+5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin mal - Anness II
---+36. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal funzjonijiet jew oqsma ta’ negozju fl - Anness II, id …
|
5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin mal - Anness II
5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin mal - Anness II
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
36. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal funzjonijiet jew oqsma ta’ negozju fl - Anness II, id …
|
Għall - allokazzjoni tal - persunal għal funzjonijiet jew oqsma ta’ negozju fl - Anness II, id - ditti għandhom jikkunsidraw l - ispeċifikazzjonijiet fil - paragrafi 18 u 19, l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej: - a. “Membri tal - korp maniġerjali, inklużi membri tal - korp maniġerjali ta’ sussidjarji fejn id - ditta ta’ investiment omm tal - UE, il - kumpanija azzjonarja ta’ investiment omm tal - UE jew il - kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal - UE jissottomettu data għal grupp ta’ ditti tal - investiment, għandhom jiġu rrappurtati, kif applikabbli, taħt il - kolonna “korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu” jew “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” indipendentement mill - mudell tan - negozju tad - ditta.
- b. “Negozjar f’isimhom stess, sottoskrizzjoni u tqegħid ta’ strumenti” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet skont il - punti (3), (6) u (7) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva (UE) 2014/654 .
- c. “Konsulenza dwar l - investiment, l - eżekuzzjoni tal - ordnijiet” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet skont il - punti (1), (2) u (5) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva (UE) 2014/65.
- d. “Immaniġġjar tal - portafoll” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet skont il - punti (4) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva (UE) 2014/65 u l - immaniġġjar ta’ portafolli f’sussidjarji tad - ditta tal - investiment li huma impriżi għall - investiment kollettiv f’titoli trasferibbli u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi.
- e. “Operazzjoni tal - MTF/OTF” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet skont il - punti (8) u (9) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva (UE) 2014/65.
- f. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandha tinkludi biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti tal - ġestjoni tar - riskju, tal - konformità u tal - awditjar intern kif deskritt fit - Taqsima 17 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - governanza interna skont id - Direttiva(EU) 2019/2034.
- g. “Il - persuni l - oħrajn kollha li jaqilgħu pagi għoljin” għandha tinkludi persuni li jaqilgħu pagi għoljin li ma jistgħux jiġu allokati għal waħda mill - funzjonijiet jew oqsma tan - negozju taħt (a) sa (f).
4 Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 15 ta’ Mejju 2014 dwar is - swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|