+Linja Gwida 5: Valutazzjoni kwalitattiva tal - eżiti tat -testijiet u tar-reżiljenza tal -SGD

Linja Gwida 5: Valutazzjoni kwalitattiva tal - eżiti tat -testijiet u tar-reżiljenza tal -SGD

Sistema ta’ valutazzjoni għal indikaturi individwali

5.1 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza tagħhom fir -rigward tal- indikaturi differenti inklużi f’dawn il -linji gwida, l- SGD għandhom jużaw is - sistema ta’ valutazzjoni li ġejja.

5.2 Peress li l- għan tal -ittestjar tal-istress huwa doppju, il-valutazzjoni tar- reżiljenza tal -SGD u l-identifikazzjoni tan- nuqqasijiet jew “oqsma għal titjib” sabiex jittejbu s -sistemi tal-SGD, huwa mistenni u milqugħ li SGD tidentifika tali oqsma għal titjib meta twettaq l - eżerċizzji tagħha tat - test tal- istress. Għalhekk, l - SGD għandhom jirrapportaw, meta jappli kaw indikaturi individwali, punteġġ kwalitattiv mill - kategoriji differenti li ġejjin:

1) L-SGD ma identifikat l- ebda qasam jew għadd żgħir ta’ oqsma għal titjib u dawn l - oqsma x’aktarx ma jaffettwawx il - kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il - kundizzjonijiet tad-DSGD.

2) L- SGD identifikat għadd sinifikanti ta’ oqsma għal titjib, iżda oqsma bħal dawn għal titjib x’aktarx ma jaffettwawx il - kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il - kundizzjonijiet tad- DSGD, peress li, pereżempju, tali nuqqasijiet huma iżolati u/jew jistgħu jiġu indirizzati faċilment fil -punt ta’ falliment.

3) L- SGD identifikat għadd baxx ta’ oqsma għal titjib, madankollu, oqsma bħal dawn għal titjib jaffettwaw il- kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il -kundizzjonijiet tad- DSGD (għalhekk, l - SGD għandha tindika liema miżuri ttieħdu jew huma skedati fil - futur qrib u kwalunkwe eżitu li jirriżulta minn testijiet ta’ segwitu).

4) L- SGD identifikat għadd sinifikanti ta’ oqsma għal titjib, u oqsma bħal dawn għal titjib jaffettwaw il- kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il -kundizzjonijiet tad-DSGD(għalhekk, l - SGD għandha tindika liema miżuri ttieħdu jew huma skedati fil -futur qrib u kwalunkwe eżitu li jirriżulta minn testijiet ta’ segwitu).

5.3 Il- punteġġi kwalitattivi jenħtieġ li jiġu ssupplimentati minn żviluppi kwantitattivi u spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir - riżultat irrapportat meta mitlub mill -mudell tar-rapportar.

Minn indikaturi individwali għar - reżiljenza tal - SGD fil - kisba tal - funzjonijiet legali tagħh a

5.4 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza tagħhom fir -rigward tal-funzjonijiet legali vvalutati fit-testijiet ewlenin, l- SGD għandhom jużaw is - sistema ta’ valutazzjoni li ġejja.

5.5 L- SGD għandhom jirrapportaw, għal kull test ewlieni, jekk jivvalutawx lilhom infushom bħala “suffiċjentement reżiljenti” jew “insuffiċjentement reżiljenti”.

  • • “Suffiċjentement reżiljenti” tfisser li l -SGD tista’ tissodisfa l-funzjoni, fdata f’konformità mad-Direttivi 2014/49/UE u 2014/59/UE, li ġiet ivvalutata permezz tat -test ewlieni rilevanti.
  • • “Insuffiċjentement reżiljenti” tfisser li l - SGD ma tistax tissodisfa l -funzjoni, fdata f’konformità mad-Direttivi 2014/49/UE u 2014/59/UE, li ġiet ivvalutata permezz tat -test ewlieni rilevanti.

5.6 L- SGD għandhom jissupplimentaw din il -valutazzjoni perme zz ta’ spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir- riżultati tar -rapportar.

5.7 Jekk SGD ikollha mandat legali biex twettaq ċertu kompitu skont id - DSGD, iżda ma wettqitx ċertu test ewlieni applikabbli għall -SGD, l- SGD għandha tirrapporta dan billi timla “qasam mhux ittestjat” fil- qasam rilevanti tal -mudell ta’ rapportar u tispjega r- raġunijiet għaliex ma tivvalutax l- qasam.

Sistema ta’ valutazzjoni għar - reżiljenza ġenerali

5.8 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza ġenerali tagħhom, l - SGD għandhom jużaw is -sistema ta’ valutazz joni li ġejja.

5.9 L- SGD għandhom jirrapportaw jekk ir - reżiljenza ġenerali fil -kisba tal- mandat legali sħiħ tagħha hijiex “Suffiċjentement reżiljenti” jew “Insuffiċjentement reżiljenti”:

  • • “Suffiċjentement reżiljenti” tfisser li l - SGD tkun tista’ twettaq il -funzjonijiet kollha li għalihom hija fdata f’konformità mad -Direttivi 2014/49/UE u 2014/59/UE.
  • • “Insuffiċjentement reżiljenti” tfisser li l - SGD ma tistax tissodisfa mill - inqas waħda mill - funzjonijiet li għalihom hija fdata f’konformità mad-Direttivi 2014/49/UE u 2014/59/UE.

5.10 L- SGD għandhom jissupplimentaw din il -valutazzjoni permezz ta’ spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir - riżultati tar -rapportar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.