+8.3 Valutazzjoni tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità
---+348. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - …
---+349. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+350. Il- qafas għandu jkun proporzjonali għad - daqs, l - istruttura u l - organizzazzjoni interna …
---+351. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tad …
---+352. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġiji tad - ditta tal - …
---+353. Meta jivvalutaw il - qafas, il - politiki u l - proċeduri għall - ġestjoni tar - riskju tal - …
---+354. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+355. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

8.3 Valutazzjoni tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità

8.3 Valutazzjoni tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
348. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - likwidità tad - ditta tal - investiment. Għal ditti tal - investiment iżgħar u inqas kumplessi, din il- valutazzjoni għandha tiġi ssimplifikata sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq l - awtorità kif ukoll fuq id - ditta tal - investiment.

Qafas, politiki u proċeduri organizzazzjonali

349. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas effettiv ta’ ġestjoni tar - riskju tal - likwidità li jippermetti lid - ditta tidentifika kif hija

98 esposta għar - riskju tal - likwidità. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment tkunx stabbiliet sistemi sodi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar - riskju tal - likwidità, li jippermettu lid - ditta tal - investiment timmonitorja l - effettività tal - likwidità, il - livell ta’ riskju tal - likwidità u l - konformità tagħha mal - politiki u l - proċeduri stabbiliti.

350. Il- qafas għandu jkun proporzjonali għad - daqs, l - istruttura u l - organizzazzjoni interna …

Il- qafas għandu jkun proporzjonali għad - daqs, l - istruttura u l - organizzazzjoni interna tad - ditta tal - investiment u n - natura, l - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħha, kif ukoll ir - riskju għa ll- klijenti, ir - riskju għas - suq u ir - riskju għad - ditta tal - investiment tagħha. Għal ditti tal - investiment li ma jinnegozjawx akkont proprju, il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità jista’ ma jkollux bżonn jiġi separat minn politiki u proċeduri oħrajn relatati mar - riskju.

351. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tad …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tad - ditta tal - investiment iqisx kif id - ditta tal - investiment tista’ tidentifika nuqqasijiet ta’ assi likwidi qabel ma jseħħu kundizzjonijiet ta’ stress.

352. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġiji tad - ditta tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġiji tad - ditta tal - investiment jiffokawx fuq l - iżgurar tal - kapaċità tad - ditta tal - investiment li tkompli topera u ssegwi opportunitajiet ġodda ta’ negozju permezz tal -a mbjenti kollha tas - suq għal perjodu estiż mingħajr ma tillikwida l - assi minnufih jew tiġbor fondi addizzjonali.

353. Meta jivvalutaw il - qafas, il - politiki u l - proċeduri għall - ġestjoni tar - riskju tal - …

Meta jivvalutaw il - qafas, il - politiki u l - proċeduri għall - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. jekk il - korp maniġerjali japprovax il - politiki għall - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità u jiddiskutihomx u jirrevedihomx b’mod regolari;
  • b. jekk il - maniġment superjuri hux responsabbli għall - iżvilupp u l - implimentazzjoni tal - politiki u l -pr oċeduri għall - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità;
  • c. jekk il - maniġment superjuri jiżgurax li d - deċiżjonijiet tal - korp maniġerjali jkunu implimentati u ssorveljati b’mod attiv;
  • d. jekk il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità huwiex internament koerenti u ji żgurax li l - ILAAP, meta disponibbli, huwa komprensiv, u huwiex integrat sew fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskju usa’ tad - ditta tal - investiment; u
  • e. jekk il - politiki u l - proċeduri humiex definiti sew, formalizzati u kkomunikati b’mod effettiv fid - ditta tal - investiment kollha.
354. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas organizzazzjonali xieraq għall - funzjonijiet tal - immaniġġar, tal - kejl u tal - kontroll tar - riskju tal - likwidità. L - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. jekk is - sistemi u l - proċessi ta’ kontroll u monitoraġġ tar - riskju tal - likwidità humiex ikkontrollati minn funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti; u

99

  • b. jekk il - funzjonijiet ta’ ġestjoni, kejl u kontroll tar - riskji jkoprux ir - riskju tal - likwidità fid - ditta tal - investiment, u b’mod partikolari l - oqsma kollha fejn ir - riskju tal - likwidità jista’ jittieħed, jiġi mmitigat jew issorveljat.

Qafas ta’ kontroll intern tar - riskju tal - likwidità

355. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas b’saħħtu u komprensiv ta’ kontroll u salvagwardji sodi biex timmitiga jew tillimita r - riskju ta’ likwidità tagħha. Il - qafas ta’ kontroll tal - likwidità u l - mekkaniżmi ta’ salvagwardja jistgħu jiġu sseparati minn oqfsa jew mekkaniżmi ta’ kontroll tar - riskji oħrajn. Meta jivvalutaw tali oqfsa u mekkaniżmi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. jekk il - qafas tal - limitu u kontroll huwiex adegwat għall - kumplessità, id - daqs u l- mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment u jirriflettix il - motivaturi materjali differenti tar - riskju ta’ likwidità, bħal diskrepanzi fil - maturità, diskrepanzi fil - munita, tranżazzjonijiet ta’ derivattivi, entrati li ma jidhrux fuq il - karta tal -bilan ċ u r- riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata;
  • b. jekk id - ditta tal - investiment tkunx implimentat limiti u sistemi ta’ monitoraġġ adegwati li jkunu konsistenti mal - aptit tagħha għar - riskju tal - likwidità;
  • c. jekk il - limiti tar - riskju jiġux riveduti b’mod regolari mill- korpi kompetenti jew mill- funzjoni ta’ kontroll tad - ditta tal - investiment u jiġux kkomunikati b’mod ċar fid - ditta;
  • d. jekk hemmx proċeduri ċari u trasparenti dwar kif hija ssorveljata l - konformità mal- limiti individwali tar - riskju tal - likwidità u kif il - ksur tal - limiti huwa mmaniġġat (inklużi proċeduri ċari ta’ eskalazzjoni u rapportar); u
  • e. jekk il - qafas tal - limitu u kontroll jgħinx lid - ditta tal - investiment tiżgura d - disponibbiltà ta’ assi likwidi suffiċjenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.