+5.2 Jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw is -separazzjoni bla xkiel
---+66. F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet …
---+67. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali …
---+68. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl …
---+69. Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità …
---+70. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex …
---+71. Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni …
---+72. [Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk …
---+73. [Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u …
|
5.2 Jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw is -separazzjoni bla xkiel
5.2.1 Aspetti legali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
66. F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet …
|
F’konformità mal-Artikolu 67(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw, fejn ikun applikabbli, sa liema punt il- liġi ta’ Stat Membru tal -UE tapplika b’mod effettiv għal kuntratt regolat minn liġi ta’ pajjiż terz u l -applikazzjoni effettiva tas- setgħat ta’ riżoluzzjoni19 .
19 Il- kuntratti ta’ pajjiżi terzi li jsostnu t -trasferiment legali ta’ assi, drittijiet u/jew obbligazzjonijiet rilevanti huma diġà mistennija li jipprovdu espliċitament għall - karatteristiċi reżiljenti għar - riżoluzzjoni u li jirrikonoxxu u jinfurmaw lill - kontroparti li l- kuntratt jista’ jkun suġġett għall - eżerċizzju tas - setgħat ta’ riżoluzzjoni biex jissospendu jew jirrestrinġu d - drittijiet jew l- obbligi (“setgħat ta’ sospensjoni”) skont id -Direttiva 2014/59/UE.
|
|
67. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt il - karatteristiċi kuntrattwali jistgħu jiġu emendati sabiex jevitaw in-notifika u l- approvazzjonijiet li mhumiex diġà eżentati skont id - Direttiva 2014/59/UE.
|
|
68. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl -identifikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fl- artikolu ta’ assoċjazzjonijiet jew tal -forma legali involuti permezz tat-trasferiment tal-perimetru tat-trasferiment definit, peress li entità tista’ ma tkunx trasferibbli taħt i l- forma legali attwali tagħha lil akkwirent b’forma legali differenti jew jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet konfliġġenti fl - artikolu ta’ assoċjazzjonijiet. Il - pjan ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jistabbilixxi l- proċess u l - azzjonijiet meħtieġa biex dawn il - kwistjonijiet jiġu indirizzati fil - ħin. 5.2.2 Aspetti finanzjarji
|
|
69. Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità …
|
Meta l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment teħtieġ aċċess għal muniti jew kontinwità ta’ tranżazzjonijiet back -to-back kif enfasizzat mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 69 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà tal -EBA, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm fis - seħħ arranġamenti biex jiżguraw din il -kontinwità, skont l-aspettattivi tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni. Pereżempju, il - ftehimiet bankarji korrispondenti jistgħu jiġu abbozzati minn qabel sabiex jiġi żgurat li meta meħtieġ il -perimetru tat- trasferiment ikompli jiġi servut fil - muniti meħtieġa. Il - ftehimiet eżistenti jenħtieġ li jkunu trasferibbli wkoll skont id -Direttiva 2014/59/UE.
|
|
70. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġ jaw lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jidentifikaw ir -rwol tal- mekkaniżmi ta’ solidarjetà (istituzzjonijiet b’korp ċentrali) jew kwalunkwe SPI eżistenti fl - implimentazzjoni tal- għodda tat - trasferiment u biex jiżguraw separazzjoni u riżolvibbiltà fil - pront. 5.2.3 Aspetti operattivi
|
|
71. Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni …
|
Fil- każ ta’ trasferiment parzjali jew lil akkwirenti differenti (bħal KMA u Istituzzjoni Tranżitorja) jew lil akkwirent iżda mingħajr ma tiġi stralċjata l - istituzzjoni soġġetta għal riżoluzzjoni (meta, pereżempju, tgħaqqad ir -rikapitalizzazzjoni interna u l- għodda tas -separazzjoni tal-assi), is-setgħa regolata mill -Artikolu 64(1), punt (d), tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ ma tkunx biżżejjed biex jinżammu l - aċċessi għas - servizzi kollha. Għalhekk, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jinf urmaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar il - possibbiltà li jinkludu klawżoli ta’ aċċess tripartitiku fil - kuntratt ma’ fornitur tas-servizz.
|
|
72. [Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk …
|
[Kumpanija tas- Servizz Kondiviża] L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk il - mudell attwali għall - forniment ta’ servizzi ikollux impatt fuq is -separabbiltà tal-perimetru tat-trasferiment u jqisu l -infurzar tal- arranġamenti stabbiliti fil -paragrafu 34 tal-linji gwida dwar ir-riżolvibbiltà tal -EBA.
|
|
73. [Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u …
|
[Pjanijiet ta’ kontinġenza tal - FMI] Minbarra l -gwida msemmija fit- taqsima 4.1.2 (u partikolarment il-paragrafu 50) tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà tal -EBA, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li: - - Jivvalutaw kif l- aċċessi meħtieġa tal - FMIs se jiġu trasferiti lill -entità li l- għan tagħha huwa ż - żamma tal -funzjoni kritika/il- kontinwità ta’ negozju ewlenija u/jew kif jista’ jiġi stabbilit l - aċċess indirett. Jekk l - istituzzjoni soġġetta għal riżoluzzjoni ssir entità ta’ stralċ (wara l - applikazzjoni tal- għodda tat -trasferiment skont l-Artikolu 37(6) Direttiva 2014/59/UE) jew fil- każ tal - KMA, l - aċċess għall - FMI jista’ jkun limitat. Għalhekk, jenħtieġ li jingħata aċċess indirett permezz tal- entità kontinwa u jsiru arranġamenti għal dan il - għan, inkluż li l -entità kontinwa żżomm is -servizzi tal- BIC, tal -konnettività u tal-komunikazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
- - Jivvalutaw il- mekkaniżmi ta’ tranżizzjoni eżistenti, il - proċessi ta’ applikazzjoni sommarji għall - aċċess għall - FMI jew il - possibbiltajiet li tingħata prokura sabiex tinżamm il -kontinwità tal- aċċess għall - FMI għall -perimetru tat-trasferiment.
- - Fuq talba mill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jivvalutaw l -impatt tat- trasferiment fuq is - servizzi pprovduti mill-istituzzjoni lill- FMIs u/jew lil partijiet oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|