+6.4 Valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq
---+187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi …
---+188. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- …
---+189. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
---+190. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - …
---+191. Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: a. l- attivitajiet tas - suq …
---+192. Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
---+193. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas …
---+194. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - …
---+195. Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti …
---+196. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà …
---+197. Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- …
---+198. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - …
---+199. Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+200. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - …
---+201. Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
---+202. G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux …
---+203. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ …
---+204. Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
---+205. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni …
---+206. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - …
---+207. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx …
---+208. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - …
---+209. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni …
---+210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …
---+211. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
---+212. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …

6.4 Valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq

6.4.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi kollha ta’ skoperturi: għal pożizzjonijiet li mhumiex soġġetti għall - ikklerjar (jiġifieri skopertura kkalkolata permezz tal - metodoloġija tar - Riskju ta’ Pożizzjoni Netta), u għal

58 pożizzjonijiet li huma soġġetti għall - ikklerjar jew għall - immarġinar (jiġifieri skopertura kkalkolata permezz tal - metodoloġija tal - Marġni tal - Ikklerjar Mogħti).

188. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- …

Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- volum, in- natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment.

6.4.2 Valutazzjoni tar- Riskju għas - Suq inerenti

189. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …

Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - motivaturi ewlenin tal - iskopertura tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u jevalwaw ir - riskju tal - impatt prudenzjali sinifikanti fuq id - ditta tal - investiment. Il - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti għandha tkun strutturata madwar il - passi ewlenin li ġejjin:

  • a. valutazzjoni preliminari;
  • b. valutazzjoni tan - natura u kompożizzjoni tal - pożizzjonijiet tad - ditta tal - investiment soġġetti għal riskju għas - suq;
  • c. valutazzjoni tal - profittabbiltà;
  • d. valutazzjoni tar - riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq;
  • e. valutazzjoni tal - qafas ta’ valwazzjoni prudenti għall - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar; u
  • f. valutazzjoni tar - riskju tal - mudell (jiġifieri mudelli użati għal skopijiet regolatorji).

Evalwazzjoni preliminari

190. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - …

Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - a wtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - riskju tas - suq li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom.

191. Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: a. l- attivitajiet tas - suq …

Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw:

  • a. l- attivitajiet tas - suq, il - linji operatorji u l -p rodotti tad - ditta tal - investiment;
  • b. l- istrateġija ewlenija tal - portafoll tar - riskju tas - suq fil - portafoll tan - negozjar u l - aptit għar - riskju fl - attivitajiet tas - suq;
  • c. il- piż relattiv tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar f’termini ta’ assi totali, bi dliet maż - żmien u l - istrateġija tad - ditta tal - investiment għal dawn il - pożizzjonijiet, jekk disponibbli;
  • d. il- piż relattiv tal - qligħ nett fuq il - pożizzjonijiet tas - suq fid - dħul operattiv totali; u
  • e. ir- rekwiżit ta’ fondi proprji għar - Riskju għas - Suq meta mqabbel mar - rekwiżit ta’ fondi proprji totali, inkluża l - bidla storika f’din il - figura u l - previżjonijiet, jekk disponibbli.

59

192. Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …

Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll tibdil sinifikanti fl - attivitajiet tas - suq tad - ditta tal - investiment bl - enfasi fuq il - bidliet potenzjali fl - iskopertura totali għar - riskju tas - suq. B’mod partikolari, dawn jistgħu jivvalutaw:

  • a. bidliet sinifikanti fl - istrateġija, il - politiki u d - daqsijiet tal - limiti tar - riskju tas - suq;
  • b. l- impatt potenzjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment ta’ dawk il - bidliet; u
  • c. xejriet ewlenin fis - swieq finanzjarji.

Natura u kompożizzjoni ta’ attivitajiet tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment

193. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment biex jidentifikaw skoperturi partikolari għar - riskju u fatturi/motivaturi relatati tar - riskju tas - suq (inklużi rati tal - kambju, rati tal - imgħax jew firxiet ta’ kreditu) għal valutazzjoni ulterjuri fil - fond.

194. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - klassijiet ta’ assi rilevanti u/jew strumenti finanzjarji skont id - daqs, il - kumplessità u l - livell ta’ riskju tagħhom. Għall - iskoperturi l- aktar rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - fatturi u l - motivaturi rilevanti relatati tagħhom.

195. Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti …

Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - kumplessità tal - prodotti finanzjarji rilevanti (inklużi prodotti vvalutati li jużaw tekniki ta’ valwazzjoni skont mudell) u ta’ operazzjonijiet speċifiċi tas - suq (inkluż kummerċ ta’ frekwenza għolja). Il - punti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

  • a. meta d - ditta tal - investiment jkollha pożizzjonijiet tad - derivattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kemm il - valur tas - suq kif ukoll l - ammont nozzjonali;
  • b. meta d - ditta tal - investiment tkun involuta f’derivattivi OTC, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw, meta disponib bli, il- piż ta’ dawn it - tranżazzjonijiet fil - portafoll tad - derivattivi totali u t - tqassim tal - portafoll OTC skont it - tip ta’ kuntratt (swap, forward), l - istrumenti finanzjarji sottostanti (ir - riskju tal - kreditu tal - kontroparti assoċjat ma’ dawn il - prodotti huwa kopert taħt il - metodoloġija tar - riskju għad - ditta);
  • c. meta d - ditta tal - investiment tkun implimentat strateġiji ta’ ħħeġġjar, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju residwu tas - suq wara l - implimentazzjoni ta’ dawn l - istrateġiji.
196. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà …

Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà u/jew mhux likwidi jevalwaw l - impatt tagħhom fuq il - profittabbiltà tad - ditta tal - investiment.

197. Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- …

Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- rekwiżiti regolatorji tal - fondi proprji tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw 60 ukoll l - indikaturi li ġejjin biex jidentifikaw oqsma ta’ riskju partikolari u motivaturi ta’ riskju relatati:

  • a. il- qasma tar - rekwiżiti tal - fondi proprji tar -ri skju tas - suq bejn il - valur fir - riskju (VaR), il- valur fir - riskju taħt stress (SVaR), l - addebitament inkrimentali għar - riskju (IRC) u l- ħlas għall - portafoll ta’ kummerċ ta’ korrelazzjoni;
  • b. il- VaR imqassam skont il - fatturi ta’ riskju;
  • c. il- bidla fil - VaR u fl - SV aR (l- indikaturi potenzjali jistgħu jkunu l - bidla minn jum għal jum/minn ġimgħa għal ġimgħa, il - medja trimestrali u r - riżultati tal - ittestjar retrospettiv); u
  • d. il- fatturi ta’ multiplikazzjoni applikati għall - VaR u l - SVaR.
198. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - …

Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - riskju tad - ditti tal - investiment. Dawn jistgħu jinkludu n - nuqqas mistenni, il - VaR intern mhux użat fil - kalkoli tar - rekwiżiti tal - fondi proprji jew sensittivitajiet tar - riskju tas - suq għall - fatturi differenti tar - riskju u telf potenzjali.

199. Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw figuri u tendenzi “dak il - mument”, kemm fuq bażi aggregata kif ukoll bil - portafoll. Meta jkun possibbli, din l - analiżi għandha tkun kompletata b’paragun tal - figuri tad - ditta tal - investiment mal - pari u mal - indikaturi makroekonomiċi rilevanti.

L- analiżi tal - profittabbiltà

200. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - volatilità tal - profitti, tal -a ttivitajiet tas - suq biex jiksbu fehim aħjar tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment. Din l - analiżi tista’ ssir fuq il - livell tal - portafoll kif ukoll titqassam skont il - linja operatorja, il - post tan - negozjar jew il - klassi tal - assi (potenzjalment bħala parti mill - valutazzjoni usa’ mwettqa bħala parti mill -BMA).

201. Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …

Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika lill - oqsma tar - riskju ewlenin identifikati matul l - eżaminazzjoni tal - attivitajiet tar - riskju tas - suq. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu distinzjoni bejn id- dħul tal - kummerċ u d - dħul mhux tal - kummerċ (bħal kummissjonijiet, tariffi tal - klijenti) fuq naħa waħda u l - profitti/telf irrealizzati u mhux irrealizzati min - naħa l - oħra.

202. G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux …

G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux normali, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - profittabbiltà meta mqabbla mal- livell ta’ riskju mwettaq mid - ditta tal - investiment (inkluż VaR/qligħ nett fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għall - kummerċ) biex jidentifikaw u janalizzaw inkonsistenzi possibbli. Meta jkun possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu l - figuri tad - ditta tal - investiment mal - prestazzjoni storika tagħha u mal -pari tagħha.

61 Riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq

203. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq li d - ditta tal - investiment hija esposta għalihom, jew minn skoperturi għal fattur ta’ riskju wieħed jew minn skoperturi għal fatturi multipli ta’ riskju li huma korrelatati.

204. Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …

Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill - konċentrazzjonijiet fi prodotti komplessi (b’mod partikolari l-prodotti strutturati), prodotti mhux likwidi (inkludi obbligi ta’ dejn kollateralizzat (CDOs)) jew prodotti vvalutati li jużaw tekniki ta’ valwazzjoni skont mudell.

Valwazzjoni prudenti tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar

205. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni prudenti tad - ditta tal - investiment, peress li proċess ta’ valwazzjoni difettuż jista’ jwassal għal żbalji fil - kalkolu tal - valur tal - ħruġ tal - istrumenti finanzjarji li jwasslu għal sottovalutazzjoni tat - telf potenzjali tad - ditta tal - investiment. Filwaqt li jwettqu din l - analiżi, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - kalkolu tar - riżervi (b’mod partikolari r - riżervi ta’ valur ġust, ir - riżervi mudell) u l - impatt potenzjali tagħhom fuq il - pożizzjoni kapitali tad - ditta tal - investiment.

206. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar tad - ditta tal - investiment humiex ivvalutati b’valur prudenti li jikseb grad xieraq ta’ ċertezza filwaqt li titqies in - natura dinamika tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar. Biex jinkiseb grad xieraq ta’ ċertezza għal dan il - għan għandu jitqies il - livell ta’ ċertezza msemmi fir - Regolament Delegat tal - Kummissjoni 2016/101.18

207. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx metodoloġiji ta’ valwazzjoni prudenti robusti u li jqisu l - aġġustamenti ta’ valwazzjoni li ġejjin:

  • a. il- firxiet tal - kreditu mhux iggwadanjati;
  • b. l- għeluq tal - kostijiet;
  • c. ir- riskji operazzjonali;
  • d. l- inċertezza tal - prezzijiet tas - suq;
  • e. it - terminazzjoni bikrija;
  • f. il- kostijiet tal - investiment u tal - finanzjament;
  • g. kostijiet amministrattivi futuri; u

18 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/101 tas -26 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta r - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall - valutazzjoni prudenti skont l - Artikolu 105(14) (ĠU L 021, 28.1.2016, p. 54). 62

  • h. meta rilevanti, ir - riskju tal - mudell.
208. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk:

  • a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - proċeduri ta’ governanza relatati mal - aġġustamenti tal - valwazzjoni humiex sodi biżżejjed, speċjalment fir - rigward ta’ pożizzjonijiet inqas likwidi, u jekk humiex konsistenti mal - istrateġija tad - ditta tal - investiment;
  • b. Is - sistemi u l - proċessi tal - IT marbuta mal - qafas ta’ valwazzjoni humiex robusti;
  • c. l- adegwatezza tal - aġġustamenti mwettqa mid - ditti tal - investiment hijiex riveduta perjodikament.

Riskju tal - mudell

209. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji permezz ta’ mudelli interni approvati regolatorji użati, b’mod partikolari l - approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB), IRC, mudelli użati għall - finijiet tal - mitigazzjoni tar - riskju ta’ kreditu, VaR u sVaR.

6.4.3 Valutazzjoni tal- ġestjoni u l -kontrolli tar- Riskju għas - Suq

210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …

Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tas - suq tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment:

  • a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju tas - suq soda,ifformulata u ddokumentata b’mod ċar, approvata mill - korp maniġerjali tagħhom;
  • b. li l- istrateġija tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal- aptit għar - riskju ġenerali;
  • c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq organizzazzjonali għall - funzjonijiet ta’ ġestjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tar - riskju tas - suq, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
  • d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji tas - suq, inklużi limiti li jirriflettu l - aptit għar - riskju approvat mill - bord maniġerjali;
  • e. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju tas - suq, skont id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment, u li dan il - qafas huwa konformi mar - rekwiżiti rilevanti

63 f’konformità mal- leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal - UE u nazzjonali; u

  • f. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv u salvagwardji sodi biex timmitiga r - riskju tas - suq tagħha f’konformità mal - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskji tas - suq u l - aptit għar - riskju tagħha.

6.4.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ

211. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …

Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir- riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment. Din l - opinjoni għandha tkun rifless a fis - sommarju tas - sejbiet, akkumpanjata minn punteġġ tar - riskju ibbażat fuq il - kunsiderazzjonijiet speċifikati fit - Tabella 6. Jekk, abbażi tal - materjalità ta’ ċerti fatturi tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ individwalment, il - gwida pprovduta f’din it - tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ analoġija.

212. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u mhux iżolat u jifhmu l - motivaturi wara r - Riskju għas - Suq.

Tabella 6. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall - assenjament ta’ punteġġ tar - riskju tas - suq

Kunsiderazzjonijiet fir-Punteġġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- rigward ta’ ġestjoni u tar- superviżorja riskju inerenti kontrolli xierqa

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.