+135. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l …
|
135. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l …
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l -artikoli ta’ assoċjazzjoni jew dokumenti kostituzzjonali ekwivalenti oħra34 u t- termini ta’ referenza tal - korp ta’ ġestjoni35 , u jkunu sodisfatti li d -dokumenti jkopru b’mod adegwat ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal - korp ta’ ġestjoni, b’distinzjoni bejn id -dmirijiet tal- funzjoni ta’ ġestjoni (eżekuttiva) u tal - funzjoni superviżorja (mhux eżekuttiva). F’konformità ma’ dan, l -awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari: - (a) jivverifikaw li l- korp ta’ ġestjoni għandu r - responsabbiltà aħħarija u kumplessiva tal - istituzzjoni u jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall - implimentazzjoni tal - arranġamenti ta’ governanza fi ħdan l - istituzzjoni li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tal- istituzzjoni36 ;
- (b) ikunu sodisfatti li r - responsabbiltajiet fdati lill - korp ta’ ġestjoni37 jinkludu l- istabbiliment, l - approvazzjoni u s - sorveljanza tal - implimentazzjoni ta’: a) l - istrateġija ġenerali tan - negozju u l-politiki ewlenin tal- istituzzjoni ta’ kreditu; b) l - istrateġija ġenerali għar - riskju, inkluż l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu, il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħha u miżuri biex jiġi żgurat li l - korp ta’ ġestjoni jiddedika biżżejjed ħin għal kwistjonijiet ta’ riskju u biex iwettaq il - funzjoni tiegħu; c) governanza interna adegwata u effettiva u qafas ta’ kontroll intern li jinkludi struttura organizzattiva ċara u ġestjoni tar - riskju interna, funzjonijiet ta’ konformità u awditjar indipendenti u li jiffunzjonaw tajjeb u li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom; d) governanza interna adegwata u effettiva u qafas ta’ kontroll intern, biex tiġi żgurata l -konformità mar- rekwiżiti applikabbli, inkluż fil - kuntest tal - prevenzjoni tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu; e) l - ammonti, it-tipi u d- distribuzzjoni tal - kapital intern u dak regolatorju biex ikopru b’mod adegwat ir- riskji tal - istituzzjoni; f) miri għall - ġestjoni tal -likwidità tal- istituzzjoni; g) politika ta’ rimu nerazzjoni kif deskritta fil -paragrafi 170 u 171 ; h) arranġamenti dwar l - adegwatezza individwali u kollettiva, il- kompożizzjoni, l -effettività u l- ippjanar tas - suċċessjoni tal -korp ta’ ġestjoni; i) proċess ta’ valutazzjoni tal - għażla u tal - adegwatezza għad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin38 ; j) arranġamenti mmirati biex jiżguraw il - funzjonament intern ta’ kull kumitat tal- korp ta’ ġestjoni, meta jiġu stabbiliti39 ; k) kultura ta’ riskju li tindirizza l - għarfien tar- riskju u l - imġiba tat - teħid tar - riskju tal - istituzzjoni; l) kultura u valuri korpora ttivi li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili; m) politika dwar il- kunflitt ta’ interess fil - livell istituzzjonali u tal - persunal; u n) arranġamenti mmirati biex jiżguraw l - integrità tas - sistemi tal -kontabbiltà u tar- rapportar finanzjarju, inklużi l - kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l -konformità mal- liġi u mal - istandards rilevanti;
- (c) ikunu sodisfatti li l - applikazzjoni tipprevedi li meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - kompiti mse mmija fl- ittra (b) hawn fuq, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkollu l- għan li jiżgura mudell ta’ negozju sostenibbli li jqis ir - riskji kollha, inklużi r - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
- (d) ikunu sodisfatti li d - dokumenti ta’ applikazzjoni rilevanti jipprevedu arranġamenti mmirati biex jiżguraw li l - valutazzjonijiet tal -idoneità individwali u kollettivi tal- korp ta’ ġestjoni jitwettqu b’mod effettiv, li r -rwoli u r- responsabbiltajiet tal - president ikunu definiti b’mod ċar, li l - kompożizzjoni u l- ippjanar tas - suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni jkunu xierqa, u li l - korp ta’ ġestjoni jwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv, f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna u l- Linji Gwida tal-EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza ;
- (e) jivvalutaw li l- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu se jkun fdat bir - responsabbiltà għall - implimentazzjoni tal - istrateġiji stabbiliti mill - korp ta’ ġestjoni u jiddiskuti regolarment l- implimentazzjoni u l - adegwatezza ta’ dawk l - istrateġiji mal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu. Il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu għandu wkoll jingħata s - setgħa li jikkontesta b’mod kostruttiv u jirrieżamina b’mod kritiku l - proposti, l - ispjegazzjonijiet u l - informazzjoni li jirċievi meta jeżerċita l - ġudizzju tiegħu u jieħu deċiżjonijiet dwar l - istrateġija tal - istituzzjoni40 ;
- (f) ikunu sodisfatti, mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltajiet assenjati skont il - liġi nazzjonali applikabbli dwar il -kumpaniji, li l-kompiti tal-k orp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom jinkludu41 : a) is - sorveljanza u l - monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - azzjonijiet ta’ ġestjoni u l - forniment ta’ sorveljanza effettiva tal -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu, inkluż il - monitoraġġ u l - iskrutinju tal - prestazzjoni individwali u kollettiva tiegħu u l - implimentazzjoni tal - istrateġija u l -objettivi tal- istituzzjoni;
- b) l- iżgurar u l - valutazzjoni perjodika tal -effettività tal- qafas ta’ governanza interna tal - istituzz joni ta’ kreditu u t- teħid ta’ passi xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat; c) is - sorveljanza u l - monitoraġġ ta’ jekk l - objettivi strateġiċi, l - istruttura organizzattiva u l - istrateġija tar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu, inklużi l - aptit għar - riskju u l- qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħha, kif ukoll politiki oħra (eż. il -politika dwar ir-rimunerazzjoni) u l - qafas tad - divulgazzjoni humiex implimentati b’mod konsistenti; d) il - monitoraġġ ta’ jekk il -kultura tar- riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu hijiex implimentata b’mod konsistenti; e) is - sorveljanza tal - implimentazzjoni u ż - żamma ta’ kodiċi ta’ kondotta jew politiki simili u effettivi għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni u l - mitigazzjoni tal -kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali; f) is - sorveljanza tal -integrità tal- informazzjoni u r -rapportar finanzjarji, u l - qafas ta’ kontroll intern, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju effettiv u sod; g)l - iżgurar li l -kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu kapaċi u jaġixxu b’mod indipendenti u, irrispettivament mir - responsabbiltà li jirrapportaw lil korpi interni, linji tan - negozju jew unitajiet oħra, jistgħu jqajmu tħassib u javżaw lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu direttament, fejn meħtieġ, meta żviluppi avversi tar - riskju jkunu jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw lill - istituzzjoni; u h) il - monitoraġġ tal - implimentazzjoni tal-pjan ta’ awditjar intern, wara l- involviment minn qabel tal -kumitati tar- riskju u tal - awditjar, fejn tali kumitati jkunu stabbiliti;
- (g) jivverifikaw li d- dokumenti ta’ applikazzjoni rilevanti relatati mal - kumitati li se jiġu stabbiliti jinkludu l- kombinazzjoni, il - kompożizzjoni, ir -rwol u l- allokazzjoni tad -dmirijiet u l-kompiti tagħhom bejn il - kumitati speċjalizzati tal - korp ta’ ġestjoni, sk ont id- dispożizzjonijiet rilevanti tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .
34 Imressaq skont l - RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni. 35 Imressaq skont l - RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni. 36 Il-paragrafu 19 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA. 37 Ara l-paragrafu 22 tal-Linji Gwida dwar il-governan za interna tal -EBA. 38 Kif definit fil - Linji Gwida dwar il-governanza interna tal-EBA, l- espressjoni “detentur ta’ funzjoni ewlenija” tfisser persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id - direzzjoni tal - istituzzjoni iżda li mhumiex membri tal - korp ta’ ġestjoni u mhumiex CEO. Dawn jinkludu l - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn ma jkunux membri tal -korp ta’ ġestjoni, u, fejn identifikati minn approċċ ibbażat fuq ir - riskju mill - istituzzjonijiet, detenturi oħra ta’ funzjonijiet ewleni n. Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin oħra jistgħu jinkludu kapijiet ta’ linji tan - negozju sinifikanti, fergħat taż - Żona Ekonomika Ewropea/tal- Assoċjazzjoni Ewropea tal - Kummerċ Ħieles, sussidjarji ta’ pajjiżi terzi u funzjonijiet interni oħra”. Ara wkoll il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin. 39 Skont il-paragrafu 22(i) tal- Linji Gwida dwar il-governanza interna tal- EBA, tali arranġamenti għandhom jagħtu dettalji dwar “i. ir-rwol, il- kompożizzjoni u l - kompiti ta’ kull wieħed minnhom; ii. fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluża d - dokumentazzjoni tar - rakkomandazzjonijiet u l - konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l - korp ta’ ġestjo ni, l- awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra”. 40 Ara l-paragrafu 30 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA. 41 Ara l-paragrafu 34 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|