+116. Għall -fini tad- determinazzjoni tal -livell tal-kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …

116. Għall -fini tad- determinazzjoni tal -livell tal-kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …

Għall -fini tad- determinazzjoni tal -livell tal-kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • (a) jidentifikaw b’mod xieraq ir - riskji (u RWAs relatati) abbażi tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju rieżaminat skont it - taqsima 7.2.6 , u jistmaw ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji (ibbażati fuq ir - riskju u fuq l - ingranaġġ) għal mill - inqas tliet snin (jiġifieri l - fondi proprji meħtieġa biex ikopru l- konformità sħiħa mar - rekwiżiti prudenzjali matul u fi tmiem l - ewwel tliet snin, filwaqt li jitqies it -tel f akkumulat mistenni għal dak il - perjodu ta’ żmien);
  • (b) iżidu mal - kapital inizjali t - telf akkumulat mistenni għall - ewwel tliet snin;
  • (c) jagħżlu l - ogħla minn (a) jew (b)20 .

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu ssodisfati li l - istima tar - rekwiżiti ta’ fondi pr oprji skont l -ittra a) ta’ dan il-paragrafu21 hija l - ogħla22 ammont li jirriżulta mix - xenarju tal - każ ta’ bażi jew ix - xenarju ta’ stress sever iżda plawżibbli23 tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju rivedut skont it- taqsima 7.2.6. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - ammont ogħla identifikat b’dan il-mod jifforma l- bażi għall -kalkolu tal-kapital li l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti hija mistennija li jkollha disponibbli fil -mument tal- awtorizzazzjoni kif speċifikat aktar fit - taqsima 8.3. Il- porzjon tal -kapital fl- awtorizzazzjoni li għandu jitħallas qabel il -bidu tal- attivitajiet jiġi ddeterminat skont il -paragrafu 123.


20 Il- Figuri 1, 2 u 3 irrappurtati fl - Anness juru l - każijiet li ġejjin: a) il - Figura 1 tipprovdi eżempju tal - każ fejn ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji jkunu ogħla mill - kapital inizjal i u t- telf kumulattiv annwali; b) il - Figura 2 tipprovdi eżempju tal - każ fejn il - kapital inizjali flimkien mat - telf annwali kumulattiv ikunu ogħla mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji stmati; c) il - Figura 3 tipprovdi eżempju ta’ bidla fl - ammont ogħla ta’ kapital inizjali u telf u rekwiżiti ta’ fondi proprji matul it - tliet snin li huma kkunsidrati li jiddeterminaw il-kapital fl- awtorizzazzjoni.

21 U t- telf kumulattiv mistenni relatat li ntuża biex jiġi ddeterminat l - ammont taħt l -ittra 116(b) ta’ dan il-paragrafu.

22 F’xi każijiet, huwa x - xenarju bażi tal - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju aktar milli x - xenarju avvers (it - tnejn ikkontestati kif xieraq mill -awtorità kompetenti, jekk meħtieġ) li jista’ jwassal għad - determinazzjoni ta’ rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji (minħabba, pereżempju, tkabbir tan - negozju aktar b’saħħtu) u bħala konsegwenza għal rekwiżiti kapitali ogħla b’mod ġenerali (inkluża l - komputazzjoni tat - telf mistenni matul it - tliet snin tal - perjodu ta’ żmien għall - ippjanar). F’dak il - każ, l - ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji stmati fl - ewwel perjodu ta’ tliet snin u t - telf akkumulat għall - ewwel tliet snin skont ix - xenarju bażi jiddeterminaw il - kwantità meħtieġa ta’ kapital.

23 Il- kunsiderazzjoni tat - telf ipproġettat fix - xenarju ta’ stress għandu jkollha l - għan li tiżgura livell adegwat ta’ reżiljenza tal- istituzzjoni ta’ kreditu fil - perjodu inizjali tal - attività, anke minħabba l -fatt li l- P2R għadu ma ġiex id determinat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.