+Punteġġ ORC
---+41. L- awtoritajiet kompetenti jgħandhom jivvalutaw l - “ORC aġġustat” speċifikat f’konformità mal …
---+42. F’każijiet fejn l - “ORC aġġustat” jirriżulta bejn livelli differenti skont il - paragrafu 41 …
---+43. Sabiex jikkomplementaw il- valutazzjoni tagħhom tal - ORC, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+44. L- ORC “dgħajfa” għandha twassal jew għall - valutazzjoni ta’ nuqqas materjali fil - pjan ta’ …
---+45. L- ORC “adegwat b’lok potenzjali għal titjib” jista’ jwassal għall - identifikazzjoni ta’ qasam …
---+46. Meta jwettqu l - valutazzjoni tal - identifikazzjoni ta’ defiċjenza materjali jew qasam …
---+47. Il- klassifikazzjoni msemmija fil - paragrafi 4 1 sa 4 3 għandha tappoġġja l - valutazzjoni tal …
|
Punteġġ ORC
Punteġġ ORC
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
41. L- awtoritajiet kompetenti jgħandhom jivvalutaw l - “ORC aġġustat” speċifikat f’konformità mal …
|
L- awtoritajiet kompetenti jgħandhom jivvalutaw l - “ORC aġġustat” speċifikat f’konformità mal - paragrafi 39 u 40, billi jassenjaw il - livelli li ġejjin filwaqt li jqisu l - limiti tal - “indikaturi rilevanti tal - PR” u r - rekwiżiti regolatorji relatati: - a. “sodisfaċenti” – f’każijiet fejn l - “indikaturi tal - RP rilevanti” tal - istituzzjonijiet wara l - inklużjoni tal - “ORC aġġustati” huma ogħla mil - limiti tagħhom definiti f’konformità mal -Linji Gwida dwar l- indikaturi tal - pjan ta’ rkupru;
- b. “adegwat b’lok potenzjali għal titjib” – f’każijiet fejn l - “indikaturi rilevanti tal - RP” tal - istituzzjonijiet wara l - inklużjoni tal - “ORC aġġustati” jonqsu milli jkunu ogħla mil - limiti definiti f’konformità mal -Linji Gwida dwar l- indikaturi tal - pjan ta’ rkupru, iżda xorta jkunu ugwali jew ogħla mill - kapital tal - istituzzjonijiet inklużi r - rekwiżiti regolatorji tal - ingranaġġ u l- likwidità msemmija fil - paragrafu 20 li jżidu l - bafers regolatorji applikabbli kollha;
- c. “dgħajfa” – f’każijiet fejn l - “indikaturi rilevanti tal - RP” tal - istituzzjonijiet wara l - inklużjoni tal - “ORC aġġustata” jonqsu milli jissodisfaw ir - rekwiżiti regolatorji tal - istituzzjonijiet dwar il- kapital (inkluż l - ingranaġġ) u l - likwidità msemmija fil -pa ragrafu 20 biż - żieda tal - bafers regolatorji applikabbli kollha.
|
|
42. F’każijiet fejn l - “ORC aġġustat” jirriżulta bejn livelli differenti skont il - paragrafu 41 …
|
F’każijiet fejn l - “ORC aġġustat” jirriżulta bejn livelli differenti skont il - paragrafu 41 , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l - aktar klassifikazzjoni xierqa filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, is- severità tax - xenarji u l - għadd ta’ “indikaturi rilevanti tal - RP” ippożizzjonati fil - livelli differenti.
|
|
43. Sabiex jikkomplementaw il- valutazzjoni tagħhom tal - ORC, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Sabiex jikkomplementaw il- valutazzjoni tagħhom tal - ORC, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kunsiderazzjonijiet kwalitattivi ġenerali, mhux diġà riflessi fl - “ORC aġġustat”, fuq il - qafas tal - ORC. Dan jista’ jirriżulta f’aġġustament ’il fuq jew ’l isfel tal - punteġġ indikattiv skont il - paragrafu 41 mill - awtoritajiet kompetenti meta jqisu li ma jirrappreżentax b’mod sħiħ il - pożizzjoni tal - ORC tal - istituzzjonijiet, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l - elementi li ġejjin: - a. id- differenza bejn id - determinazzjoni tal - ORC tal - istituzzjonijiet u l - “ORC aġġustat” tal - awtoritajiet kompetenti;
- b. evidenza ġenerali jew nuqqas ta’ esperjenza ta’ implimentazzjoni fil - passat;
- c. il- preżenza jew in - nuqqas ta’ kwalunkwe miżura preparatorja qabel l - implimentazzjoni tal - għażliet;
- d. informazzjoni addizzjonali relatata mal - livell ta’ konċentrazzjoni, il - perjodu ta’ żmien għall - implimentazzjoni, il - fattibbiltà u l - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru kif ukoll il - livell ta’ stress applikat mill - istituzzjonijiet;
- e. il- kapaċità tal - istituzzjonijiet fir - rigward tad - disponibbiltà, il - kwalità u l - aggregazzjoni tad - data , kif ukoll il - governanza tal - istituzzjonijiet f’termini ta’ tħejjija għall - ġestjoni tal - kriżijiet.
|
|
44. L- ORC “dgħajfa” għandha twassal jew għall - valutazzjoni ta’ nuqqas materjali fil - pjan ta’ …
|
L- ORC “dgħajfa” għandha twassal jew għall - valutazzjoni ta’ nuqqas materjali fil - pjan ta’ rkupru f’konformità mal - Artikolu 6 tad - Direttiva 2014/59/UE jew għall - identifikazzjoni ta’ qasam speċifiku ta’ titjib relatat mal - ORC fil - valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti tal - pjan ta’ rkupru tal - istituzzjonijiet.
|
|
45. L- ORC “adegwat b’lok potenzjali għal titjib” jista’ jwassal għall - identifikazzjoni ta’ qasam …
|
L- ORC “adegwat b’lok potenzjali għal titjib” jista’ jwassal għall - identifikazzjoni ta’ qasam speċifiku ta’ titjib relatat mal - ORC fil - valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti tal - pjan ta’ rkupru tal - istituzzjonijiet.
|
|
46. Meta jwettqu l - valutazzjoni tal - identifikazzjoni ta’ defiċjenza materjali jew qasam …
|
Meta jwettqu l - valutazzjoni tal - identifikazzjoni ta’ defiċjenza materjali jew qasam speċifiku ta’ titjib fil - pjan ta’ rkupru relatat mal - ORC skont il - paragrafi 4 4 u 45, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu s - sitwazzjonijiet mhux eżawrjenti li ġejjin: - a. jekk l - istituzzjoni hux diġà topera f’kundizzjonijiet severi ta’ stress, inkluż fejn ikun intalab pjan ta’ konservazzjoni tal - kapital f’konformità mal - Artikolu 142 tad - Direttiva 2013/36/UE;
- b. jekk l - istituzzjoni tkunx diġà tejbet l - ORC meta mqabbla ma’ pjanijiet ta’ rkupru preċedenti u ma għadx hemm lok għal titjib potenzjali tal - ORC minħabba d - daqs, il - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tal - istituzzjoni;
- c. jekk il - pożizzjoni tal - kapital, tal - ingranaġġ u/jew tal - likwidità tal - istituzzjoni turix marġni ta’ manuvra sod fir - rigward tar - rekwiżiti regolatorji u għalhekk ix - xenarji użati mill - istituzzjoni huma estremament severi u għalhekk jippenalizzaw wisq fir -ri gward tal -pari.
|
|
47. Il- klassifikazzjoni msemmija fil - paragrafi 4 1 sa 4 3 għandha tappoġġja l - valutazzjoni tal …
|
Il- klassifikazzjoni msemmija fil - paragrafi 4 1 sa 4 3 għandha tappoġġja l - valutazzjoni tal - ORC mill - awtoritajiet kompetenti bħala komponent rilevanti tal - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru ġenerali tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|