+22. Il- miżuri korrettivi tal - istituzzjonijiet
---+166. Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni tal- istituzzjoni tikkonkludi li persuna mhijiex adatta …
---+167. Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni ta’ istituzzjoni tikkonkludi li l - korp ta’ ġestjoni …
---+168. Meta istituzzjoni tieħu miżuri korrettivi, din għandha tqis is - sitwazzjoni u n - nuqqasijiet …
---+169. Miżuri korrettivi adegwati jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: l - aġġustament tar - …
---+170. Fi kwalunkwe każ, l -awtoritajiet kompete nti għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar …

22. Il- miżuri korrettivi tal - istituzzjonijiet

22. Il- miżuri korrettivi tal - istituzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
166. Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni tal- istituzzjoni tikkonkludi li persuna mhijiex adatta …

Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni tal- istituzzjoni tikkonkludi li persuna mhijiex adatta li tinħatar bħala membru tal- korp ta’ ġestjoni, dik il - persuna ma għandhiex tinħatar jew, jekk il - membru jkun diġà nħatar, l - istituzzjoni għandha tissostitwixxi lill -membru. Bl- eċċezzjoni tal - kriterji rilevanti għall -valutazzjoni tar- reputazzjoni, tal - onestà u tal -integrit à, jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni ta’ istituzzjoni tidentifika nuqqasijiet li jistgħu jiġu rimedjati faċilment fl - għarfien, il - ħiliet, l - esperjenza tal - membri, l - istituzzjoni għandha tieħu miżuri korrettivi adegwati biex tegħleb dawk in - nuqqasijiet fi żmien xieraq.

167. Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni ta’ istituzzjoni tikkonkludi li l - korp ta’ ġestjoni …

Jekk valutazzjoni jew rivalutazzjoni ta’ istituzzjoni tikkonkludi li l - korp ta’ ġestjoni mhuwiex adatt kollettivament, l - istituzzjoni għandha tieħu miżuri korrettivi adegwati fi żmien xieraq.

168. Meta istituzzjoni tieħu miżuri korrettivi, din għandha tqis is - sitwazzjoni u n - nuqqasijiet …

Meta istituzzjoni tieħu miżuri korrettivi, din għandha tqis is - sitwazzjoni u n - nuqqasijiet partikolari ta’ membru individwali jew il- kompożizzjoni kollettiva tal - korp ta’ ġestjoni. F’każ ta’ awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni biex tibda n - negozju tagħha, tali miżuri għandhom jiġu implimentati qabel ma tingħata l -awtorizzazzjoni.24


24 Ara n-nota 28 f’qiegħ il - paġna.

169. Miżuri korrettivi adegwati jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: l - aġġustament tar - …

Miżuri korrettivi adegwati jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: l - aġġustament tar - responsabbiltajiet bejn il -membri tal- korp ta’ ġestjoni; is - sostituzzjoni ta’ ċerti membri; ir - reklutaġġ ta’ membri addizzjonali; miżuri possibbli li jnaqqsu l - kunflitti ta’ interess; it - taħriġ ta’ membri individwali; jew it - taħriġ għall - korp ta’ ġestjoni b’mod kollettiv sabiex tiġi żgurata l-idoneità individwali u kollettiva tal- korp ta’ ġestjoni.

170. Fi kwalunkwe każ, l -awtoritajiet kompete nti għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar …

Fi kwalunkwe każ, l -awtoritajiet kompete nti għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe nuqqas materjali identifikat li jikkonċerna kwalunkwe membru tal - korp ta’ ġestjoni u l - kompożizzjoni kollettiva tal - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom ukoll jinfur maw lill- awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rigward tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, meta dawn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni. L - informazzjoni għandha tinkludi l - miżuri li ttieħdu jew li huma previsti sabiex jiġu rimedjati dawk in - nuqqasijiet u l - iskeda taż - żmien għall - implimentazzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.