+6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet
---+21. Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija …
---+22. Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi …
---+23. L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin: 6.1.1.1. …
---+24. Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati …
---+25. Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.1. l- …
---+26. Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - …
---+27. L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja: iii.a self FX; u …
---+28. Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. …
---+29. Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral” għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li …
---+30. L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin: 6.3.1.1. it- …
---+31. Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet …
---+32. Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew …

6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet

6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
21. Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija …

Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija fit-Taqsima 4 għandhom jinkludu l - elementi speċifikati f’din it -taqsima. Il- ħarsa ġenerali lejn id - dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet korrelatati u l- elementi tagħhom li għandhom jintużaw biex jiġi identifikat subsett speċifiku ta’ skoperturi settorjali skont dawn il - linji gwida hija inkluża fl-Anness 1.

6.1. It-tip ta’ debitur jew settur tal-kontroparti

22. Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi …

Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi reċiprokament esklussivi:

6.1.1. persuna ġuridika; jew

6.1.2. persuna fiżika.

23. L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin: 6.1.1.1. …

L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin:

6.1.1.1. korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

6.1.1.2. korporazzjonijiet finanzjarji; u

6.1.1.3. gvern ġenerali.

6.1.a. Attività ekonomika

24. Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati …

Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati b’kodiċi alfabetiku fl - ewwel livell (taqsimiet) tal -klassifikazzjoni statistika komuni tal- attivitajiet ekonomiċi fil -Komuni tà Ewropea (NACE Reviżjoni 2) kif stabbilit fl-Anness 1 għar -Regolament (KE) Nru 1893/20069 .

6.2. Tip ta’ skopertura


9 Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal- istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan - NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal - KE dwar setturi speċifiċi tal - istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

25. Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.1. l- …

Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin:

6.2.1. l- iskoperturi kollha;

6.2.2. skoperturi fil- livell tal -konsumatur; u

6.2.3. għajr skoperturi fil- livell tal -konsumatur.

26. Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - …

Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - klassifikazzjoni stabbilita fl-Annessi II u IV għar -Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/201410 :

  • a. entrati fil-karta tal- bilanċ:
  • i. strumenti azzjonarji,
  • ii. titoli ta’ dejn u
  • iii. self u avvanzi.
  • b. entrati li ma jidhrux fil -karta tal- bilanċ:
  • iv. impenji ta’ self mogħtija,
  • v. garanziji finanzjarji mogħtija u
  • vi. impenji oħrajn mogħtija.

10 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimenta zzjoni fir-rigward tar- rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir -Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

27. L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja: iii.a self FX; u …

L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja:

iii.a self FX; u

iii.b kreditu għall -konsum.

6.2.a. Profil tar-riskju

28. Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. …

Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. improduttivi;

6.2.a.2. ponderazzjoni tar-riskju;

6.2.a.3. il-proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA (għall - persuni ġuridiċi biss);

6.2.a.4. il-proporzjon bejn is-self u l- valur (LTV);

6.2.a.5. il-proporzjon bejn is-self u l- introjtu (għall - persuni fiżiċi biss);

6.2.a.6. il-proporzjon tad-dejn mal- introjtu (DTI) (għall - persuni fiżiċi biss); u

6.2.a.7. il-proporzjon bejn is- servizz tad -dejn u l- introjtu (għall - persuni fiżiċi biss).

L-elementi 6.2.a.4 sa 6.2.a.7 għandhom isegwu l - metodi għall -kejl u l- kalkolu tagħhom u d - definizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi IV u V għar -Rakkomandazzjoni BERS/2016/14 dwar l- għeluq ta’ lakuni fid- data dwar il-proprjetà immobbli kif emendata bir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-21 ta’ Marzu 2019 (BERS/2019/3).

L-elementi 6.2.a.1 sa 6.2.a.7 għandhom jinkludu l - indikazzjoni ta’ limitu li għandu jinqabeż jew le meta jiġi identifikat sub sett ta’ skoperturi.

6.3. Tip ta’ kollateral

29. Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral” għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li …

Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral”11 għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li ġejjin:

6.3.1. garantit/kollateralizzat; u

6.3.2. mhux garantit.


11 Għal skopijiet ta’ preżentazzjoni, mhux garantit huwa kklassifikat bħala tip ta’ kol lateral.

30. L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin: 6.3.1.1. it- …

L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin:

6.3.1.1. it- tipi kollha ta’ kollateral;

6.3.1.2. garantiti bi proprjetà residenzjali (RRE);

6.3.1.3. garantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE); u

6.3.1.4. garantiti mhux bi proprjetà immobbli. 6.3.a. Żona ġeografika

31. Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet …

Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet territorjali), skont il- klassifikazzjoni komuni Ewropea ta’ unitajiet territorjali għall -istatistika (NUTS) stabbilita fl-Anness I għar -Regolament (KE) Nru 1059/200312 :

6.3.a.1. Stat Membru (unità territorjali tal - livell 1 tan-NUTS13 );

6.3.a.2. reġjun ta’ Stat Membru (unità territorjali tal - livell 2 tan-NUTS); u

6.3.a.3. sottoreġjun jew belt tal - unitajiet territorjali preċedenti (unità territorjali tal - livell 3 tan-NUTS).


12 Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall - istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1), kif emendat.

13 Fil - każijiet ta’ Stati Membri akbar, NUTS 1 ma tirreferix għall - Istat Membru kollu iżda għar - reġjuni tiegħu. Għalhekk, dan il- livell jinżamm bħala element għalkemm għal xi Stati Membri dan il - livell mhux se jkun rilevanti.

32. Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew …

Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew subelement tad-dimensjoni “tip ta’ kollateral”, is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinftiehem kif ġej:

  • a) meta l- iskopertura tkun garantita minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali, is - subdimensjoni tirreferi għall - post speċifiku tal -p roprjetà (reġjun, subreġjun jew belt) fl -Istat Membru jew għall - iskoperturi kollha ggarantiti f’dak l - Istat Membru;
  • b) meta l- iskopertura tkun garantita minn proprjetà li mhijiex proprjetà immobbli, is - subdimensjoni tirreferi, fil- każ ta’ persuni fiżiċi, għal l-post ta’ residenza tad-debitur jew tal-kontroparti (reġjun, subreġjun jew belt) fl - Istat Membru jew għall - iskoperturi kollha ggarantiti mhux bi proprjetà immobbli f’dak l - Istat Membru u, fil - każ ta’ persuni ġuridiċi, il - post speċifiku tal- uffiċċju rreġis trat tal- persuna ġuridika (reġjun, subreġjun jew belt) fl - Istat Membru;
  • c) meta l-iskopertura ma tkunx garantita, is-subdimensjoni tirreferi, fil- każ ta’ persuni fiżiċi, għall - post ta’ residenza speċifiku tad -debitur jew tal- kontroparti (reġjun, subreġjun jew belt) fl-Istat Membru jew għall - iskoperturi mhux garantiti kollha f’dak l - Istat Membru u, fil - każ ta’ persuni ġuridiċi, il - post speċifiku tal - uffiċċju rreġistrat tal - persuna ġuridika (reġjun, subreġjun jew belt) fl- Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.