+9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
---+90. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
---+91. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni …
---+92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …
---+93. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
---+94. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
---+95. Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u …

9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta

9 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
90. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …

Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li jitqiesu l - ħtiġijiet u l - karatteristiċi speċifiċi tad -ditta tal-investiment, u għandu jiżgura l -implimentazzjoni ta’ dawn l- istandards (permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strument simili). Għandu jissorvelja wkoll l -aderenza tal-persunal ma’ dawn l-istandards. Fejn applikabbli, il- korp maniġerjali jista’ jadotta u jimplimenta l -istandards tal-grupp jew standards komuni dikjarati mill- assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

91. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni …

Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni tal-persunal fuq bażi ta’ ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l - appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

92. Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi …

Il-politiki tad-ditti tal- investiment għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar -remunerazzjoni, il- politiki ta’ reklutaġġ, l - iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs20 għall -persunal kollu indipendenti mill- ġeneru tagħhom, inkluż fir -rigward tal-perspettivi tal-karriera u jimmiraw li jtejbu r- rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali kif ukoll fil - grupp ta’ persunal li għandu responsabbiltajiet maniġerjali kif definit fir-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar il - persunal identifikat). Id-ditti tal- investiment għandh om jimmonitorjaw ix-xejra fid-differenza bejn il- ġeneri fil -pagi. Fejn id-ditti tal- investiment għandhom 50 membru tal-persunal jew aktar21 , il- monitoraġġ għandu jkun separat għall - persunal identifikat (esklużi l -membri tal-korp maniġerjali), il -membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, il -membri tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja u persunal ieħor. L - istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki li jiffaċilitaw l -integrazzjoni mill- ġdid tal -persunal wara liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri.22


20 Ara wkoll id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol

21 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034

22 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/2034

93. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …

L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ governanza tal- istituzzjoni u li jnaqqsu r - riskju li għalih hija esposta id -ditta tal-investiment, b’mod partikolari r-riskji operattivi u ta’ reputazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il -profittabbiltà u s- sostenibbiltà ta’ istituzzjoni minħabba multi, spejjeż ta’ litigazzjoni, restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet kompetenti, penali finanzjarji u kriminali oħrajn, k if ukoll it-telf tal-valur tal-marka u tal- fiduċja tal -konsumaturi.

94. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …

Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom:

  • a. ifakkru lill-persunal li l-attivitajiet kollha tad-ditta tal- investiment għandhom isiru skont il- liġi applikabbli u skont il -valuri korporattivi tad-ditta tal-investiment;
  • b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji permezz ta’ kultura tar- riskju b’saħħitha f’konformità mat- Taqsima 9 tal-linji gwida, li jwasslu l-aspettattiva tal- korp maniġerjali li l-attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill- predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mid-ditta tal-investiment u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-persunal;
  • c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall -frodi, il- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il -protezzjoni tal-konsumatur, reati tat- taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament, ink luż permezz ta’ skemi illegali jew ipprojbiti ta’ arbitraġġ tad -dividendi;
  • d. jiċċaraw li minbarra l -konformità mar- rekwiżiti legali u regolatorji u mal -politiki interni, il- persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħ u bil- ħila, bl -attenzjoni u bid- diliġenza dovuta; u
  • e. jiżguraw li l -persunal ikun konxju mill-azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.
95. Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u …

Id-ditti tal-inv estiment għandhom jimmonitorjaw il -konformità ma’ dawn l-istandards u jiżguraw is -sensibilizzazzjoni tal- persunal, eż. billi jipprovdu taħriġ. Id -ditti tal-investiment għandhom jiddefinixxu l -funzjoni responsabbli mill- monitoraġġ tal -konformità u mill-valutazzjoni tal-ksur tal- kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strumenti simili kif ukoll proċess biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ nonkonformità. Ir- riżultati għandhom jiġu rrapportati perjodikament lill- korp maniġerjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.