+10.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+366. Dan it - titolu jkopri l - kombinazzjoni tas - sejbiet tal - valutazzjonijiet tal - elementi …
---+367. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is - setgħat superviżorji tagħhom fuq il - bażi …
---+368. Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw insuffiċjenzi speċifiċi identifikati fil - …
---+369. Meta japplikaw miżuri superviżorji jew sanzjonijiet biex jindirizzaw in - nuqqasijiet …
---+370. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri superviżorji immedjati marbuta direttament …

10.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

10.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
366. Dan it - titolu jkopri l - kombinazzjoni tas - sejbiet tal - valutazzjonijiet tal - elementi …

Dan it - titolu jkopri l - kombinazzjoni tas - sejbiet tal - valutazzjonijiet tal - elementi tal -SREP fil - valutazzjoni ġenerali tal - SREP. Huwa jindirizza wkoll l - applikazzjoni mill - awtoritajiet kompetenti ta’ miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati permezz tal - valutazzjoni tal - elementi tal -SREP. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji kif speċifikat fid - Direttiva (UE) 2019/2034 (l- Artikoli 38, 39, 40, 41 u 42) u l - liġi nazzjonali, u, meta applikabbli, il - miżuri ta’ intervent bikri kif speċifikat fl - Artikolu 27 tad - Direttiva 2014/59/UE, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

367. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is - setgħat superviżorji tagħhom fuq il - bażi …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is - setgħat superviżorji tagħhom fuq il - bażi tal - insuffiċjenzi identifikati matul il - valutazzjonijiet tal - elementi SREP individwali u filwaqt li jqisu l - valutazzjoni ġenerali tal - SREP, inkluż il - punteġġ, b’kunsiderazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

  • a. il- materjalità tan - nuqqasijiet/vulnerabbiltajiet u l - impatt prudenzjali potenzjali tan - nuqqas ta’ indirizzar tal - kwistjoni (jiġifieri jekk huwiex neċessarju li l- kwistjoni tiġi indirizzata b’miżura speċifika);
  • b. jekk il - miżuri humiex konsistenti mal - valutazzjoni globali tagħhom ta’ element SREP partikolari (u l - valutazzjoni kumplessiva SREP) jew proporzjonati magħha;
  • c. jekk humiex meħtieġa miżuri superviżorji jew amministrattivi oħrajn biex jiġu indirizzati n - nuqqasijiet/il - vulnerabbiltajiet prudenzjali relatati mar - riskji tal -ML/TF fil - mandat superviżorju tagħhom wara li jkunu kkomunikaw mas - superviżuri tal - AML/CFT rilevanti;
  • d. jekk l - insuffiċjenzi/il - vulnerabbiltajiet ġewx diġà indirizzati/koperti minn miżuri oħrajn;
  • e. jekk miżuri oħrajn jistgħux jilħqu l - istess għan b’inqas impatt amministrattiv u finanzjarju fuq id - ditta tal - investiment;
  • f. il- livell ottiku u t - tul tal - applikazzjoni tal - miżura biex jintlaħaq l - għan superviżorju; u
  • g. il- possibbiltà li r - riskji u l - vulnerabbiltajiet identifikati jistgħu jiġu korrelatati jew msaħħa b’mod awtomatiku, jew it - tnejn, li jistħoqqilhom żieda fir - rigorożità tal - miżuri superviżorji.

106

368. Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw insuffiċjenzi speċifiċi identifikati fil - …

Meta japplikaw miżuri superviżorji biex jindirizzaw insuffiċjenzi speċifiċi identifikati fil - valutazzjoni tal - elementi SREP, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b’mod ġenerali r - rekwiżiti kwantitattivi tal - fondi proprji u ta’ likwidità li għandhom jiġu applikati abbażi tal - kriterji speċifikati fit -Ti toli 7 u 9.

369. Meta japplikaw miżuri superviżorji jew sanzjonijiet biex jindirizzaw in - nuqqasijiet …

Meta japplikaw miżuri superviżorji jew sanzjonijiet biex jindirizzaw in - nuqqasijiet prudenzjali relatati mar - riskju tal -ML/TF, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jinvolvu ruħhom mas - superviżuri tal - AML/CFT sabiex in - nuqqasijiet/il - vulnerabbiltajiet sottostanti jiġu indirizzati b’mod adegwat mill - miżuri xierqa fi ħdan il - mandat rispettiv tas - superviżuri tal - AML/CFT u tal - awtoritajiet kompetenti mill - perspettivi rispettivi tagħhom.

370. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri superviżorji immedjati marbuta direttament …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri superviżorji immedjati marbuta direttament mal - eżiti ta’ kwalunkwe attività superviżorja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.