+38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …
|
38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …
Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari ma tkoprix kompletament l - iskopertura oriġinali, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jassenjaw lill- parti tal - iskopertura li mhijiex koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari, l -estimi tal-PD u tal- LGD applikabbli għall - iskopertura oriġinali mingħajr ma jiġi rikonoxxut l -effett tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari. Barra minn hekk, għall -finijiet tal-kalkolu tal- LGD realizzat applikabbli għall - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l - istituzzjonijiet għandhom jallokaw flussi tal- flus u spejjeż kif ġej: - (a) Il-flussi tal- flus riċevuti mill - garanti għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal - iskopertura, filwaqt li l -flussi tal- flus li jiġu minn kwalunkwe sors ieħor għandhom jiġu allokati lill- parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil- każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, il-flussi tal- flus assoċjati mal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti tal - iskopertura li hija koperta minn din il- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, skont il- gwida prevista fil - paragrafu 46.
- (b) L- ispejjeż indiretti għandhom jiġu allokati għall - partijiet dif ferenti tal- iskopertura skont il- gwida pprovduta fil - paragrafu 113 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD.
- (c) L- ispejjeż diretti li huma marbuta direttament mal - eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskoperturi, filwaqt li kwalunkwe spiża diretta oħra għandha tiġi allokata lill - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil - każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffina nzjata, l- ispejjeż diretti assoċjati mat- twettiq tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskopertura skont il - gwida prevista fil - paragrafu 46.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|