+4. Impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni
---+39. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk membru tal - korp ta’ ġestjoni huwiex kapaċi …
---+40. Il- membri għandhom ikunu kapaċi wkoll iwettqu l - kompiti tagħhom f’perjodi ta’ żieda …
---+41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+42. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekord bil -miktub tar- rwol, tal -kompiti u tal- …
---+43. Membru tal- korp maniġerjali għandu jiġi mgħarraf bl -impenn tal- ħin mistenni minnu biex …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw jekk il -membri tal- korp maniġerjali jiddedikawx …
---+45. Istituzzjoni għandha tqis ukoll l - impatt ta’ kwalunkwe assenza fit -tul ta’ membri tal-korp …
---+46. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu reġistri tal - pożizzjonijiet professjonali u politiċi …
|
4. Impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni
4. Impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
39. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk membru tal - korp ta’ ġestjoni huwiex kapaċi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk membru tal - korp ta’ ġestjoni huwiex kapaċi jimpenja biżżejjed ħin biex iwettaq il -funzjonijiet u r- responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha inkluż il- fehim tan -negozju tal- istituzzjoni, ir - riskji ewlenin tagħha u l -implikazzjonijiet tan-negozju u l- istrateġija tar - riskju . Fejn il- persuna jkollha mandat f’istituzzjoni CRD sinifikanti, din għandha tinkludi valutazzjoni biex tiżgura li l -limitazzjoni tal- għadd massimu tad - direttorati skont l -Artikolu 91(3) tad -Direttiva 2013/36/UE jew l -Artikolu 9(2) tad - Direttiva 2014/65/UE, kif applikabbli, qiegħda tiġi osservata.
|
|
40. Il- membri għandhom ikunu kapaċi wkoll iwettqu l - kompiti tagħhom f’perjodi ta’ żieda …
|
Il- membri għandhom ikunu kapaċi wkoll iwettqu l - kompiti tagħhom f’perjodi ta’ żieda partikolari fl- attività, bħal ristrutturar, rilokazzjoni tal - istituzzjoni, akkwiżizzjoni, fużjoni, xiri jew sitwazzjoni ta’ kriżi jew bħala riżultat ta’ xi diffikultajiet kbar b’waħda mill -operazzjonijiet tagħha jew aktar, filwaqt li jitqies il - fatt li f’tali perjodi jista’ jkun meħtieġ livell ogħla ta’ impenn ta’ ħin minn perj odi normali.
|
|
41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom mill - inqas iqisu dan li ġej: - a. l- għadd ta’ direttorati f’kumpaniji finanzjarji u mhux finanzjarji miżmuma minn dak il - membru fl- istess ħin, filwaqt li jqisu s - sinerġiji possibbli meta dawn ikunu fl - istess grupp, inkluż meta jaġixxu f’isem persuna ġuridika jew bħala sostitut ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni;
- b. id- daqs, in - natura, il -kamp ta’ applikazzjoni u l- kumplessità tal -attivitajiet tal-entità li tagħha l -me mbru huwa direttur u, b’mod partikolari, jekk l - entità hijiex entità mhux tal- UE;
- c. il- preżenza ġeografika tal -membru u l- ħin tal - ivvjaġġar meħtieġ għar - rwol;
- d. l- għadd ta’ laqgħat skedati għall - korp ta’ ġestjoni;
- e. id- direttorati f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux objettivi kummerċjali predominanti miżmuma minn dak il -membru fl- istess ħin;
- f. kwalunkwe laqgħa meħtieġa li għandha ssir, b’mod partikolari, mal -awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati oħrajn interni jew esterni barra mill - iskeda formali tal- laqgħat tal - korp ta’ ġestjoni;
- g. in-natura tal- pożizzjoni speċifika u r - responsabbiltajiet tal - membru, inklużi rwoli speċifiċi ta’ CEO, president, jew president jew membru ta’ kumitat, jekk il -membru għandux pożizzjoni eżekuttiva jew mhux eżekuttiva u l - ħtieġa li dak il -membru jattendi l- laqgħat fil -kumpaniji elenkati fil- punt (a) u fl - istituzzjoni;
- h. attivitajiet professjonali jew politiċi esterni oħrajn u kwalunkwe funzjoni oħra u attività rilevanti, kemm fi ħdan is - settur finanzjarju kif ukoll barra mis - settur finanzjarju u kemm fl-UE kif ukoll barra mill- UE;
- i. l-induzzjoni u t- taħriġ meħtieġa;
- j. kwalunkwe kompitu ieħor rilevanti tal -membru li l- istituzzjonijiet iqisu li huwa meħtieġ li jitqies meta jwettqu l -valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru; u
- k. valutazzjoni komparattiva disponibbli rilevanti dwar l - impenn ta’ ħin, inkluża l - valutazzjoni komparattiva pprovduta mill-EBA10 .
10 Ċifri għas - sena 2015 huma inklużi bħala Anness għall -valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-Linji Gwida.
|
|
42. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekord bil -miktub tar- rwol, tal -kompiti u tal- …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekord bil -miktub tar- rwol, tal -kompiti u tal- kapaċitajiet meħtieġa għall - pożizzjonijiet varji fi ħdan il - korp maniġerjali u l -impenn tal- ħin mistenni u meħtieġ għal kull pożizzjoni, filwaqt li jqisu l - ħtieġa li jiġi ddedikat biżżejjed ħin għall -induzzjoni u t- taħriġ. Għal dan il - għan, istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi jistgħu jiddistingwu l - impenn tal- ħin mistenni biss bejn id - direttorati eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi.
|
|
43. Membru tal- korp maniġerjali għandu jiġi mgħarraf bl -impenn tal- ħin mistenni minnu biex …
|
Membru tal- korp maniġerjali għandu jiġi mgħarraf bl -impenn tal- ħin mistenni minnu biex iwettaq il - kompiti tiegħu. L - istituzzjonijiet jistgħu jitolbu lill - membru jikkonferma li huwa jista’ jiddedika dak l- ammont ta’ ħin għar -rwol.
|
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw jekk il -membri tal- korp maniġerjali jiddedikawx …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw jekk il -membri tal- korp maniġerjali jiddedikawx biżżejjed ħin biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom. Tħejjija għal - laqgħat, l -attendenza u l-involviment attiv tal-membri fil- laqgħat tal - korp maniġerjali huma kollha indikaturi tal -impenn tal- ħin.
|
|
45. Istituzzjoni għandha tqis ukoll l - impatt ta’ kwalunkwe assenza fit -tul ta’ membri tal-korp …
|
Istituzzjoni għandha tqis ukoll l - impatt ta’ kwalunkwe assenza fit -tul ta’ membri tal-korp maniġerjali, fil -va lutazzjoni tagħha tal - impenn suffiċjenti ta’ ħin ta’ membri individwali oħrajn tal- korp maniġerjali.
|
|
46. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu reġistri tal - pożizzjonijiet professjonali u politiċi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iżommu reġistri tal - pożizzjonijiet professjonali u politiċi esterni kollha miżmuma mill -membri tal- korp maniġerjali. Tali reġistri għandhom jiġu aġġornati kull meta membru jinnotifika lill- istituzzjoni b’bidla u meta tali bidliet jinġiebu b’mod ieħor għall - attenzjoni tal- istituzzjoni. Meta jseħħu bidliet f’tali pożizzjonijiet li jistgħu jnaqqsu l - kapaċità ta’ membru ta’ korp mani ġerjali li jiddedika biżżejjed ħin biex iwettaq il - funzjoni tiegħu jew tagħha, l - istituzzjoni għandha terġa’ tivvaluta l - kapaċità tal - membru li jirrispetta/tirrispetta l - impenn suffiċjenti ta’ ħin meħtieġ għall - pożizzjoni tiegħu jew tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|