+3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp
---+71. F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id- ditti ta’ investiment għandhom …
---+72. Fil-livell konsolidat, l- impriża omm tal -Unjoni u l- awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+73. Fir-rigward ta’ ditti u entitajiet ta’ investiment fi grupp li jinsab f’aktar minn Stat Membru …
---+74. Meta jiġu applikati r - rekwiżiti fuq bażi konsolidata, japplikaw ir- rekwiżiti ta’ …
---+75. Pesunal sekondat minn impriża prinċipali f’pajjiż terz għal sussidjarja tal - UE li hija ditta …
---+76. Kuntratti jew sekondar fuq terminu qasir ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati r- …
---+77. Ir- rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn …

3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp

3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
71. F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id- ditti ta’ investiment għandhom …

F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id- ditti ta’ investiment għandhom, mingħajr preġudizzju għad -derogi previsti skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jikkonformaw mar- rekwiżiti kollha tal -Artikoli 26, 30, 31, 32 u 33 ta’ dik id-Direttiva. Dan jinkludi l- Istandards Tekniċi Regolatorji applikabbli rigward ir -remunerazzjoni. Ir- rekwiżiti u l - ispeċifikazzjonijiet tagħhom f’dawn il -li nji gwida japplikaw fuq bażi individwali u, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata kif imsemmi fl -Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

72. Fil-livell konsolidat, l- impriża omm tal -Unjoni u l- awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fil-livell konsolidat, l- impriża omm tal -Unjoni u l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tiġi implimentata politika ta’ remunerazzjoni għall - grupp sħiħ u rrispettata mill -persunal kollu, inklużi l -persunal identifikat kollu fid- ditti ta’ investiment kollha u fl - entitajiet oħrajn fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali u l- fergħat kollha. Il -politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun newtrali għall - ġeneru. Għandhom jitqiesu r - rekwiżiti speċifiċi ta’ remunerazzjoni tas-sussidjarji.

73. Fir-rigward ta’ ditti u entitajiet ta’ investiment fi grupp li jinsab f’aktar minn Stat Membru …

Fir-rigward ta’ ditti u entitajiet ta’ investiment fi grupp li jinsab f’aktar minn Stat Membru wieħed, il -politika ta’ r emunerazzjoni għall - grupp kollu għandha tispeċifika kif l - implimentazzjoni tagħha għandha tindirizza d -differenzi bejn l-implimentazzjonijiet nazzjonali tar- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni tad -Direttiva (UE) 2019/2034. EBA Public

74. Meta jiġu applikati r - rekwiżiti fuq bażi konsolidata, japplikaw ir- rekwiżiti ta’ …

Meta jiġu applikati r - rekwiżiti fuq bażi konsolidata, japplikaw ir- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni applikabbli fl-Istat Membru fejn tinsab l- impriża omm tal - Unjoni, inkluż għal persunal identifikat li għandu impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-grupp, anke jekk l-implimentazzjoni tar-rekwi żiti stabbiliti bl -Artikoli 30 u 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 mill-Istat Membru fejn tinsab l- impriża omm tal - Unjoni hija aktar stretta.

75. Pesunal sekondat minn impriża prinċipali f’pajjiż terz għal sussidjarja tal - UE li hija ditta …

Pesunal sekondat minn impriża prinċipali f’pajjiż terz għal sussidjarja tal - UE li hija ditta ta’ investiment jew fer għa li, kieku kien impjegat direttament mid - ditta ta’ investiment jew fergħa tal- UE, kien jaqa’ fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-persual identifikat ta’ dik id-ditta ta’ investiment jew fergħa tal - UE, huwa persunal identifikat. Persunal sekondat bħal dan għandu jkun soġġett għad - dispożizzjonijiet tar - remunerazzjoni fi ħdan id -Direttiva (UE) 2019/2034 kif huma implimentati fl- Istat Membru fejn hija stabbilita id -ditta ta’ investiment jew il- fergħa tal -UE u l-Istandards Tekniċi Regolatorji applikabbli. Għall -fi nijiet ta’ sekondar fuq terminu qasir, pereżempju meta persuna tkun qiegħda tirrisjedi fi Stat Membru għal ftit ġimgħat biss biex twettaq xi xogħol fuq proġett, dik il - persuna għandha tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet bħal dawn biss jekk il-persuna tkun identifikabbli skont l- RTS dwar persunal identifikat, filwaqt li titqies ir - remunerazzjoni mogħtija għall - perjodu ta’ żmien rilevanti u r -rwol u r-responsabbiltajiet matul is-sekondar.

76. Kuntratti jew sekondar fuq terminu qasir ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati r- …

Kuntratti jew sekondar fuq terminu qasir ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati r- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni tad -Direttiva (UE) 2019/2034 u kwalunkwe standard jew linja gwida relatati.

77. Ir- rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn …

Ir- rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida japplikaw għad -ditti ta’ investiment fi Stati Membri indipendentement mill-fatt li jistgħu jkunu sussidjarji ta’ ditta’ ta’ investiment jew istituzzjoni omm f’pajjiż terz. Fejn sussidjarja tal- UE ta’ ditta’ ta’ investiment omm f’pajjiż terz tkun impriża omm tal -Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali ma jinkludix il -livell tad-ditta ta’ investiment omm li tinsab f’pajjiż terz u sussidjarji diretti oħrajn ta’ dik id -ditta ta’ investiment omm. L- impriża omm tal - Unjoni għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ tad- ditta ta’ investiment omm f’pajjiż terz titqies fil - politiki ta’ remunerazzjoni tagħha stess sa fejn dan ma jmurx kontra r - rekwiżiti stabbiliti fil - liġi tal - UE jew nazzjonali rilevanti, inkluż dawn il-linji gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.