+20.5 Kap tal -funzjoni tal- ġ estjoni tar-riskju
---+200. L- RMF għandha tivvaluta b’mod indipendenti ksur tal - predispożizzjoni jew tal -limiti …
---+201. L- RMF għandu jkollha rwol ewlieni sabiex jiġi żgurat li deċiżjoni fuq rakkomandazzjoni tagħha …
---+202. Il-kap tal- RMF għandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni komprensiva u …
---+203. Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta …

20.5 Kap tal -funzjoni tal- ġ estjoni tar-riskju

20.5 Kap tal -funzjoni tal- ġ estjoni tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
200. L- RMF għandha tivvaluta b’mod indipendenti ksur tal - predispożizzjoni jew tal -limiti …

L- RMF għandha tivvaluta b’mod indipendenti ksur tal - predispożizzjoni jew tal -limiti tar-riskju (inkluż l - aċċertament tal - kawża u t - twettiq ta’ analiżi legali u ekonomika tal-kost proprju tal- għeluq, tat - tnaqqis jew tal - iħħeġġjar tal -iskopertura kontra l- kost potenzjali taż - żamma tagħha). L - RMF għandha tgħarraf lill - unitajiet operatorji kkonċernati u lill - korp ta’ ġestjoni, u tirrakkomanda rimedji possibbli. L- RMF għandha tirrapporta direttament għand il -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu meta l - ksur ikun materjali, mingħajr preġudizzju għall - RMF li tirrapporta lil funzjonijiet u kumitati interni oħra.

201. L- RMF għandu jkollha rwol ewlieni sabiex jiġi żgurat li deċiżjoni fuq rakkomandazzjoni tagħha …

L- RMF għandu jkollha rwol ewlieni sabiex jiġi żgurat li deċiżjoni fuq rakkomandazzjoni tagħha tittieħed fil - livell rilevanti, li jkun hemm konformità magħha mill -unitajiet operatorji rilevanti u tiġi rapportata kif suppost lill - korp ta’ ġestjoni u, fejn stabbilit, lill -kumitat tar-riskju.

202. Il-kap tal- RMF għandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni komprensiva u …

Il-kap tal- RMF għandu jkun responsabbli mill - għoti ta’ informazzjoni komprensiva u komprensibbli dwar ir- riskji u għall - għoti ta’ pariri lill - korp ta’ ġestjoni, sabiex dan il -korp ikun jista’ jifhem il -profil tar- riskju ġenerali tal -istituzzjoni. L- istess japplika għall -RMF ta’ istituzzjoni prinċipali fir -rigward tas-sitwazzjoni konsolidata.

203. Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta …

Il-kap tal- RMF għandu jkollu biżżejjed kompetenza, indipendenza u anzjanità biex jikkontesta deċiżjonijiet li jaffettwaw l -iskopertura ta’ istituzzjo ni għar -riskju. Meta l-kap tal-RMF ma jkunx membru tal - korp ta’ ġestjoni, istituzzjonijiet sinifikanti għandhom jaħtru kap indipendenti tal- RMF li ma jkollux responsabbiltajiet għal funzjonijiet oħra u jirrapporta direttament għand il - korp ta’ ġestjoni. Fejn ma jkunx proporzjonat li tinħatar persuna li hija ddedikata biss għar -rwol ta’ kap tal- RMF, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, din il- funzjoni tista’ tiġi kkombinata mal -kap tal-funzjoni ta’ verifika tal-konf ormità jew tista’ ssir minn persuna oħra f’kariga għolja, sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejn il- funzjonijiet kombinati. Fi kwalunkwe każ, din il - persuna għandu jkollha biżżejjed awtorità, statura u indipendenza (eż. kap ta’ funzjoni legali).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.