+6.2 Kun af l- istruttura tiegħek
---+65. Il- korp maniġerjali għandu jkun jaf u jifhem sew l -istruttura legali, organizzazzjonali u …
---+66. Il- korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill - approvazzjoni ta’ strateġiji u ta’ …
---+67. Il- korp maniġerjali għandu jiggwida l -istruttura tad-ditta tal-investiment, l-evoluzzjoni u …
---+68. Il- korp maniġerjali ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura …
---+69. Il- korp maniġerjali ta’ impriża prinċipali tal - Unjoni għandu jiżgura li l -entitajiet …

6.2 Kun af l- istruttura tiegħek

6.2 Kun af l- istruttura tiegħek

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
65. Il- korp maniġerjali għandu jkun jaf u jifhem sew l -istruttura legali, organizzazzjonali u …

Il- korp maniġerjali għandu jkun jaf u jifhem sew l -istruttura legali, organizzazzjonali u operattiva tad-ditta tal-investiment (“kun af l- istruttura tiegħek”) u jiżgura li hija konformi mal - istrateġija kummerċjali u tar -riskju approvata u mal- predispożizzjoni għar - riskju tagħha u koperta mill- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tagħha

66. Il- korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill - approvazzjoni ta’ strateġiji u ta’ …

Il- korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill - approvazzjoni ta’ strateġiji u ta’ politiki sodi għall - istabbiliment ta’ strutturi ġodda. Meta ditta tal - investiment toħloq diversi entitajiet ġuridiċi fi ħdan il - grupp tagħha, l - għadd tagħhom u, b’mod pa rtikolari, l-interkonnessjonijiet u t- tranżazzjonijiet bejniethom ma għandhomx joħolqu sfidi għat -tfassil tal-governanza interna tagħha, u għall - ġestjoni u għas -sorveljanza effettivi tar-riskji tal- grupp sħiħ. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li l -istruttura ta’ ditta tal-investiment u, fejn applikabbli, l-istrutturi fi grupp, filwaqt li jitqiesu l - kriterji speċifikati fit - Taqsima 7, huma ċari, effiċjenti u trasparenti għall - persunal tad-ditta tal- investiment, għall - azzjonisti u għall - partijiet ikkonċernati oħra u għall - awtorità kompetenti.

67. Il- korp maniġerjali għandu jiggwida l -istruttura tad-ditta tal-investiment, l-evoluzzjoni u …

Il- korp maniġerjali għandu jiggwida l -istruttura tad-ditta tal-investiment, l-evoluzzjoni u l-limitazzjonijiet tagħha u għandu jiżgura li l - istruttura hija ġustifikata u effiċjenti u ma tinvolvix kumplessità żejda jew mhux xierqa.

68. Il- korp maniġerjali ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura …

Il- korp maniġerjali ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura legali, organizzazzjonali u operattiva tal- grupp iżda anke l - għan u l -attivitajiet tal-entitajiet differenti tiegħu u r -rabtiet u r-relazzjonijiet bejniethom. Dan jinkludi fehim tar- riskji operattivi speċifiċi għall -grupp u skoperturi intragrupp kif ukoll il-mod kif il-finanzjament, il-kapital, il-likwidità u l-profili tar-riskju tal- grupp jistgħu jiġu affettwati f’ċirkostanzi normali u negattivi. Il -korp man iġerjali għandu jiżgura l - kapaċità tad -ditta tal- investiment li tipproduċi informazzjoni dwar il-grupp b’mod propizju dwar it-tip, il- karatteristiċi, l -organigramma, l-istruttura ta’ sjieda u n-negozji ta’ kull entità ġuridika, kif ukoll il -konformità tad-ditta tal- investiment fi ħdan il -grupp mar- rekwiżiti kollha ta’ rapportar superviżorju fuq bażi individwali u konsolidata.

69. Il- korp maniġerjali ta’ impriża prinċipali tal - Unjoni għandu jiżgura li l -entitajiet …

Il- korp maniġerjali ta’ impriża prinċipali tal - Unjoni għandu jiżgura li l -entitajiet differenti tal-grupp (inkluża l - impriża prinċip ali tal- Unjoni nnifisha) jirċievu biżżejjed informazzjoni sabiex ikollhom perċezzjoni ċara tal - objettivi ġenerali, tal - istrateġiji u tal -profil tar-riskju tal-grupp u l-mod kif l-entità tal- grupp ikkonċernata hija inkorporata fl -istruttura u fil-funzjonament operazzjonali tal-grupp. Din l-informazzjoni – u kwalunkwe reviżjoni tagħha – għandhom jiġu dokumentati u jitpoġġew għad - dispożizzjoni tal - funzjonijiet rilevanti kkonċernati, inkluż lill - korp maniġerjali, lil -linji operatorji u lill-funzjonijiet ta’ kontroll intern. Il-membri tal-korp maniġerjali ta’ impriża prinċipali tal - Unjoni għandhom iżommu lilhom infushom infurmati dwar ir- riskji kkawżati mill -istruttura tal- grupp, filwaqt li jitqiesu l - kriterji speċifikati fit - Taqsima 7 tal-linji gwida. Dan jinklu di li jirċievu:

  • a. informazzjoni dwar motivaturi ewlenin tar-riskji;
  • b. rapporti regolari li jivvalutaw l- istruttura ġenerali tad -ditta tal-investiment u li jivvalutaw il-konformità tal-attivitajiet tal-entitajiet individwali mal- istrateġija approvata għall -grupp kollu; u
  • c. rapporti regolari dwar temi fejn il- qafas regolatorju jirrikjedi konformità fuq livell individwali u konsolidat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.