+8.4 Bonusijiet ta’ żamma
---+136. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom …
---+137. Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma …
---+138. Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda …
---+139. Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex …
---+140. Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - …
---+141. Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni …
---+142. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - …
---+143. Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - …
---+144. Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ …
|
8.4 Bonusijiet ta’ żamma
8.4 Bonusijiet ta’ żamma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
136. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom fl - għoti tal - bonusijiet ta’ żamma sabiex iżommu membru tal -persunal identifikat. Pereżempju, il - bonusijiet ta’ żamma jistgħu jintużaw f’ristrutturazzjonijiet, fi stralċ, wara bidla tal -kontroll jew biex jiżguraw it - tlestija ta’ proġetti kbar fi ħdan ditta ta’ investiment. Id -ditti ta’ investiment għandhom jiddokumentaw l -avveniment jew il- ġustifikazzjoni li wasslu għall - ħtieġa li jingħata bonus ta’ żamma u l - perjodu ta’ żmien, inkluż id -data tal-bidu u t- tmiem, li għalih huwa preżunt li teżisti raġuni. Id - ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu l - kundizzjonijiet taż - żam ma u l-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikabbli. Id- ditti ta’ investiment għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żamma u data jew avveniment li warajh jiġi stabbilit jekk il -kundizzjonijiet ta’ żamma u l - prestazzjoni ġewx issodisfati.
|
|
137. Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma …
|
Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma multipli lil membru tal- persunal; f’każijiet ta’ eċċezzjoni u ġġustifikati b’mod korrett, jista’ jitħallas aktar minn bonus ta’ żamma wieħed lil membru tal - persunal, iżda fi żminijiet dif ferenti u skont il- kundizzjonijiet speċifikati f’din it - taqsima fir - rigward ta’ kull bonus ta’ żamma. Il - bonusijiet ta’ żamma għandhom jingħataw biss wara li l - kundizzjonijiet ta’ żamma u l - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikabbli jiġi ssodisfati. Barra minn hekk, il - bonus ta’ żamma għandu jingħata biss jekk m’hemm l - ebda raġuni li twassal għal sitwazzjoni fejn il -bonus ta’ żamma m’għandux jingħata, eż. ksur ta’ konformità tal - materjal, imġiba ħażina jew nuqqasijiet oħrajn ta’ dak il -membru tal-persunal.
|
|
138. Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda …
|
Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda skont l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2034/2019 u s- setgħat superviżorji rispettivi skont l-Artikolu 39(2)(g) tad-Direttiva (UE) 2034/2019 li j istgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn jista’ jkun meħtieġ il - bonus taż - żamma għandu jitnaqqas, possibbilment anke għal żero.
|
|
139. Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex …
|
Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex xieraq, id-ditti ta’ investiment u l-awtorita jiet kompetenti jistgħu jqisu tal - inqas dawn li ġejjin: - a. it- tħassib li jwassal għar - riskju li ċertu persunal jista’ jagħżel li jitlaq mid -ditta ta’ investiment;
- b. ir- raġunijiet għaliex iż - żamma ta’ dawk il -membri tal- persunal hija kruċjali għad -ditta ta’ investiment; EBA Public
- c. il-konsegwenza jekk il-membru tal- persunal ikkonċernat jitlaq mid -ditta ta’ investiment;
- d. jekk l-ammont tal- bonus ta’ żamma mogħti huwiex neċessarju u proporzjonat biex jinżamm il -membru tal-persunal fil-mira.
|
|
140. Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - …
|
Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikati lil partijiet oħrajn tar -remunerazzjoni varjabbli u jinkludu kundizzjoni ta’ żamma u kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi. Il -kundizzjonijiet speċifiċi għal bonus ta’ żamma għandhom iwasslu għall - iskop ta’ żamma (jiġifieri, iż - żamma ta’ persunal fid- ditta ta’ investiment għal perjodu ta’ żmien predefinit jew sa eventwalità partikolari). Il- kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi għandhom jinkludu kundizzj onijiet li huma relatati mal - interess leġittimu li għalih il -membru tal- persunal għandu jinżamm, l - imġiba tal-persunal u jkunu kompatibbli mad- dispożizzjonijiet fil -paragarafu 139. Il-bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni fejn ir -remunerazzjoni varjabbli totali, li tikkonsisti f’remunerazzjoni varjabbli relatata mal-prestazzjoni u mal- bonus ta’ żamma, tal - membru tal- persunal ma tibqax marbuta mal -prestazzjoni tal-individwu, mal-unità tan-negozju kkonċernata u mar - riżultati ġenerali tad -d itta ta’ investiment kif meħtieġ skont l - Artikoli 30(j)(ii) u 32(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2034/2019.
|
|
141. Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni …
|
Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni relatata mal- prestazzjoni mhux imħallsa minħabba prestazzjoni insuffiċjenti jew minħabba s - sitwazzjoni finanzjarja tad-ditta ta’ investiment.
|
|
142. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - żmien tal - avveniment jew bħala l -perjodu bejn id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-avveniment meta għandha tiġi ssodisfata l - kundizzjoni ta’ żamma. Il - bonusijiet ta’ żamma għandhom jingħataw wara li jintemm il- perjodu ta’ żamma. Matul il - perjodu ta’ żamma ma għandu jsir l -ebda premju pro rata.
|
|
143. Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - …
|
Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - persunal identifikat, għandhom ikunu konformi mar - rekwiżiti dwar ir -remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 32 tal- IFD, inkluż il -proporzjon massimu bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa, l- allinjament għar - riskju ex po st, il- ħlas fi strumenti, differiment, żamma, malus u rkupru.
|
|
144. Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ …
|
Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ żamma, il - bonus ta’ żamma għandu jitqies fil -kalkolu tal-proporzjon bejn il-parti tar-remunerazzjoni va rjabbli u fissa skont wieħed mill - metodi speċifikati hawn taħt: - a. il- bonus ta’ żamma jinqasam f’ammonti annwali għal kull sena tal - perjodu ta’ żamma kkalkulat fuq bażi pro rata lineari. Meta t - tul eżatt tal - perjodu ta’ żamma ma jkunx magħruf minn qabel, id -d itta ta’ investiment għandha tistabbilixxi u tiddokumenta kif xieraq perjodu b’kunsiderazzjoni tas -sitwazzjoni u l- miżuri meħudin li jiġġustifikaw il - ħlas tal- bonus ta’ żamma. Il -kalkolu tal- proporzjon għandu jkun ibbażat fuq il -perjodu stabbilit, jew EBA Public
- b. l-am mont sħiħ tal - bonus ta’ żamma jiġi kkunsidrat fis - sena meta tiġi ssodisfata l - kundizzjoni ta’ żamma.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|