+4 Proporzjonalità
---+78. Il- prinċipju ta’ propozjonalità kif stabbilit fl -Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 …
---+79. Meta japplikaw ir- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji …
---+80. L- obbligu li jkollhom politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni sodi u effikaċi japplika għ …
---+81. Meta jiġi vvalutat dak li huwa proporzjonat u biex jiġi stabbilit il - livell ta’ …
---+82. Meta d- ditti ta’ investiment ikunu awtorizzati biex jipprovdu s -servizzi u l-attivitajiet …
---+83. Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti …
---+84. Qabel ma jiġu applikati b’mod proporzjonat ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - …
---+85. Meta jiġu implimentati politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi għal kategoriji differenti ta’ …
---+86. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - ditti ta’ investiment huma konformi mar - …
---+87. Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2019/2034/UE …
---+88. Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ …
---+89. Meta tiġi kkalkolata l -medja tal-valur tal-assi għall - perjodu ta’ erba’ snin immedjatament …
---+90. Fejn il- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lil awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu l …
---+91. Meta l- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lill -awtoritajiet kompetenti bi ex jistabbilixxu l …
|
4 Proporzjonalità
4 Proporzjonalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
78. Il- prinċipju ta’ propozjonalità kif stabbilit fl -Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 …
|
Il- prinċipju ta’ propozjonalità kif stabbilit fl -Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għandu l- għan li jqabbel il -politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni b’mod konsistenti mal-profil tar-riskju, mal- aptit għar -riskju u mal- istrateġija individwali ta’ ditta ta’ investiment, sabiex l -objettivi tar-rekwiżiti tar - remunerazzjoni jintlaħqu b’mod effettiv.
|
|
79. Meta japplikaw ir- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji …
|
Meta japplikaw ir- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji gwida b’mod proporzjonat, id-ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n -natura, l-EBA Public iskala u l-kumplessità u r-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tad-ditta ta’ investiment.
|
|
80. L- obbligu li jkollhom politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni sodi u effikaċi japplika għ …
|
L- obbligu li jkollhom politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni sodi u effikaċi japplika għ ad-ditti ta’ investiment kollha u fir -rigward tal-persunal kollu, irrispettivament mill- karatteristiċi differenti tad-ditta ta’ investiment.
|
|
81. Meta jiġi vvalutat dak li huwa proporzjonat u biex jiġi stabbilit il - livell ta’ …
|
Meta jiġi vvalutat dak li huwa proporzjonat u biex jiġi stabbilit il - livell ta’ sofistikazzjoni meħtieġ tal-politiki ta’ remunerazzjoni u l- approċċi ta’ kejl tar -riskju, id-ditti ta’ investiment u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t - taħlita ta’ aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal - kriterji kollha ta’ hawn fuq. Pereżempju, attività tan -negozju tista’ tkun ta’ skala żgħira iżda xorta tista’ tinkludi attivitajiet kumplessi u profili tar - riskju minħabba n -natura tal-attivitajiet tagħha jew il -kumplessità tal- prodotti tagħha.
|
|
82. Meta d- ditti ta’ investiment ikunu awtorizzati biex jipprovdu s -servizzi u l-attivitajiet …
|
Meta d- ditti ta’ investiment ikunu awtorizzati biex jipprovdu s -servizzi u l-attivitajiet elenkati fil-punt (2), (3), (4), (6) u (7) tat- Taqsima A tal-Anness 1 għad -Direttiva 2014/65/KE, bħala prinċipju ġenerali għandu jkun mistenni livell ogħla ta’ sofistikazzjoni, b’mod partikolari, jekk id- ditta ta’ investiment tkun awtorizzata żżomm il -flus jew l-assi tal-klijenti.
|
|
83. Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti …
|
Għall - iskopijiet ta’ hawn fuq, id -ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu tal- inqas il - kriterji li ġejjin: - a. L-assi fil- karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil - karta bilanċjali tad -ditta ta’ investiment u jekk id- ditta ta’ investiment tissodisfax il -kriterji u l-limiti stabbiliti fil-paragrafi 4 tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
- b. jekk id- ditta ta’ investiment tkun awtorizzata żżomm il -flus jew l-assi tal-klijenti;
- c. it-tip ta’ attivitajiet u servi zzi awtorizzati (eż. it - Taqsimiet A u B tal-Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE) u servizzi oħrajn (eż. servizzi ta’ kklerjar) imwettqa mid -ditta ta’ investiment;
- d. l- ammont ta’ assi ġestiti;
- e. l-assi salvagwardjati u amministrati;
- f. il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti indirizzati;
- g. il-volum tal-fluss tan-negozjar ta’ kuljum;
- h. il- preżenza ġeografika tad -ditta ta’ investiment u d- daqs tal -operazzjonijiet f’kull ġurisdizzjoni, inkluż fil - pajjiżi terzi;
- i. il- forma ġuridika u l -ekwità disponibbli u l-istrumenti tad-dejn;
- j. il- metodi użati biex jiġu ddeterminati r - rekwiżiti kapitali; EBA Public
- k. jekk id- ditta ta’ investiment hija parti minn grupp u, jekk hu minnu, il -valutazzjoni ta’ proporzjonalità li saret għall -grupp u l- karatteristiċi tal - grupp li għalih tappartje ni d-ditta ta’ investiment;
- l. l- istrateġija tan -negozju sottostanti;
- m. l-istruttura tal-attivitajiet tan-negozju u l- perjodu ta’ żmien, kemm jistgħu jitkejlu u kemm huma prevedibbli r -riskji tal-attivitajiet tan-negozju;
- n. l-istruttura tal-finanzjament tad-ditta ta’ investiment;
- o. l-organizzazzjoni interna tad- ditta ta’ investiment, inkluż il -livell tar-remunerazzjoni varjabbli li jista’ jitħallas lill -persunal identitifkat;
- p. is-sorsi ewlenin u l-istruttura tal-profitti u t-telf tad-ditta ta’ investiment;
- q. it-tip ta’ klijenti (eż. konsumaturi, korporazzjonijiet, negozji żgħar, entità pubblika);
- r. il-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji jew kuntratti.
- s. il-funzjonijiet u l-kanali ta’ distribuzzjoni esternalizzati;
- t. is-sistemi tat- teknoloġija tal - informazzjoni (IT) eżistenti, inkluż is -sistemi ta’ kontinwità u l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il- qasam.
|
|
84. Qabel ma jiġu applikati b’mod proporzjonat ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - …
|
Qabel ma jiġu applikati b’mod proporzjonat ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn il- linji gwida, għandha ssir l -identifikazzjoni tal- persunal, abbażi tal -kriterji pprovduti fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni b’mandat skont l -Artikolu 30(4) ta’ dik id- Direttiva (RTS fuq persunal identifikat) u kriterji interni addizzjonali oħrajn15 .
15 Jekk jogħġbok irreferi għal - linji gwida għall - proċess ta’ identifikazzjoni msemmija fit - taqsima 5 ta’ dawn il-linji gwida.
|
|
85. Meta jiġu implimentati politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi għal kategoriji differenti ta’ …
|
Meta jiġu implimentati politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi għal kategoriji differenti ta’ persunal identifikat f’konformità mat- taqsimiet 3 u 4 ta’ dawn il-linji gwida, l-applikazzjoni tal-proporzjonalità għandha tqis l - impatt fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew tal-assi taħt il - ġestjoni tagħha ta’ dik il -kategorija ta’ persunal identifikat.
|
|
86. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - ditti ta’ investiment huma konformi mar - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d - ditti ta’ investiment huma konformi mar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni u mad- dispożizzjonijiet s tabbiliti f’dawn il-linji gwida b’mod li jipprovdu kundizzjonijiet ekwi bejn id-ditti ta’ investiment differenti. Eżenzjonijiet tal - proċess tal - ħlasijiet tar - remunerazzjoni varjabbli
|
|
87. Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2019/2034/UE …
|
Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2019/2034/UE mill- Istati Membri, ditta ta’ investiment b’assi totali taħt il -limitu definit fil- liġi nazzjonali ma tistax tapplika r - rekwiżiti għad -differiment tar- remunerazzjoni varjabbli u għall - ħlas tagħha fi EBA Public strumenti kif stabbilit fil-punti (j), (l) tal-Artikolu 32(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
88. Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ …
|
Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ persunal u l-proporzjon effettiv bejn ir-remunerazzjoni annwali varjabbl i u fissa għall -finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jiġifieri l - applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet għar - rekwiżit sabiex jiddifferixxu u jħallsu fi strumenti r -remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-persunal individwali, id- ditti ta’ investiment għandhom iqisu l - ammonti speċifikati fil -punti (a) u (b) u japplikaw il-kundizzjonijiet ulterjuri fil-punti (c) sa (h): - a. ir- remunerazzjoni varjabbli annwali mogħtija għall - perjodu ta’ prestazzjoni li huwa daqs is-sena finanzjarja li għaliha tiġi stabbilita jekk l - eżenzjoni tista’ tiġi applikata u l -perjodi ta’ prestazzjoni kollha li ntemmew matul din is -sena finanzjarja, indipendentement mit-tul tal-perjodi ta’ prestazzjoni sottostanti li ntemmew matul din is-sena finan zjarja, eż. għandha tinkludi l - ammont sħiħ tar - remunerazzjoni varjabbli abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali rotanti u mhux rotanti u bonusijiet ta’ żamma għal perjodi itwal minn sena meta l-perjodu sottostanti ntemm fis- sena finanzjarja mogħtija;
- b. ir- remunerazzjoni fissa annwali mogħtija għas - sena ta’ prestazzjoni preċedenti; id -ditti ta investiment ma jistgħux iqisu għotjiet oħrajn li jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa skont il-paragrafi 127 u 128;
- c. ir- remunerazzjoni varjabbli mogħtija għas -sena ta’ p restazzjoni preċedenti, indipendenti minn kif titħallas ir - remunerazzjoni, jiġifieri flus, strumenti jew forom oħra ta’ remunerazzjoni varjabbli;
- d. ir- remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’forom ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija, inklużi r -remun erazzjoni varjabbli bbażata fuq il -prestazzjoni, l-ammonti mħallsin bħala remunerazzjoni varjabbli garantita, il - bonusijiet ta’ żamma, il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni jew il- benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni;
- e. l- ammont ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija għall -perjodi ta’ prestazzjoni li jkunu itwal minn sena, eż. abbażi ta’ pjanijiet ta’ inċentivi fit -tul jew perjodi ta’ akkumulazzjoni ta’ diversi snin, filwaqt li jitqies l - ammont sħiħ għas - sena ta’ prestazzjoni li fiha jintemmu l - perjodi ta’ prestazzjoni;
- f. l- ammont sħiħ ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena ta’ prestazzjoni bħala remunerazzjoni varjabbli garantita, bonusijiet ta’ żamma, pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg u benefiċċji diskrezzjonarji tal -pensjoni;
- g. l- ammonti għandhom ikunu abbażi tad -definizzjoni ta’ remunerazzjoni fissa u varjabbli f’dawn il- linji gwida u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar - remunerazzjoni gross mogħtija;
- h. meta l- ammont huwa determinat fuq bażi individwali, għandha titqies ir -remunerazzjoni mogħtija mid -ditta ta’ investiment, fejn l- ammont huwa stabbilit fuq bażi konsolidata, EBA Public
għandha titqies ir - remunerazzjoni sħiħa mogħtija fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali; u - i. meta r- remunerazzjoni titħallas b’munita li mhijiex l -EUR, l- ammonti għandhom jiġu konvertiti f’EUR permezz tar-rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall - ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tad-ditta ta’ investiment.16
16 Ir-rati tal-kamb ju jistgħu jinkisbu mis -sit web tal- Kummissjoni Ewropea taħt: https://ec.europa.eu/info/funding - tenders/procedures-guidelines-tenders/information-contractors-and- beneficiaries/exchange -rate-inforeuro_mt
|
|
89. Meta tiġi kkalkolata l -medja tal-valur tal-assi għall - perjodu ta’ erba’ snin immedjatament …
|
Meta tiġi kkalkolata l -medja tal-valur tal-assi għall - perjodu ta’ erba’ snin immedjatament qabel is- sena finanzjarja attwali għall -fini tal-punt (a) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw il -medja aritmetika ta’ dan il-valur fl- aħħar tal -erba’ snin finan zjarji preċedenti. Fejn il - kontijiet jinżammu f’munita li mhijiex l -EUR, l-ammonti għandhom jiġu konvertiti f’EUR permezz tar -rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall -ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar ta’ kull sena finanzjarja.
|
|
90. Fejn il- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lil awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu l …
|
Fejn il- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lil awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu l -limiti skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għal ditti ta’ investiment individwali, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jbaxxu jew jgħollu l - limiti, iqisu n -natura tad-ditta ta’ investiment, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal- attivitajiet tagħha, l -organizzazzjoni interna tagħha, jew, jekk japplikaw, il - karatteristiċi tal - grupp li għalih tappartjeni, kif ukoll tqis il-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti f’dawn il-linji gwida. L-istess japplika fir-rigward tat-tnaqqis tal -limiti stabbiliti fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 32(5) u fl-Artikolu 32(6).
|
|
91. Meta l- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lill -awtoritajiet kompetenti bi ex jistabbilixxu l …
|
Meta l- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lill -awtoritajiet kompetenti bi ex jistabbilixxu l -limiti skont l-Artikolu 32(7) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għall -membri individwali tal-persunal, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jbaxxu l - limitu, iqisu l -kriterji f’dan l-Artikolu u l-impatt tal-attivitajiet professjonali tal-membri tal- persunal fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment u l- assi li tiġġestixxi meta mqabbla ma’ persunal identifikat ieħor. Pereżempju, fejn ikun jeżisti impatt aktar materjali fuq il -profil tar- riskju, jista’ jkun xieraq li jkun meħtieġ li jiġu applikati d-differiment u l- ħlas fi strumenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|