+7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku
---+299. Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala …
---+300. Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+301. Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku …
---+302. Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom …
---+303. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima …
---+304. Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti …
---+305. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - …
---+306. Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - …
---+307. B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti …
---+308. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan …
---+309. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta …
---+310. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil …
---+311. Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar …
---+312. Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw …
---+313. F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet …
---+314. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija …
---+315. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - …
---+316. Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex …
---+317. Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji …
---+318. Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha …
---+319. Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun …
---+320. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- …
---+321. L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta …
---+322. B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - …

7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku

7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
299. Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala …

Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw l - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta tal - investiment f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv u jekk miżuri superviżorji, inkluż gwida dwar il - fondi proprji addizzjonali (P2G), l - ippjanar tal - kapital rivedut u miżuri oħrajn kif stabbilit fit - Titolu 10, humiex meħtieġa biex jiġu indirizzati n- nuqqasijiet potenzjali.

300. Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir - riskji jew l - elementi tar - riskji li ditti tal - investiment joħolqu għal oħrajn jew ikunu esposti għalihom jistgħu jevolvu fuq perjodu ta’ diversi snin, b’kont meħud taċ - ċiklu tan - negozju tad - ditta tal - investiment. Il - livell tad - dettalji ta’ din il - valutazzjoni għandu jvarja skont il - kumplessità tal - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment.

301. Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku …

Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - eżiti kwalitattivi u kwantitattivi ta’:

  • a. meta disponibbli, it - testijiet tal - istress superviżorji jew analiżijiet tas - sensittività;
  • b. meta disponibbli u affidabbli biżżejjed abbażi tal - valutazzjoni mwettqa fit - Titolu 5, it - testijiet tal - istress jew analiżijiet tas - sensittività tad - ditta tal - investiment; jew
  • c. valutazzjoni oħra ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku mwettqa mill - awtoritajiet kompetenti, jew mid - ditta tal - investiment abbażi tal - valutazzjoni mwettqa fit - Titolu 5, jekk jitqiesu affidabbli biżżejjed; jew
302. Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom …

Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il - fondi proprji tad - ditta tal - investiment humiex biżżejjed biex ikopru r - rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli, inkluż ir - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv.

7.4.1 Determinazzjoni u stabbiliment ta’ P2G

303. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima, u fi żmien speċifikat fil - paragrafu 271 . Meta d - determinazzjoni twassal għal valur pożittiv, huma għandhom jistabbilixxu P2G biex jindirizzaw it - tħassib superviżorju dwar is - sensittività tad - ditta tal - investiment għal ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv.

304. Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti …

Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti ċaqliq ekonomiku ċikliku filwaqt li jipproteġi minn kwalunkwe ksur potenzjali tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji rilevanti f’konformità mal - Artikolu 9 tar - Regolament (UE) 2019/2033 u r -

86 rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali kkalkolat f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 u minn kwalunkwe theddida għall - kapaċità tad - ditta tal - investiment għall - stralċ ordnat. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li d - ditta tal - investiment ma tkunx ikkonċernata minn tali impedimenti taħt kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux P2G.

305. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - valutazzjoni taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku f’konformità mal - paragrafu 301 . Tali analiżijiet għandhom iqisu l - istrateġija u l - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment, kif ukoll l - ambjent li topera fih, bħala l - bażi biex jiġu identifikati l - vulnerabbiltajiet u r - riskji ta’ ħsara fil - livell tad - ditta tal - investiment, u jirriflettu ċaqliq ekonomiku ċikliku rilevanti li jista’ jkun sistemiku bħala tfixkil mifrux għall - forniment ta’ servizzi finanzjarji kkawżat minn indeboliment ta’ parti kbira tas - sistema finanzjarja jew volatilità mifruxa fil - prezzijiet tal - assi jew speċifika għall - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment bħala xokk speċifiku għan - natura u t - tul tal - istrumenti finanzjarji li d - ditta tal - investiment tkun qed tinnegozja) fuq perjodu progressiv.

306. Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - …

Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - analiżijiet imwettqa għall - istabbiliment tal - P2G ikopru b’mod adegwat:

  • a. ir- riskji materjali kollha li jikkontribwixxu għar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034; u
  • b. is - sitwazzjonijiet meta d - ditta tal - investiment iġġarrab telf materjali li jimpedixxi t - tmexxija tan - negozji tagħha jew meta jkollha twaqqaf attivitajiet b’mod ordnat.
307. B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti …

B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti ta’ riskji li għandhom jiġu koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mat - Taqsima 7.2 ta’ dawn il -linji gwida.

308. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan …

Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan jiġi stabbilit f’livell xieraq biex ikopri l - varjazzjonijiet massimi antiċipati tas - CET1 tad - ditta tal - investiment u biex jiżgura l - kopertura tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli.

309. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta …

Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta rilevanti, il - fatturi li ġejjin:

  • a. meta l - P2G tiġi ddeterminata abbażi tat - testijiet tal - istress, iż - żmien meta jseħħ l - impatt tal - istress massimu fir - rigward tal - punt ta’ tluq u l - orizzont taż - żmien tax - xenarji użati fit - testijiet tal - istress;
  • b. l- eżitu ta’ test tal - istress jew tal - analiżi tas - sensittività interna tad - ditta tal - investiment affidabbli, billi jitqiesu d - definizzjonijiet u l - assunzjonijiet speċifiċi tax - xenarju, b’mod partikolari meta dawn jitqiesu aktar rilevanti għall - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment jew meta x - xenarji interni jkunu aktar severi mix - xenarji superviżorji, meta tali xenarji superviżorji jkunu disponibbli;

87

  • c. l- azzjonijiet mitiganti ta’ ġestjoni rilevanti tad - ditti tal - investiment jekk kredibbli biżżejjed u ċerti ferm skont il - valutazzjoni superviżorja tagħhom;
  • d. l- informazzjoni u opinjonijiet superviżorji dwar ir - rilevanza tat - testijiet tal - istress jew tal - analiżijiet tas - sensittività superviżorji jew tad - ditta tal - investiment stess għall - istrateġija, il - pjanijiet finanzjarji u l - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment;
  • e. iċ - ċertezza mnaqqsa fuq is - sensittività reali tad - ditta tal - investiment għal xenarji negattivi;
  • f. kwalunkwe trikkib potenzjali ma r- rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali applikabbli;
  • g. jekk id - ditta tal - investiment hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni.
310. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil …

Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil - ħin il - livell tal - P2G jekk tali livell jitqies mhux preċiż abbażi tal - informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti. Huma għandhom tal - inqas jivvalutaw jekk il - livell tal -P2G eżistenti jibqax xieraq u jirreveduh jekk ikun meħtieġ, kull meta l - eżiti kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil - paragrafu 305 juru bidliet sinifikanti meta mqabbla mal - analiżi użata qabel għall - istabbiliment tal -P2G.

311. Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar …

Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal - Artikolu 11 tar - Regolament (UE) 2019/20233 u għar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilt f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034.

7.4.2 Komunikazzjoni u kompożizzjoni ta’ P2G

312. Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw …

Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - livelli u l - limiti ta’ żmien rilevanti tagħhom għall - istabbiliment tagħha f’konformità mal - paragrafu 316. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ukoll ir - reazzjoni superviżorja potenzjali għas - sitwazzjonijiet fejn il - P2G ma tiġix issodisfata.

313. F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet …

F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet superviżorji f’konformità mal - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il - livell il - ġdid ta’ P2G.

314. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija mistennija li tiġi ssodisfata b’fondi proprji eliġibbli CET1 u li l - P2G hija mistennija li tiġi inkorporata fl - ippjanar tal - kapital u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħhom, inklużi l - qafas tal - aptit għar - riskju u, meta applikabbli l - ippjanar ta’ rkupru.

315. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - fondi proprji miżmuma għall - finijiet tal - P2G ma jistgħux jintużaw biex jissodisfaw rekwiżiti oħrajn ta’ fondi proprji.

316. Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex …

Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex jistabbilixxu l -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw mill - inqas dan li ġej: 88

  • a. jekk id - ditta tal - investiment hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni; u
  • b. l- implikazzjonijiet potenzjali li l - P2G denominata CET1 jista’ jkollha għal partijiet oħrajn mir - rekwiżiti kapitali u l - kapaċità tad - ditti tal - investiment biex joħorġu strumenti tal -Grad 1 (AT1) jew tal -Grad 2 (T2) addizzjonali.

7.4.3 Ippjanar tal- kapital u miżuri superviżorji oħrajn sabiex tiġi indirizzata l - adegwatezza tal-kapital f’kundizzjonijiet ta’ stress

Ippjanar tal - kapital

317. Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji …

Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji negattivi speċifikati, ditta tal - investiment mhijiex se tkun tista’ tissodisfa r - rekwiżiti kapitali applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lid - ditta tal - investiment tissottometti pjan ta’ kapital kredibbli li jindirizza r - riskju li ma tissodisfax ir - rekwiżiti kapitali applikabbli.

318. Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha …

Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra, kif xieraq:

  • a. jekk il - pjan ta’ kapital ikoprix l - orizzont taż - żmien negattiv kollu preżunt;
  • b. jekk il - pjan ta’ kapital jippreżentax sett ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni kredibbli;
  • c. jekk id - ditta tal - investiment hijiex lesta u kapaċi li tieħu tali azzjonijiet sabiex tindirizza l - ksur tar - rekwiżiti kapitali applikabbli taħt kundizzjonijiet negattivi;
  • d. jekk dawk l - azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni humiex soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni legali jew reputazzjonali;
  • e. il- probabbiltà li l - azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni se tippermetti lid - ditta tal - investiment tissodisfa bis - sħiħ ir - rekwiżiti kapitali applikabbli tagħha fi ħdan perjodu ta’ żmien xieraq;
  • f. jekk l - azzjonijiet proposti humiex konformi b’mod wiesa’ mal - kunsiderazzjonijiet makroekonomiċi u ma’ bidliet regolatorji futuri magħrufa li jaffettwaw lil ditta tal - investiment fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni u l - perjodu ta’ żmien tax - xenarji negattivi preżunti; u
  • g. meta applikabbli, il - firxa ta’ għażliet ta’ rkupru u l - analiżi tagħhom kif stabbilit fil - pjan ta’ rkupru tad - ditta tal - investiment.
319. Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun …

Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun xieraq, isegwu djalogu effettiv mad - ditta tal - investiment, jitolbuha tagħmel bidliet f’dawk il- pjanijiet kif xieraq, inkluż fl - azzjonijiet ta’ ġestjoni proposti, jew jitolbu lid - ditti tal - investiment jieħdu azzjonijiet ta’ mitigazzjoni addizzjonali li jsiru rilevanti fid - dawl tax - xenarji u l - kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali.

89

320. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- pjan ta’ kapital rivedut, inklużi bidliet ulterjuri li saru abbażi tar - riżultati tal - valutazzjoni superviżorja u tad - djalogu superviżorju.

Miżuri superviżorji addizzjonali

321. L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta l-miżuri superviżorji addizzjonali speċifikati fit - Titolu 10, biex jiżguraw li d - ditta tal - investiment hija kapitalizzata b’mod adegwat taħt kundizzjonijiet negattivi.

322. B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - …

B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - analiżijiet tas - sensittività jindikaw li d - ditta tal - investiment aktarx se tikser ir - rekwiżiti kapitali applikabbli tagħha taħt ix - xenarju negattiv fit -12- il xahar sussegwenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun xieraq, jittrattaw tali informazzjoni bħala waħda miċ - ċirkostanzi possibbli skont it - tifsira tal - Artikolu 38, il - punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. F’tali każijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw miżuri xierqa f’konformità mal - Artikolu 39(2) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 bil- għan li jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ fondi proprji. B’mod partikolari, meta tali miżuri jkunu relatati mal - kapital, l - awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw waħda minn dawn li ġejjin jew it - tnejn li huma, kif iddefinit fl - Artikolu 39(2), il- punti (a) u (f):

  • a. jitolbu lid - ditti tal - investiment iżommu ammont xieraq ta’ fondi proprji addizzjonali fil - forma ta’ ammont nominali, filwaqt li jikkunsidraw l - eżitu tal - valutazzjoni tal - SREP;
  • b. jitolbu tnaqqis tar - riskju inerenti fl - attivitajiet, fil - prodotti u fis - sistemi tad - ditta tal - investiment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.