+210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …

210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …

Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tas - suq tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment:

  • a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju tas - suq soda,ifformulata u ddokumentata b’mod ċar, approvata mill - korp maniġerjali tagħhom;
  • b. li l- istrateġija tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal- aptit għar - riskju ġenerali;
  • c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq organizzazzjonali għall - funzjonijiet ta’ ġestjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tar - riskju tas - suq, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
  • d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji tas - suq, inklużi limiti li jirriflettu l - aptit għar - riskju approvat mill - bord maniġerjali;
  • e. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju tas - suq, skont id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment, u li dan il - qafas huwa konformi mar - rekwiżiti rilevanti

63 f’konformità mal- leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal - UE u nazzjonali; u

  • f. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv u salvagwardji sodi biex timmitiga r - riskju tas - suq tagħha f’konformità mal - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskji tas - suq u l - aptit għar - riskju tagħha.

6.4.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.