+41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …
Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom mill - inqas iqisu dan li ġej: - a. l- għadd ta’ direttorati f’kumpaniji finanzjarji u mhux finanzjarji miżmuma minn dak il - membru fl- istess ħin, filwaqt li jqisu s - sinerġiji possibbli meta dawn ikunu fl - istess grupp, inkluż meta jaġixxu f’isem persuna ġuridika jew bħala sostitut ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni;
- b. id- daqs, in - natura, il -kamp ta’ applikazzjoni u l- kumplessità tal -attivitajiet tal-entità li tagħha l -me mbru huwa direttur u, b’mod partikolari, jekk l - entità hijiex entità mhux tal- UE;
- c. il- preżenza ġeografika tal -membru u l- ħin tal - ivvjaġġar meħtieġ għar - rwol;
- d. l- għadd ta’ laqgħat skedati għall - korp ta’ ġestjoni;
- e. id- direttorati f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux objettivi kummerċjali predominanti miżmuma minn dak il -membru fl- istess ħin;
- f. kwalunkwe laqgħa meħtieġa li għandha ssir, b’mod partikolari, mal -awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati oħrajn interni jew esterni barra mill - iskeda formali tal- laqgħat tal - korp ta’ ġestjoni;
- g. in-natura tal- pożizzjoni speċifika u r - responsabbiltajiet tal - membru, inklużi rwoli speċifiċi ta’ CEO, president, jew president jew membru ta’ kumitat, jekk il -membru għandux pożizzjoni eżekuttiva jew mhux eżekuttiva u l - ħtieġa li dak il -membru jattendi l- laqgħat fil -kumpaniji elenkati fil- punt (a) u fl - istituzzjoni;
- h. attivitajiet professjonali jew politiċi esterni oħrajn u kwalunkwe funzjoni oħra u attività rilevanti, kemm fi ħdan is - settur finanzjarju kif ukoll barra mis - settur finanzjarju u kemm fl-UE kif ukoll barra mill- UE;
- i. l-induzzjoni u t- taħriġ meħtieġa;
- j. kwalunkwe kompitu ieħor rilevanti tal -membru li l- istituzzjonijiet iqisu li huwa meħtieġ li jitqies meta jwettqu l -valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru; u
- k. valutazzjoni komparattiva disponibbli rilevanti dwar l - impenn ta’ ħin, inkluża l - valutazzjoni komparattiva pprovduta mill-EBA10 .
10 Ċifri għas - sena 2015 huma inklużi bħala Anness għall -valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-Linji Gwida.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|