+6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa
---+56. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju …
---+57. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal …
---+58. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru …
---+59. F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati …
---+60. Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …
---+61. Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta …
---+62. Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ …
---+63. Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ …
---+64. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu …
---+65. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi …

6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa

6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
56. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju tal-istituzzjoni u r - riskji tagħha, f’livell adattat għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal -membri l- oħrajn tal -korp ta’ ġestjoni.

57. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal - istituzzjoni, ir -rwol u r- responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp u kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli li jista’ jirriżulta minnhom. Il -membri tal-korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kapaċi jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura, valuri korporattivi u mġiba xierqa fil - korp ta’ ġestjoni u fl - istituzzjoni11 .


11 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna: https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/internal-governance

58. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru …

Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru tal- korp ta’ ġestjoni identifikat bħala responsabbli mill -implimentazzjoni tal- liġijiet, ir - regolamenti u d- dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad -Direttiva (UE) 2015/84912 għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza rilevanti tajbin rigward l - identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar- riskju tal - ML/TF, u l - politiki, il -kontrolli u l- proċeduri tal - AML/CFT. Din il - persuna għandu jkollha fehim tajjeb tal - punt sa fejn il -mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jesponih għal riskji tal -ML/TF.


12 L-identifikazzjoni ta’ membru tal- korp ta’ ġestjoni bħala responsabbli mill - AML hija għall -fini tal-allokazzjoni tad-dmirijiet u hija mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltà finali tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għall - ġestjoni ta’ kuljum tal - istituzzjoni u r - responsabbiltà tagħha mill - attivitajiet kollha tal - istituzzjoni.

59. F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati …

F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati għandha tqis:

  • a. ir-rwol u l-kompiti tal- pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
  • b. l- għarfien u l - ħiliet miksuba mill - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
  • c. l- esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti; u
  • d. l- għarfien u l - ħiliet miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal -membru tal-korp ta’ ġestjoni.
60. Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …

Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jużaw lista mhux eżawrjenti ta’ ħiliet rilevanti stabbilita fl - Anness II għal dawn il- Linji Gwida, filwaqt li jqisu r -rwol u l-kompiti tal- pożizzjoni okkupata mill -membru tal-korp ta’ ġestjoni.

61. Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta …

Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta mas - servizzi bankarji u finanzjarji jew oqsma rilevanti oħrajn. B’mod partikolari, l -edukazzjoni fl-oqsma bankarji u finanzjarji, fl - ekonomija, fil - liġi, fil - kontabbiltà, fl - awditjar, fl - amministrazzjoni, fir -regolament finanzj arju, fit - teknoloġija tal -informazzjoni u f’metodi kwantitattivi tista’ titqies b’mod ġenerali li hija rilevanti għas - settur tas - servizzi finanzjarji.

62. Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ …

Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’istituzzjoni. Għandha titwettaq analiżi iktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal- membru peress li l - għarfien u l - ħiliet miksuba minn xogħlijiet preċedenti jiddependu min- natura, mill - iskala u mill - kumplessità tan -negozju kif ukoll mill-funzjoni li l-membru wettaq fi ħdanu.

63. Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ …

Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni, għandha titqies l - esperjenza teoretika u prattika relata:

  • a. mas - swieq bankarji u finanzjarji;
  • b. mar- rekwiżiti legali u l - qafas regolatorju;
  • c. mal- ippjanar strateġiku, il - fehim tal - istrateġija tan -negozju jew tal-pjan ta’ direzzjoni tan- negozju ta’ istituzzjoni u t - twettiq tagħhom;
  • d. mal- ġestjoni tar - riskju (l - identifikazzjoni, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, il -kontroll u l-mitigazzjoni tat-tipi ewlenin ta’ riskju ta’ istituzzjoni inklużi r - riskji ambjentali, ta’ governanza u soċjali u l -fatturi tar- riskju);
  • e. mal-kontabbiltà u l- awditjar;
  • f. mal-valutazzjoni tal- effikaċja tal - arranġamenti ta’ istituzzjoni, l - iżgurar ta’ governanza, sorveljanza u kontrolli effettivi; u
  • g. mal-interpretazzjoni tal- informazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l - identifikazzjoni tal- kwistjonijiet ewlenin fuq il - bażi ta’ din l -informazzjoni u kontrolli u miżuri xierqa.
64. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu biżżejjed esperjenza prattika u professjonali minn pożizzjoni maniġerjali matul perjodu twil biżżejjed. Pożizzjonijiet ta’ terminu qasir jistgħu jitqiesu bħala parti mill - valutazzjoni, iżda tali pożizzjonijiet waħedhom ma għandhomx ikunu biżżejjed biex jiġi preżunt li membru għandu biżżejjed esperjenza. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, għandhom jitqiesu b’mod partikolari:

  • a. in-natura tal- pożizzjoni maniġerjali miżmuma u l - livell ġerarkiku tagħha;
  • b. it- tul tas - servizz;
  • c. in-natura u l- kumplessità tan -negozju fejn kien inkarigat il- membru, inkluża l - istruttura organizzattiva tiegħu;
  • d. il-kamp ta’ applikazzjoni tal- kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet u r-responsabbiltajiet tal - membru;
  • e. l- għarfien tekniku miksub mill - pożizzjoni;
  • f. l- għadd ta’ subordinati.
65. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi jipprovdu sfida kostruttiva għad - deċiżjonijiet u s - sorveljanza effettiva tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu. Għarfien, ħiliet u esperjenza adegwati għall - issodisfar tal -funzjoni superviżorja b’mod effettiv setgħu jinkisbu minn pożizzjonijiet akkademiċi jew amministrattivi rilevanti jew permezz tal- ġestjoni, is - superviżjoni jew il - kontroll ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ditti oħrajn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.