+5.1 Tħejjija tal - bejgħ
---+52. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jist abbilixxu fil- pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jew …
---+53. Sabiex tiġi żgurata l -fattibilità/kredibilità tal- bejgħ ta’ negozju bħala għodda ta’ …
---+54. Għalkemm l - istrateġija tal - bejgħ se tiddependi fuq id -definizzjoni tal-perimetru …
---+55. Filwaqt li jiddefinixxu skeda ta’ żmien f’konformità mal -Artikolu 10(7), il-punti (d) u (j) …
---+56. L-awtoritajiet ta ’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jidentifikaw l -approvazzjonijiet jew il-kunsensi …
---+57. Għal gruppi transfruntieri, perimetru tat - trasferiment transfruntier jew għal …
---+58. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li l - proċess tal - bejgħ tagħhom ikun …
---+59. L-a wtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun lesta li twettaq, kemm jista’ jkun malajr u mhux …
---+60. Il- proċess tal - bejgħ jenħtieġ li jipprovdi għal eżekuzzjoni bla xkiel matul it -tmiem il- …
---+61. Għal Bejgħ ta’ Negozju Strateġiku, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu …
---+62. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jippreparaw għat - talba ta’ assistenza esterna …
---+63. Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva …
---+64. Meta jintalbu juru kif jistgħu jissegregaw l -assi f’diffikultà, l- istituzzjonijiet jenħtieġ …
---+65. Meta jkun rilevanti, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li juru wkoll il - kapaċitajiet tagħhom li …

5.1 Tħejjija tal - bejgħ

5.1.1 Tħejjija tal - proċess tal - bejgħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
52. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jist abbilixxu fil- pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jew …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jist abbilixxu fil- pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jew fi kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ kif jistgħu jeżegwixxu bla xkiel il - proċess ta’ bejgħ imsemmi fil - paragrafu 50 b’mod kemm jista’ jkun trasparenti.

53. Sabiex tiġi żgurata l -fattibilità/kredibilità tal- bejgħ ta’ negozju bħala għodda ta’ …

Sabiex tiġi żgurata l -fattibilità/kredibilità tal- bejgħ ta’ negozju bħala għodda ta’ riżoluzzjoni, l - awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li, bl - appoġġ tal -i stituzzjonijiet, tiddefinixxi minn qabel lista ta’ kriterji li akkwirenti potenzjali jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw abbażi tal - karatteristiċi tal - perimetru tat- trasferiment u minħabba l - karatteristiċi eżistenti tal -atturi fis- suq kif ukoll il - fatt uri esterni (bħal kunsiderazzjonijiet regolatorji rigward il - konċentrazzjoni tas - suq, il - ħtieġa għal - liċenzji u l - awtorizzazzjoni; u kwalunkwe ostakolu għad - dħul fis - suq). L -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jingranaw l -informazzjoni disponibbli għas - superviżuri u fil - pjanijiet ta’ rkupru.

54. Għalkemm l - istrateġija tal - bejgħ se tiddependi fuq id -definizzjoni tal-perimetru …

Għalkemm l - istrateġija tal - bejgħ se tiddependi fuq id -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment (speċifika għall -istituzzjoni u s-sitwazzjoni), l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżviluppaw proċess ta’ bejgħ li jqis mill - inqas l - elementi li ġejjin:

  • - L- iskeda ta’ żmien tal - proċess tal - bejgħ: skeda ta’ żmien bi stadji importanti u riżultati;
  • - Id- definizzjoni ta’ sottoproċessi operattivi b’allokazzjoni ċara ta’ kompiti fost it -timijiet u l-esperti differenti li jkopru l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l -istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti u l-atturi rilevanti kollha f’konformità mal-paragrafi 56 u 57;
  • - Il- kompożizzjoni u r -rwoli tat-timijiet u l-korpi;
  • - Id- dokumentazzjoni li tappoġġja l - qafas tal - bejgħ u l - proċess tal - kummerċjalizzazzjoni (inklużi, iżda mhux limitati għal term sheets; approprjazzjoni mhux differenzjata u dokumenti legali oħra; mudelli disponibbli għall -offerenti; dokumenti ta’ valutazzjoni tal-offerti; lista ta’ kriterji; dokumenti ta’ akkwist u mandati għal konsulenti esterni; u mudelli għall -komunikazzjoni tal-midja);
  • - Kanal/kanali ta ’ komunikazzjoni kunfidenzjali, pjan/pjanijiet) ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, data u rapporti.
55. Filwaqt li jiddefinixxu skeda ta’ żmien f’konformità mal -Artikolu 10(7), il-punti (d) u (j) …

Filwaqt li jiddefinixxu skeda ta’ żmien f’konformità mal -Artikolu 10(7), il-punti (d) u (j), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l -istadji differenti rilevanti għat -trasferimenti u b’mod partikolari d-data ta’ referenza tal- ippjanar ta’ riżoluzzjoni11 , id-data tal-valutazzjoni12 , id- data ta’ riżoluzzjoni13 u d-data/i tat-trasferiment.


11 F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l- istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir - rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall -forniment ta’ i nformazzjoni għall - finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall -istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, u li jħassar ir -Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 20 16/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1–6).

12 Kif rifless fil -manwal tal-EBA dwar il- valutazzjoni għal skopijiet ta’ riżoluzzjoni (manwal ta’ valutazzjoni tal -EBA).

13 Kif definit skont l -Artikolu 1(j) ir-regolament delegat tal- Kummissjoni 2018/345.

56. L-awtoritajiet ta ’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jidentifikaw l -approvazzjonijiet jew il-kunsensi …

L-awtoritajiet ta ’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jidentifikaw l -approvazzjonijiet jew il-kunsensi li ma jaqgħux taħt l - eżenzjonijiet imsemmija fl -Artikolu 63(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u jiżguraw li l- proċess tal - bejgħ jindirizzahom. Dawk jistgħu jinkludu l -approvazzjoni mill- Kummissjoni Ewropea rigward il- konċentrazzjoni ta’ dimensjoni Ewropea f’konformità mar -Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il- kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (regoli tal -UE dwar il-kontroll tal- fużjonijiet -EU MR -)14 . L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l -interazzjonijiet mal-awtoritajiet tas- suq u kwalunkwe awtorità oħra mistennija li tintervjeni fil- proċess tal - bejgħ. Dawn l - interazzjonijiet ma’ awtoritajiet oħra jenħtieġ li jseħħu f’waqthom u m’għandhomx irendu bħala mhux xierqa l - iskeda ta’ żmien tal - bejgħ fir -rigward tar- riżolvibbiltà.


14 Ir-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il- kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (regolament tal- KE dwar il -kontroll tal- fużjonijiet (ĠU L 024 , 29/01/2004 P. 0001 - 0022).

57. Għal gruppi transfruntieri, perimetru tat - trasferiment transfruntier jew għal …

Għal gruppi transfruntieri, perimetru tat - trasferiment transfruntier jew għal tranżazzjonijiet transfruntieri, l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiddis kutu kif rilevanti l- qafas tal - bejgħ tagħhom ma’ awtoritajiet oħra ta’ riżoluzzjoni u awtoritajiet kompetenti sabiex jaqblu dwar l - allokazzjoni tal-kompiti, l-iskambju tal-informazzjoni u l- iskeda ta’ żmien, biex jaġġornaw il - qafas tal - bejgħ fuq bażi regolari u biex tiġi żgurata l - eżistenza ta’ linji ta’ komunikazzjoni kunfidenzjali. Jistgħu jsiru diskussjonijiet pereżempju f’kulleġġi ta’ riżoluzzjoni fejn jeżistu, jew fi Gruppi tal- Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMGs) fejn jeżistu (għall -G- SIIs), jew inkella, fuq bażi ad hoc u inqas formali.

58. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li l - proċess tal - bejgħ tagħhom ikun …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li l - proċess tal - bejgħ tagħhom ikun applikabbli taħt mill - inqas żewġ xenarji: il - bejgħ li jirriżulta minn proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni skont l - Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/59/UE (li jista’ jiġi kkwalifikat bħala “Bejgħ ta’ Negozju Strateġiku”) u l - bejgħ mingħajr proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni kif previst mill -Artikolu 39(3) tad-Direttiva 2014/59/UE (li jista’ jiġi kkwalifikat bħala “Bejgħ ta’ Negozju Aċċellerat”).

59. L-a wtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun lesta li twettaq, kemm jista’ jkun malajr u mhux …

L-a wtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun lesta li twettaq, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mid- dikjarazzjoni li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli, il -valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal -linji gwida tal-EBA dwar l-effettività tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju15 .


15 Linji Gwida tal- EBA dwar iċ - ċirkostanzi fattwali li jammontaw għal theddida materjali għall -istabilità finanzjarja u dwar l-elementi relatati mal-effettività tal- bejgħ tal - għodda ta’ negozju skont l -Artikolu 39(4) tad-Direttiva 2014/59/UE (EBA/GL/2015/04).

60. Il- proċess tal - bejgħ jenħtieġ li jipprovdi għal eżekuzzjoni bla xkiel matul it -tmiem il- …

Il- proċess tal - bejgħ jenħtieġ li jipprovdi għal eżekuzzjoni bla xkiel matul it -tmiem il- ġimgħa ta’ riżoluzzjoni ta’ Bejgħ ta’ Negozju Aċċellerat. Biex tagħmel dan, l - awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun kapaċi taġġorna (pereżempju, permezz tat -twetti q ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ tas- suq; l - aċċess eżistenti għal data tas- suq rilevanti aġġornata jew il - proċessi eżistenti biex teħtieġ assistenza esperta fil -kwistjoni), f’konformità mal-kundizzjonijiet tas- suq u l -perimetru tat-trasferiment fid-data li tfalli jew probabbilment ser tfalli, il-lista tal- kriterji għall -akkwirenti potenzjali li għandhom jissodisfaw u l -lista predefinita tal- akkwirenti potenzjali abbażi tal - paragrafu 19 ta’ dawn il-linji gwida. L- awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tivvaluta kemm jista’ jkun kmieni l-implikazzjonijiet potenzja li ta’ Bejgħ ta’ Negozju Aċċellerat fir -rigward tar-regoli tal- Għajnuna mill - Istat u tiżgura eżekuzzjoni tal - bejgħ aċċellerat li jimminimizza dawn l - implikazzjonijiet16 .


16 F’konformità ma’ EBA Final Q&A2015_2339.

61. Għal Bejgħ ta’ Negozju Strateġiku, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu …

Għal Bejgħ ta’ Negozju Strateġiku, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jaġġornaw il -lista ta’ kriterji li l- akkwirenti potenzjali għandhom jissodisfaw abbażi tat - taqsima 4.1. u l-paragrafu 19 ta’ dawn il-linji gwida. Il- proċess tal - bejgħ jenħtieġ li jipprovdi għal eżekuzzjoni bla xkiel ta’ Bejgħ ta’ Negozju strateġiku li jiżgura proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju (rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni), bil - għan li jimmassimizza l-prezz tal- bejgħ u jidentifika kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. Dawn il - kriterji jenħtieġ li jinkludu varjetà ta’ indikaturi relatati mas - saħħa fina nzjarja, legali u operattiva tal- akkwirenti potenzjali li jenħtieġ li jkunu relatati mal -perimetru tat-trasferiment u mhux imfassla biex ikunu ta’ vantaġġ lix -xerrejja potenzjali identifikati ex ante . L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob pjanijiet li jistabbilixxu l- proċess ta’ integrazzjoni tal -perimetru tat-trasferiment mix-xerrej potenzjali u li jenfasizzaw il- kapaċitajiet meħtieġa.

62. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jippreparaw għat - talba ta’ assistenza esterna …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jippreparaw għat - talba ta’ assistenza esterna (inklużi konsulenti, konsule nti legali jew awdituri) fi ħdan il - proċess tal - bejgħ jew għad -delega tal-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ir - responsabbiltà li taqa’ f’idejn l - awtorità ta’ riżoluzzjoni m’għandhiex tiġi ddelegata, u l - awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun stabbiliet proċess biex tagħżel u taħtar konsulenti esterni abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel taħt mandat definit, tikkontrollahom u tirrevedi l- kontribut tagħhom, tiżgura li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess u l-kunfidenzjalità tkun rispettata. Il-mandat je nħtieġ li jiddefinixxi b’mod ċar, fost l - oħrajn, l - għanijiet u r - riżultati, l - għarfien espert u r - riżorsi mistennija, l - iskeda ta’ żmien jew it -tariffi.

5.1.2 Segregazzjoni interna

63. Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva …

Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun mibnija fuq il -valutazzjoni tal-istrutturi legali u korporattivi tal-istituzzjoni (punt (2) tat- Taqsima C msemmija fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE), il-kumplessità ta’ din l-istruttura u d-diffikultà fl-allinjament ta’ linji ta’ negozju ma’ entitajiet tal-grupp (punt (16) tat-Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE), u l-kompatibbiltà ta’ din l-istruttura mal-għodda/għodod ta’ riżoluzzjoni magħżula (punt (21) tat- Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE). Għalhekk, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu kif jippreparaw bl- aħjar mod għall - għodda tas -separazzjoni tal- assi peress li ħafna mill -komponenti tal-perimetru tat- trasferiment jistgħu ma jkunux f’entità legali waħda jew linja ta’ negozju waħda u meta m eħtieġ u mingħajr preġudizzju għas - setgħat skont l -Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/59/UE, jippromwovu s-separazzjoni tal- portafolli billi:

  • a. Jitolbu lill-istituzzjonijiet biex ikollhom playbooks (ara l-paragrafu 75) li jistabbilixxu kif jistgħu jissegregaw l -assi f’diffikultà17 f’linja ta’ negozju waħda jew entità legali waħda m eta l- għodda tas -separazzjoni tal- assi titqies fl - istrateġija ta’ riżoluzzjoni u meta l -portafolli eliġibbli għall - għodda tas -separazzjoni tal-assi jkunu mxerrda madwar il-grupp;
  • b. Il-valutazzjoni dwar kif l- għażliet ta’ rkupru taħt il -punt (14) tat- Taqsima A fl-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE jistgħu jappoġġjaw is -separazzjoni tal-assi f’diffikultà mill- bqija tal - grupp.

17 Għal dawn il-linji gwida l- assi f’diffikultà għandhom jinftiehmu bħala assi danneġġati jew bi prestazzjoni baxxa kif imsemmi fil-premessa 59 tad-Direttiva 2014/59/UE.

64. Meta jintalbu juru kif jistgħu jissegregaw l -assi f’diffikultà, l- istituzzjonijiet jenħtieġ …

Meta jintalbu juru kif jistgħu jissegregaw l -assi f’diffikultà, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw kif l- azzjonijiet tagħhom se:

  • - Jif faċilitaw kwalunkwe eżerċizzju dijanjostiku kif imsemmi fil -linji gwida tal-EBA dwar testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji li jistgħu jwasslu għal miżuri ta’ appoġġ18 peress li l- biċċa l-kbira tal- assi f’diffikultà jkunu ċentralizzati f’unità ta’ negozju waħda ddedikata;
  • - Jippermettu identifikazzjoni xierqa ta’ ostakli kuntrattwali, rekwiżiti legali marbuta mal -assi f’diffikultà u tipi oħra ta’ limitazzjonijiet għat -trasferiment;
  • - Jipprovdu għal valutazzjoni eħfef tal -assi f’diffikultà (u konsegwentement tal-linji ta’ negozju mhux f’diffikultà li jappoġġjaw l - għażla tal - għodda ta’ riżoluzzjoni komplimentari);
  • - Joħolqu livell għoli ta’ għarfien espert fi ħdan l -unità ta’ negozju biex tittratta l-assi f’diffikultà;
  • - Iwasslu għall - iżvilupp ta’ sett ta’ data ddedikat li jkopri l-kwistjonijiet ta’ kollateral u d-dritt relatati mal-assi f’diffikultà;
  • - Jenfasizzaw is- servizzi speċifiċi meħtieġa għal dawn l - oġġetti u jibdew jimplim entaw l-arranġamenti biex jimmaniġġjawhom;
  • - Iwasslu għas -segregazzjoni tar- riżorsi meħtieġa (inklużi finanzjarji jew tal -persunal) li mbagħad jistgħu jiġu trasferiti aktar faċilment fil - punt ta’ riżoluzzjoni, notevolment bl - għajnuna ta’ arranġamenti ta’ ser vizzjar.

18 Linji Gwida tal-EBA dwar it- tipi ta’ testijiet, rieżamijiet jew eżerċizzji li jistgħu jwasslu għal miżuri ta’ appoġġ skont l - Artikolu 32(4), punt (d)(iii) tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r- Riżoluzzjoni tal -Bank (EBA/GL/2014/09).

65. Meta jkun rilevanti, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li juru wkoll il - kapaċitajiet tagħhom li …

Meta jkun rilevanti, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li juru wkoll il - kapaċitajiet tagħhom li joħolqu entitajiet legali f’konformità mal-paragrafu 48 ta’ dawn il-linji gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.