+4.1 Metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni
---+11. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għall -finijiet tal- għoti ta’ awtorizzazzjoni …
---+12. Il- CAM tistabbilixxi l -kriterji u l- metodi li skonthom l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+13. Għall -finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, ir- referenzi għar - riskju jinkludu wkoll ir - riskju …
---+14. Sabiex jiġi żgurat li l - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq …
---+15. Il- CAM hija teknoloġikament newtrali u favorevoli għall - innovazzjoni, għalhekk tkopri l - …
---+16. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l -UE, il- valutazzjoni tal -awtoritajiet …
---+17. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - valutazzjoni għall - għoti tal - …
---+18. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin: a) id- …
---+19. Fil - każ tal -paragrafu 18, l-ittra m), u f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal- RTS dwar …
---+20. Fil - każ tal -paragrafu 18, ittra n) , sakemm l - estensjoni sottomessa ma tibdilx …
---+21. L- applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità mill - awtoritajiet kompetenti qatt ma …

4.1 Metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni

4.1 Metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għall -finijiet tal- għoti ta’ awtorizzazzjoni …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għall -finijiet tal- għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu, kif definit fl -Artikolu 4(1) tas - CRR, huma japplikaw il - metodoloġija ta’ valutazzjoni komuni (“CAM”) stabbilita f’dawn il -Linji Gwida.

12. Il- CAM tistabbilixxi l -kriterji u l- metodi li skonthom l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Il- CAM tistabbilixxi l -kriterji u l- metodi li skonthom l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir- rekwiżiti komuni għall - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti fl -Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2013/36/UE.

13. Għall -finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, ir- referenzi għar - riskju jinkludu wkoll ir - riskju …

Għall -finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, ir- referenzi għar - riskju jinkludu wkoll ir - riskju ta’ ML/TF. Għalhekk, jenħtieġ li l- awtoritajiet kompetenti jivvalutaw b’mod komprensiv l - aspetti relatati mal- AML/CFT għall -finijiet tal- għoti tal - awtorizzazzjoni. Għal dan il - għan, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mas - superviżur fil - qasam tal - AML/CFT rilevanti u korpi pubbl iċi rilevanti oħra kif xieraq f’konformità mal -Artikolu 117(5) tad-Direttiva 2013/36/UE5 .


5 B’mod partikolari l-Linji Gwida tal-EBA dwar il- kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni bejn is - superviżuri prudenzjali, is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT u l -unitajiet tal- intelligence finanzjarja skont id -Direttiva 2013/36/UE. Id- Dokument ta’ Konsultazzjoni, EBA/CP/2021/21 tas -27 ta’ Mejju 2021, huwa disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/eba - consults -new- guidelines -cooperation-and-information- exchange -area-anti-money-laundering-and

14. Sabiex jiġi żgurat li l - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq …

Sabiex jiġi żgurat li l - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni affidabbli, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l -i nformazzjoni u d -dokumenti sottomessi mal - applikazzjoni skont l-RTS dwar l- informazzjoni għall -awtorizzazzjoni , fid-dawl tar- rekwiżiti tal - verità, iċ - ċarezza, il - preċiżjoni, l - aġġornament u l - kompletezza, u bil - ħsieb li tiġi żgurata l - ġestjoni soda u prudenti tal- istituzzjoni. Skont l -Artikolu 10(2) tal- RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni , l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu wkoll li l - applikant jipprovdi informazzjoni supplimentari jew spjegazzjonijiet addizzjonali.

15. Il- CAM hija teknoloġikament newtrali u favorevoli għall - innovazzjoni, għalhekk tkopri l - …

Il- CAM hija teknoloġikament newtrali u favorevoli għall - innovazzjoni, għalhekk tkopri l - istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti bil - mudelli ta’ negozju kollha, kemm mudelli ta’ negozju u/jew mekkaniżmi ta’ twassil tradizzjonali kif ukoll innovattivi u, fl - istess ħin, ma timponix rekwiżiti biex jintużaw teknoloġiji speċifiċi jew jiġu adottati ċerti strutturi. Għalhekk, din ma tfixkilx il - ħolqien u l - espansjoni ta’ teknoloġiji ġodda u mudelli ta’ negozju innovattivi. Għaldaqstant, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jipp referu jew jipprevjenu l- adozzjoni ta’ teknoloġija speċifika, u lanqas ma għandhom jippreferu jew jippreġudikaw mudell jew servizz ta’ negozju speċifiku fil - kuntest tal - valutazzjoni tal - applikazzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - ħtieġa li jiġi żgur at li l-mudell tan- negozju jew il - mekkaniżmu ta’ twassil ma jkunux ta’ xkiel għas - superviżjoni effettiva tal -awtoritajiet kompetenti.

16. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l -UE, il- valutazzjoni tal -awtoritajiet …

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l -UE, il- valutazzjoni tal -awtoritajiet kompetenti għandha tkun biss teknik a, tirrifletti r- regolamentazzjoni prudenzjali u tkun f’konformità mal - Artikolu 11 tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.1.1 Proporzjonalità

17. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - valutazzjoni għall - għoti tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni f’konformità mal- prinċipju tal - proporzjonalità kif speċifikat f’dawn il -Linji Gwida, bil- ħsieb li jiżguraw li l - valutazzjoni tkun konsistenti mal -profil tar- riskju individwali u l -mudell tan- negozju tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, sabiex l -objettivi tar- rekwiżiti regolatorji jinkisbu b’m od effettiv.

18. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin: a) id- …

Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin:

  • a) id- daqs mistenni tal -karta tal- bilanċ tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u s - sussidjarji tagħha fl -ambitu tal- konsolidazzjoni prudenzjali, kif applikabbli;
  • b) il- preżenza ġeografika mistennija tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u d - daqs tal - operazzjonijiet tagħha f’kull ġurisdizzjoni;
  • c) il-forma legali tal- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, inkluż jekk l - istituzzjoni ta’ kreditu hijiex parti minn grupp;
  • d) jekk l- istituzzjoni hijiex elenkata jew le;
  • e) it- tip ta’ attivitajiet u servizzi ppjanati mwettqa mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (eż. ara wkoll l- Anness 1 għad -Direttiva 2013/36/UE u l- Anness 1 għad - Direttiva 2014/65/UE);
  • f) il-mudell tan- negozju (inkluż il-karattru innovattiv, l- uniċità jew il - kumplessità tiegħu) u l - istrateġija, kif ukoll il - livell mistenni ta’ riskju li jirriżulta mill - implimentazzjoni u l - eżekuzzjoni; in -natura u l- kumplessità tal -attivitajiet tan- negozju mmirati;
  • g) l- istruttura organizzazzjonali tal - istituzzjoni ta’ kreditu;
  • h) l- istrateġija tar - riskju, il - predispożizzjoni għar - riskju u l -profil tar- riskju previsti tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti;
  • i) is - sjieda u l - istruttura ta’ finanzjament tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti;
  • j) it- tip ta’ klijenti (eż. konsumaturi, korporattivi, istituzzjonali, negozji żgħar, entitajiet pubbliċi) u l - kumplessità tal - prodotti jew kuntratti previsti;
  • k) il- funzjonijiet esternalizzati u l - kanali ta’ distribuzzjoni previsti;
  • l) is - sistemi eżistenti u/jew i ppjanati tat- teknoloġija tal - informazzjoni (IT), inklużi s - sistemi ta’ kontinwità u l- funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il - qasam;
  • m) jekk l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tappartjenix għal grupp li huwa soġġett għas - superviżjoni konsolidata tal -a wtorità kompetenti;
  • n) jekk l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tissottomettix applikazzjoni għal attivitajiet speċifiċi biss, jew istituzzjoni ta’ kreditu eżistenti tapplikax għal estensjoni tal - kamp ta’ applikazzjoni tal- awtorizzazzjoni kull meta l -awtori zzazzjoni tkun ingħatat esklussivament għall - eżerċizzju ta’ attivitajiet speċifiċi;
  • o) il- konsistenza mat -tip u l- wisa’ tal - informazzjoni meħtieġa skont l - RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni .
19. Fil - każ tal -paragrafu 18, l-ittra m), u f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal- RTS dwar …

Fil - każ tal -paragrafu 18, l-ittra m), u f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal- RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni , l- intensità tal - valutazzjoni għandha tqis l - għarfien dirett tal-awtorità kompetenti – abbażi tal - informazzjoni disponibbli għaliha – tal-mudell tan- negozju, il-profil tar- riskju u l - kundizzjonijiet prudenzjali, finanzjarji, tan - negozju u operazzjonali attwali tal- istituzzjoni ta’ kreditu jew tal -grupp applikanti.

20. Fil - każ tal -paragrafu 18, ittra n) , sakemm l - estensjoni sottomessa ma tibdilx …

Fil - każ tal -paragrafu 18, ittra n) , sakemm l - estensjoni sottomessa ma tibdilx materjalment in - natura u l-profil tar- riskj u tal- istituzzjoni ta’ kreditu, il - valutazzjoni tal -awtoritajiet kompetenti għandha tkun limitata fil - kamp ta’ applikazzjoni u tiffoka fuq l -impatt tal- attivitajiet addizzjonali l- ġodda fuq il -mudell tan- negozju ġenerali u fuq il - kapaċità ta’ konformità ma r- rekwiżiti prudenzjali, b’mod partikolari fuq il - ġestjoni soda u prudenti tal - istituzzjoni ta’ kreditu (inkluż, b’mod partikolari, il-profittabbiltà tal-linji tan- negozju l - ġodda u s - sostenibbiltà ġenerali tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, l - adegwatezz a tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni jew superviżorja tiegħu, il - qafas ta’ kontroll intern u s - sistemi tal - IT). Għandha tqis ukoll l- għarfien dirett tal -awtorità kompetenti dwar il-mudell tan- negozju, il -profil tar- riskju u l - kundizzjonijiet prudenzjali, finanzjarji, tan - negozju u operazzjonali tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti.

21. L- applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità mill - awtoritajiet kompetenti qatt ma …

L- applikazzjoni tal - prinċipju tal - proporzjonalità mill - awtoritajiet kompetenti qatt ma tista’ tammonta għal eżenzjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu appl ikanti mill- issodisfar ta’ kwalunkwe rekwiżit obbligatorju għall - għoti tal - awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.