+6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti
---+70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …
---+71. Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew …
---+72. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r …
---+73. Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …
---+74. Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …
---+75. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - …
---+76. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta …

6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti

6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …

Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu fit - teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom ir- riżultati ta’ valutazzjoni tar - riskju mwettqa biex jiġi identifikat jekk dawn l - istrutturi jistgħux jintużaw għal skop marbut mal - ħa sil tal-flus, il-finanzjament tat- terroriżmu jew ma’ reati finanzjarji oħra kif ukoll il -kontrolli u l- qafas legali rispettivi stabbiliti17 . Għal dan il - għan, id - ditti tal- investiment għandhom iqisu, bħala minimu:

  • a. il-punt sa fejn il- ġuriżdizzjoni li fiha se tiġi stabbilita l -istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar it-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu18 ;
  • b. il-punt sa fejn l-istruttura sservi skop ekonomiku u legali ovvju;
  • c. il-punt sa fejn l- istruttura tista’ tintuża biex tinħeba l -identità tas- sid benefiċjarju aħħari;
  • d. il-punt sa fejn it-talba tal- klijent li twassal għall -istabbiliment possibbli ta’ struttura toħloq tħassib;
  • e. jekk l- istruttura tistax tfixkel sorveljanza xierqa mill - korp maniġerjali tad -ditta tal-investiment jew il- kapaċità tad -ditta tal- investiment li tiġġestixxi r -riskju relatat; u
  • f. jekk l- istruttura toħloqx ostakli għas - superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti.

17 Għal aktar dettalji dwar il -valutazzjoni tar-riskju tal- pajjiż u r - riskju assoċjat ma’ prodotti u klijenti individwali, id -ditti tal- investiment għandhom jirreferu wkoll għal - linji gwida konġunti dwar il -fatturi ta’ riskju ML/TF (EBA GL JC/2017/37) li attwalment qed jiġu rieżaminati.

18 Ara wkoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall -azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r -riskju tal- ħasil tal -flus u tal-finanzjament tat- terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e-money/rts-on-the-implementation-of-group-wide-aml/cft-policies-in-third-countries

71. Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew …

Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew kumplessi bla bżonn li ma għandhom l - ebda raġuni ekonomika ċara jew skop legali, jew strutturi li jistgħu jqajmu tħassib li dawn jistgħu jinħolqu għal skop ma rbut ma’ kriminalità finanzjarja.

72. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r …

Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r -riskji partikolari assoċjati magħhom u jiżgura li l -funzjonijiet ta’ kontroll intern huma involuti kif xieraq. Dawn l -istrutturi għandhom jiġu approvati u jinżammu biss meta l - għan tagħhom ikun ġie definit u mifhum b’mod ċar, u meta l - korp maniġerjali jkun sodisfatt li jkunu ġew identifikati r- riskji materjali kollha, inkluż ir - riskji għar -reputazzjoni, li r- riskji kollha jistgħu jiġu ġestiti b’mod effettiv u jiġu rapportati b’mod xieraq, u li tkun ġiet żgurata sorveljanza effettiva. Aktar mal-istruttura organizzazzjonali u operattiva tkun kumplessa u opaka, u akbar ma jkunu r-riskji, aktar għandha tkun intensiva s -sorveljanza tal-istruttura.

73. Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …

Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi jiġġustifikaw id - deċiżjonijiet tagħhom lill -awtoritajiet kompetenti.

74. Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …

Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew jittaffew ir-riskji ta’ attivitajiet f’dawn l-istrutturi. Dan jinkludi l- iżgurar li:

  • a. id-ditta tal- investiment jkollha politiki u proċeduri adegwati u proċessi dokumentati stabbiliti (eż. limiti applikabbli u flussi ta’ informazzjoni) għall -konsiderazzjoni, il-konformità, l-approvazzjoni u l- ġestjoni tar - riskju ta’ tali attivitajiet, filwaqt li jitqiesu l - konsegwenzi għall -istruttura organizzazzjonali u operattiva tal-grupp, il-profil tar-riskju tagħha u r - riskju għar - reputazzjoni tagħha;
  • b. informa zzjoni li tikkonċerna dawn l -attivitajiet u r- riskji tagħhom hija aċċessibbli għall - impriża prinċipali tal - Unjoni kif ukoll għall - awdituri interni u esterni u tiġi rrapportata lill- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u lill -awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni; u
  • c. id-ditta tal- investiment teżamina perjodikament il - ħtieġa li jkomplu jinżammu tali strutturi.
75. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - …

Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - istandards professjonali, għandhom ikunu soġġetti għal rieżami regolari. Meta tiġi stabbilita funzjoni ta’ awditjar intern, din għandha twettaq ir - rieżami fuq approċċ ibbażat fuq ir -riskju.

76. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta …

Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta jwettqu attivitaj iet atipiċi jew mhux trasparenti għall - klijenti (eż. jgħinu lill -klijenti jistabbilixxu veikoli f’ġurisdizzjonijiet offshore, jiżviluppaw strutturi kumplessi, jiffaċilitawlhom tranżazzjonijiet jew jipprovdulhom servizzi fiduċjarji) li joħolqu sfidi simili ta’ governanza interna u joħolqu riskji operattivi u għar -reputazzjoni sinifikanti. B’mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom janalizzaw ir - raġuni għaliex il -klijent irid jistabbilixxi struttura partikolari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.