+Miżuri
|
Miżuri
21.11. Is - CASPs għandhom jiżguraw li s -sistemi li jużaw biex jidentifikaw u jindirizzaw ir -riskji ta’ ML/TF jikkonformaw mal -kriterji stabbiliti fit- Titolu I ta’ dawn il - Linji Gwida. B’mod partikolari, minħabba l - mudelli ta’ negozju tagħhom, is - CASPs għandhom jiżguraw li jkollhom fis - seħħ għodod ta’ monitoraġġ xierqa u effettivi, inklużi għodod ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet u għodod avvanzati ta’ analitika. Il - firxa ta’ dawn l - għodod tiġi ddeterminata min - natura u l - volum tal - attivitajiet tas - CASP, inkluż it - tip ta’ kriptoassi magħmula disponibbli għ an- negozjar jew għall - iskambju. Is - CASPs għandhom jiżguraw ukoll li l - impjegati rilevanti jirċievu taħriġ speċjalizzat biex ikollhom fehim tajjeb tal- kriptoassi u tar - riskji ta’ ML/TF li għalihom jistgħu jesponu lis -CASP. Diliġenza dovuta tal - klijenti msaħħa 21.12. Fil- każ li r - riskju assoċjat ma’ relazzjoni ta’ negozju jew tranżazzjoni okkażjonali jiżdied, is- CASPs għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ CDD skont l - Artikolu 18 tad - Direttiva (UE) 2015/849 u kif stabbilit fit - Titolu I ta’ dawn il -Linji Gwida. Barra minn hekk, is - CASPs għandhom japplikaw miżuri ta’ CDD imsaħħa rilevanti elenkati fil -lista hawn taħt, kif meħtieġ, skont l - iskopertura għar - riskju tar - relazzjoni ta’ negozju: - a) Tiġi vverifikata l - identità tal - klijent u tas - sid benefiċjarju abbażi ta’ aktar minn sors affidabbli u indipendenti wieħed.
- b) Tiġi identifikata u vverifikata l - identità tal - azzjonisti maġġoritarji li ma jissodisfawx id - definizzjoni ta’ sidien benefiċjarji f’konformità mal - Artikolu 3 tad- Direttiva (UE) 2015/849 jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika li jkollha l - awtorità li topera kont tal - kriptoassi jew indirizz tar - reġistru distribwit f’isem il- klijent jew tagħti struzzjonijiet dwar it -trasferiment jew l- iskambju ta’ kriptoassi jew servizzi oħra relatati ma’ dawk il - kriptoassi.
- c) Tinkiseb aktar informazzjoni dwar il - klijent u n - natura u l - iskop tar - relazzjoni ta’ negozju biex jinbena profil tal - klijent aktar komplet, pereżempju billi jsir tiftix ta’ sors miftuħ jew tiftix fuq il - midja ta’ informazzjoni negattiva jew billi jiġi kkummissjonat rapport investigattiv lil partijiet terzi. Eżempji tat - tip ta’ informazzjoni li s - CASPs jistgħu jfittxu jinkludu:
| i. ii. iii. iv. v. vi. | in- natura tan - negozju jew tal - impjieg tal - klijent; is- sors tal - ġid tal - klijent u s - sors tal - fondi tal - klijent li jiġu skambjati għall - kriptoassi biex jiġi raġonevolment issodisfat li dawn ikunu leġittimi; is- sors tal - kriptoassi tal - klijent li qed jiġu skambjati għal muniti uffiċjali, inkluż meta u fejn inxtraw; l- iskop tat - tranżazzjoni, inkluż, fejn xieraq, id - destinazzjoni tat - trasferiment tal- kriptoassi; informazzjoni dwar kwalunkwe assoċjazzjoni li l - klijent jista’ jkollu ma’ ġuriżdizzjonijiet oħrajn (sede, faċilitajiet operattivi, fergħat, eċċ.) jew individwi li huma magħrufa li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l - operazzjonijiet tal - klijent; li tintalab jew tinkiseb data dwar it- tranżazzjonijiet tal - kriptoassi tal - klijent u, meta l - klijent ikun CASP, l - istorja ta’ negozjar tiegħu mis - sistema tas-CASP. |
- d) Tinkiseb evidenza dwar is - sors tal - fondi, is - sors tal - ġid jew is - sors tal - kriptoassi fir - rigward ta’ dawk it - tranżazzjonijiet li jippreżentaw riskju ogħla.
- e) Tiżdied il - frekwenza tal - monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet tal - kriptoassi. It - tranżazzjonijiet kollha għandhom jiġu mmonitorjati għal imġiba, xejriet u indikaturi mhux mistennija ta’ attività suspettuża u għandhom jinkludu wkoll il- kunsiderazzjoni tal - partijiet li magħhom qed jinnegozja l -klijent.
- f) Tiġi rieżaminata u, fejn meħtieġ, tiġi aġġornata l - informazzjoni, id - data u d - dokumentazzjoni miżmuma b’mod aktar frekwenti u, b’mod partikolari, fil - każ ta’ event skattatur.
- g) Fil- każ li r - riskju assoċjat mar - relazzjoni jkun partikolarment għoli, is -CASPs għandhom jirrieżaminaw ir - relazzjoni ta’ negozju kull sena.
- h) Jiġu vvalutati b’mod aktar frekwenti jew aktar fil- fond l - attivitajiet imwettqa permezz tal - kontijiet tal - kriptoassi tal -klijent bl- użu ta’ għodod ta’ investigazzjoni tal - kriptoassi.
- i) Fil- każ li klijent ikollu diversi indirizzi tar - reġistru distribwit jew networks ta’ blockchain, is - CASP għandu jorbot dawn l - indirizzi mal -klijent.
- j) Tiżdied il - frekwenza tal - monitoraġġ tal - indirizzi IP tal - klijent u jiġu ċċekkjati skont l - indirizzi IP użati minn klijenti oħra.
- k) Tinkiseb konferma dwar il - livell ta’ għarfien u fehim tal -klijent tal- kriptoassi biex jikseb livell ta’ assigurazzjoni li l - klijent ma jintużax bħala kurrier ta' flus miksuba illegalment.
- l) Fejn xejra ta’ rtirar jew tifdija ma tkunx konformi mal - profil tal -klijent jew man- natura u l - iskop tar - relazzjoni ta’ negozju, is - CASP għandu jżid miżuri addizzjonali biex jiżgura li l -irtirar jew it-tifdija jintalab mill- klijent u mhux minn parti terza. Dan huwa partikolarment rilevanti għal klijenti b’riskju għoli jew anzjani jew dawk aktar vulnerabbli.
- m) Tinkiseb konferma li indirizz awtoospitat, li minnu jiġi riċevut trasferiment, huwa taħt il - kontroll jew is -sjieda tal-klijent tas-CASP.
21.13. Is - CASPs għandhom japplikaw għodod avvanzati ta’ analitika għat - tranżazzjonijiet fuq bażi sensittiva għar - riskju, bħala suppliment għall - għodod standard ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet. Is - CASPs għandhom japplikaw għodod avvanzati ta’ analitika biex jivvalutaw ir - riskju assoċjat mat - tranżazzjonijiet, b’mod partikolari tranżazzjonijiet li jinvolvu indirizzi awtoospitati, peress li dan jippermetti li s -CASP jintraċċa l - istorja tat - tranżazzjonijiet u jidentifika rabtiet potenzjali ma’ attivitajiet, persuni jew entitajiet kriminali. 21.14. Fir- rigward ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi b’riskju għoli li mhumiex fl - UE, is - CASPs għandhom isegwu l - gwida fit - Titolu I ta’ dawn il -Linji Gwida. Diliġenza dovuta tal - klijenti ssimplifikata 21.15. F’sitwazzjonijiet ta’ riskju baxx, li ġew ikklassifikati bħala tali bħala riżultat tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ ML/TF imwettqa mis -CASP f’konformità ma’ dawn il -Linji Gwida, u sa fejn ikun permess mil - leġiżlazzjoni nazzjonali, is - CASPs jistgħu japplikaw miżuri ta’ SDD, li jistgħu jinkludu: - a) li l klijenti li jkunu soġġetti għal liċenzjar statutorju u reġim regolatorju, tiġi verifikata l - identità bbażata fuq evidenza li l - klijent ikun soġġett għal dak ir - reġim, pereżempju permezz ta’ tiftix tar - reġistru pubbliku tar - regolatur.
- b) tiġi aġġornata l - informazzjoni, id - data jew id- dokumentazzjoni ta’ CDD biss jekk ikun hemm events skattaturi speċifiċi, bħall - klijent li jitlob prodott ta’ riskju ġdid jew ogħla, jew bidliet fl - imġiba tal -klijent jew fil- profil tat - tranżazzjoni li jissuġġerixxu li r - riskju assoċjat mar - relazzjoni ma għadux baxx, filwaqt li jiġu osservati kwalunkwe perjodi ta’ aġġornament stabbiliti fil- leġiżlazzjoni nazzjonali;
- c) titnaqqas il - frekwenza tal - monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet għall - prodotti li jinvolvu tranżazzjonijiet rikorrenti.
Iż - żamma tar - rekords 21.16. Fil- każ li l - informazzjoni dwar il - klijenti u t - tranżazzjonijiet tkun disponibbli fuq ir - reġistru distribwit, is - CASPs ma għandhomx ipoġġu dipendenza fuq ir - reġistru distribwit għaż - żamma tar - rekords iżda għandhom jieħdu passi biex jissodisfaw ir - responsabbiltajiet tagħhom taż - żamma tar - rekords f’konformità mad - Direttiva (UE) 2015/849 u l - Linji Gwida 5.1 u 5.2 hawn fuq. Is - CASPs għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettulhom jassoċjaw l - indirizz tar - reġistru distribwit ma’ kjavi privata kkontrollata minn persuna fiżika jew ġuridika.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|