+131. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli …

131. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli …

Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli minn dan li ġej:

  • (a) Il - fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għas - CSRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għas - CSRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
  • (b) Jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel u mmonitorjat is - CSRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar ta’:
  • i. Sistemi u l - istandards għall - kejl tas - CSRBB, il - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk, ta’ parametri u ta’ stress u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi li l - istituzzjoni twettaq fir - rigward tas - CSRBB;
  • ii. Proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
  • iii. Kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
  • (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ teħid tar - riskju tas - CSRBB qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
  • (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti tal - ġestjoni tas - CSRBB. Il - livell ta’ u l - bidliet fl - iskopertura għas - CSRBB ta’ istituzzjoni għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali.
  • (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tas - CSRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
  • (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tas - CSRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
  • (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward is - CSRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem is - CSRBB u li l - ġestjoni tas - CSRBB tingħata riżorsi adegwati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.