -garanti jkunu fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni li għaliha l - istituzzjoni tkun irċeviet permess minn qabel biex tuża l - estimi proprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjoni għandha tuża l - LGD ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti li jinkludi l- effett ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jew iffinanzjata addizzjonali. Jekk l- istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jirrikonoxxu din il - protez zjoni ta’ kreditu addizzjonali fl-estima tal- LGD ta’ skoperturi komparabbli diretti għall - garanti, allura:
(i)jekkl- LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti jkun

inqas jew daqs l - LGD ta’ skoperturi skoperti għad - debitur, huma għandhom ju żaw l -estimi tal-LGD tal- iskopertura għad -debitur li jirriflettu l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu addizzjonali; jew

(ii) akbar l- istituzzjonijietjekk mil---l- LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti jkun LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għad -debitur, jew jekk ma jkunux jistgħu jwettqu tali paragun, huma għandhom: għall - garanti mhux fil - livell tal - konsumatur, jużaw jew il - valuri tal -LGD rilevanti stipulati mill -Artikolu 161(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jirriflettu , jekk rilevanti, il - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata billi japplikaw ir - rekwiżiti rilevanti fil -Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament, jew l-estima tal- LGD applikabbli għall - iskoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti. L- għażla bejn dawn iż - żewġ opzjonijiet għandha tkun konsistenti għat - tip ta’ skopertura tal -garanti; għall -garanti fil- livell tal - konsumatur, jużaw l -estima tal-LGD applikabbli għal skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.