+Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur
---+32. Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv …
---+33. Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni …
---+34. Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun …
---+35. Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ …
---+36. Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - …
---+37. Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l …

Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur

Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
32. Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv …

Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv, b’konformità mal-proċeduri interni speċifikati fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom skont l -Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075, l- istituzzjonijiet għandhom fil - pront u f’kull każ:

  • a. fi żmien jum wieħed ta’ negozj u mill-ksur tal-indikatur tal-pjan ta’ rkupru, iwissu lill-korp maniġerjali tal -istituzzjoni billi jattivaw il- proċess ta’ eskalazzjoni xieraq sabiex jiżguraw li kwalunkwe ksur ikun meqjus u, fejn rilevanti, tittieħed azzjoni; u
  • b. mhux aktar tard minn jum wieħed addizzjonali ta’ negozju wara l -eskalazzjoni interna msemmija f’(a) hawn fuq, jinnotifikaw il -ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti rilevanti.
33. Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni …

Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni għandu, inkluż abbażi tal -Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jivvaluta s- sitwazzjoni, jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet ta’ rkupru u jinnotifika fil -pront lill-awtorità kompetenti.

34. Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun …

Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun ibbażata fuq analiżi raġunata taċ - ċirkostanzi madwar il -ksur. Fejn dik id- deċiżjoni tkun li l - istituzzjoni tieħu azzjoni skont il-pjan ta’ rkupru, l- awtorità kompetenti għandha tingħata pjan ta’ azzjoni bbażat fuq lista ta’ opzjonijiet ta’ rkupru fattibbli u kredibbli potenzjali għall - użu f’din is -sitwazzjoni ta’ stress u skeda għar -rimedju tal- ksur. Jekk ma tkunx ġiet deċiża azzjoni, l -ispjegazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti għandha tartikola biċ - ċar ir - raġunijiet għalfejn u, fejn xieraq, turi kif ir -restawr ta’ tipi speċifiċi ta’ indikaturi u l - ksur tagħhom ikun possibbli mingħajr l - użu ta’ miżuri ta’ rkupru.

35. Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ …

Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ indikatur, anki jekk ma kinitx inkluża preċedentement fil - pjan ta’ azzjoni, għandha titqies rilevanti għall - komunikazzjoni mal- awtorità kompetenti. B’mod indikattiv, għal dak il - għan, l -opzjonijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu miżuri li huma straord inarji fin- natura tagħhom kif ukoll miżuri li jistgħu wkoll jittieħdu matul in -negozju normali kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (eż. minn miżuri ta’ kontinġenza għal opzjonijiet ta’ rkupru aktar estremi u radi kali).

36. Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - …

Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - istituzzjoni u ma tiskattax awtomatikament permezz ta’ ksur. Wara n-notifika tal-ksur, l- awtorità kompetenti għandha żżomm kuntatt attiv mal-istituzzjoni.

37. Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l …

Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l -attivazzjoni xierqa u f’waqtha mill -istituzzjoni tal- proċeduri ta’ eskalazzjoni u (ii) jekk id -diskussjoni dwar l-attivazzjoni tal- pjan tkunx qed issir fuq il -livell tal- maniġme nt it-tajjeb tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk ir - raġunament sottostanti pprovdut mill - istituzzjoni għad - deċiżjoni tagħha li timplimenta jew ma timplimentax opzjonijiet ta’ rkupru jkunx trasparenti u raġunat sew.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.