+Titolu 2: Aġġustament tal - intensità tal - miżuri ta’ monitoraġġ
---+18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil -politiki u l- …
---+19. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom …
|
Titolu 2: Aġġustament tal - intensità tal - miżuri ta’ monitoraġġ
Titolu 2: Aġġustament tal - intensità tal - miżuri ta’ monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil -politiki u l- …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil -politiki u l- proċeduri tagħhom kif jaġġustaw il - livell u l - intensità tal - monitoraġġ b’mod li jkun proporzjonat mar - riskju ta’ ML/TF assoċjat mal - klijent u f’konformità mal - profil tar - riskju tal - klijent, kif stabbilit fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- fatturi ta’ riskju u b’mod partikolari fil -Linji Gwida 4.69 sa 4.75. Sabiex ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ klijent jiġi ġestit b’mod effettiv, il - monitoraġġ għandu tal - anqas jinkludi l- passi li ġejjin: - a. jistabbilixxi l - aspettattivi tal - imġiba tal - klijent, bħalma huma n -natura probabbli, l-ammont, is - sors u d - destinazzjoni tat - tranżazzjonijiet, b’tali mod li l - is tituzzjoni tkun tista’ tidentifika tranżazzjonijiet mhux tas - soltu.
- b. jiżgura li l -kont tal- klijent jiġi rivedut regolarment biex jifhem jekk il - bidliet fil - profil tar - riskju tal - klijent humiex ġustifikati.
- c. jiżgura li kwalunkwe bidla fl - informazzjoni ta’ CDD miksuba preċedentement li tista’ taffettwa l - valutazzjoni tal - istituzzjoni tar - riskju ta’ ML/TF assoċjat mar -relazzjoni ta’ negozju individwali tiġi kkunsidrata.
|
|
19. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom …
|
Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom gwida dwar it- trattament ta’ applikazzjonijiet minn individwi li jista’ jkollhom raġunijiet kredibbli u leġittimi biex ma jkunux jistgħu jipprovdu forom tradizzjonali ta’ dokumenti tal - identità. Dawn għandhom jistabbilixxu mill - inqas: - a. Il- passi li għandhom jittieħdu meta l - klijent ikun persuna li qed tfittex l - ażil skont il - Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat -28 ta’ Lulju 1951 dwar l- Istatus tar - Refuġjati, il -Protokoll tagħha tal -31 ta’ Jannar 1967 u trattati internazzjonali rilevanti oħra, u li ma tistax tipprovdi lill - istituzzjoni ta’ kreditu u finanzjarja b’forma tradizzjonali ta’ identifikazzjoni, bħal passaporti jew karta tal - identità. Il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw liema dokumentazzjoni alternattiva u indipendenti tista’ tiddependi fuqha biex tissodisfa l - obbligi ta’ CDD tagħha, fejn ikun permess mil - liġi nazzjonali. Dawn id - dokumenti għandhom ikunu affidabbli biżżejjed, jiġifieri aġġornati, maħruġa minn awtorità nazzjonali jew lokali uffiċjali u li jkun fihom, bħala minimu, l - isem sħiħ u d -data tat-twelid tal-applikant.
- b. Il- passi li għandhom jittieħdu meta l - klijent ikun vulnerabbli u ma jkunx jista’ jipprovdi forom tradizzjonali ta’ identifikazzjoni jew indirizz, pereżempju minħabba li l -klijent ikun refuġjat skont il - Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal -1951 jew trattati internazzjonali rilevanti oħra, jew ma jkollux indirizz fiss. Il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw liema dokumentazzjoni alternattiva u indipendenti tista’ tib baża fuqha. Din id - dokumentazzjoni tista’ tinkludi, fejn permess mil - liġi nazzjonali, dokumenti tal - identità skaduti u dokumenti pprovduti minn awtorità uffiċjali, bħal servizzi soċjali jew organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ stabbilita sew li taħdem f’isem awtoritajiet uffiċjali (is -Salib l- Aħmar jew oħrajn), li tipprovdi wkoll assistenza lil dan il-klijent.
- c. Proċeduri simili jistgħu japplikaw ukoll għal individwi li ma jibbenefikawx minn permess ta’ residenza, iżda li t - tkeċċija tagħhom hija impossibbli għal raġunijiet legali jew fattwali. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom iqisu ċ - ċertifikati jew id - dokumentazzjoni maħruġin minn awtorità uffiċjali jew minn organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ jew assistenza legali lil dawk l - individwi f’isem awtorità uffiċjali, fejn dan ikun permess mil - liġi nazzjonali. Tali awtoritajiet jistgħu jinkludu dipartimenti tal - ħidma soċjali, ministeri għall - affarijiet interni u servizzi ta’ migrazzjon i. Dawn id- dokumenti jistgħu jintużaw bħala prova li l - individwu ma jistax jiġi espuls jew imkeċċi skont il - liġi tal - UE.
- d. F’każijiet fejn l - appoġġ għall - persuni msemmija fil -punti a., b. u c. jingħata fil - forma ta’ kards imħallsa minn qabel u fejn il -kundi zzjonijiet relatati mad - diliġenza dovuta ssimplifikata jiġu ssodisfati kif stabbilit fil -Linji Gwida 4.41, 9.15, 10.18 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Fatturi tar- Riskju tal -ML/TF, il-politiki u l- proċeduri għandhom jindikaw li l- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jistgħu jipposponu l - applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta tal - klijenti inizjali għal data aktar tard.
- e. F’każijiet fejn il - persuni msemmija fil -punti a., b. u c. japplikaw għal aċċess għal kont ta’ pagament u jitqiesu li jippreżentaw riskji baxxi ta’ ML/TF, il -politiki u l- proċeduri għandhom jindikaw liema forom alternattivi ta’ ID l - istituzzjoni tista’ taċċetta u l - għażliet għall - posponiment tal - applikazzjoni ta’ CDD sħiħa sa wara l - istabbiliment tar - relazzjoni ta’ negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|