+14.1.2 Kriterji ta’ prestazzjoni sensittivi għar -riskju
---+219. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw kriterji tal -prestazzjoni …
---+220. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw bilanċ xieraq bejn il -kriterji kwantitattivi u …
---+221. Il- kriterji użati sabiex ikejlu r -riskju u l- prestazzjoni għandhom ikunu marbutin kemm …
---+222. Il-kriterji tal- prestazzjoni għandhom jinkludu objettivi u miżuri li jistgħu jinkisbu li …
---+223. Il-kri terji kwantitattivi għandhom ikopru perjodu li huwa twil biżżejjed sabiex ikopru kif …
---+224. Indikaturi tal- effiċjenza operattiva (eż. profitti, dħul, produttività, kostijiet u metriċi …
---+225. Kriterji kwalitattivi (bħall - kisba ta’ riżultati, konformità mal - istrateġija fi ħd an l- …

14.1.2 Kriterji ta’ prestazzjoni sensittivi għar -riskju

14.1.2 Kriterji ta’ prestazzjoni sensittivi għar -riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
219. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw kriterji tal -prestazzjoni …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw kriterji tal -prestazzjoni, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, inklużi finanzjarji u mhux finanzjarji għall - individwi, għall - unitajiet tan- negozju u għad -ditta ta’ investiment. Il-kriterji tal- prestazzjoni ma għandhomx jinċentivaw teħid ta’ riskju eċċessiv jew bejgħ inada tt tal-prodotti.

220. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw bilanċ xieraq bejn il -kriterji kwantitattivi u …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw bilanċ xieraq bejn il -kriterji kwantitattivi u kwalitattivi kif ukoll bejn dawk assoluti u relattivi.

221. Il- kriterji użati sabiex ikejlu r -riskju u l- prestazzjoni għandhom ikunu marbutin kemm …

Il- kriterji użati sabiex ikejlu r -riskju u l- prestazzjoni għandhom ikunu marbutin kemm jista’ jkun mill- qrib mad - deċiżjonijiet meħudin mill -membru tal-persunal identifikat u mal-kategorija tal-membri tal- persunal soġġetti għall -kejl tal- prestazzjoni u għandhom jiżguraw li l - proċess tal - għoti għandu impatt xieraq fuq l - imġiba tal -persunal.

222. Il-kriterji tal- prestazzjoni għandhom jinkludu objettivi u miżuri li jistgħu jinkisbu li …

Il-kriterji tal- prestazzjoni għandhom jinkludu objettivi u miżuri li jistgħu jinkisbu li fuqhom il - membru tal- persunal għandu xi influwenza diretta. Meta tiġi vvalutata l -prestazzjoni, għandhom jitkejlu r - riżultati realizzati b’mod effettiv u l - eżiti.

223. Il-kri terji kwantitattivi għandhom ikopru perjodu li huwa twil biżżejjed sabiex ikopru kif …

Il-kri terji kwantitattivi għandhom ikopru perjodu li huwa twil biżżejjed sabiex ikopru kif suppost ir- riskju meħud mill -membri tal-persunal identifikati, mill-unitajiet tan-negozju u mid-ditta ta’ investiment u għandhom ikunu aġġustati għar - riskju u jinkludu miżuri ekonomiċi tal - effiċjenza. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw ukoll kriterji ta’ prestazzjoni għall - assi li jiġġestixxu. Eżempji ta’ miżuri kwantitattivi tal - prestazzjoni użati fis -settur tal- ġestjoni tal -assi li jissodisfaw EBA Public

id- dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma r -rata interna ta’ redditu (IRR), il- qligħ qabel l - imgħax, it - taxxa, id -deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA), il- Proporzjon Alpha, ir -redditi assoluti u relattivi, il- Proporzjon Sharpe u l - assi miġbura.

224. Indikaturi tal- effiċjenza operattiva (eż. profitti, dħul, produttività, kostijiet u metriċi …

Indikaturi tal- effiċjenza operattiva (eż. profitti, dħul, produttività, kostijiet u metriċi ta’ volum) jew xi kriterji tas - suq (eż. prezz tal - ishma u r -ritorn totali tal- azzjonist) ma jinkorporawx aġġustament tar - riskju espliċitu u huma għal żmien qasir ħafna u għalhekk mhumiex biżż ejjed sabiex ikopru r - riskji kollha tal -attivitajiet tal-membru tal- persunal identifikat. Kriterji tal - prestazzjoni bħal dawn jeħtieġu aġġustamenti għar -riskju addizzjonali.

225. Kriterji kwalitattivi (bħall - kisba ta’ riżultati, konformità mal - istrateġija fi ħd an l- …

Kriterji kwalitattivi (bħall - kisba ta’ riżultati, konformità mal - istrateġija fi ħd an l- aptit għar -riskju u rekord tal- konformità) għandhom ikunu rilevanti fil -livell ta’ ditta ta’ investiment, ta’ unità tan- negozju jew individwali. Eżempji ta’ kriterji kwalitattivi huma l - ilħuq ta’ miri strateġiċi, is - sodisfazzjon tal-klijenti, l-aderen za għall -politika dwar il- ġestjoni tar -riskji, il-konformità mar-regoli interni u esterni, it- tmexxija, il - ħidma f’tim, il -kreattività, il-motivazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ unitajiet tan- negozju oħrajn, ma’ funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll intern.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.