+103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan …
|
103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan …
EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: - a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li nħatru bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont ir- Regolament (UE) 2017/2402, inklużi partijiet terzi li jivverifikaw il -konformità STS ukoll f’konformità mal-Artikolu 2 (5), l- aħħar subparagrafu, tar -Regolament 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li ma jikkwalifikawx bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament Nru 1093/2010 huma mħeġġa japplikaw dawn il -linji gwida.” - b. Il-paragrafu 22 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill -kundizzjonijiet li ġejjin: - a. l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill -kategoriji ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punti (a)(i) sa (a)(iii) jew (a)(v) sa (a)(vii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
- b. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għall -istess tip ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
- c. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għandhom karatteristiċi simili fir - rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill - fatturi ta’ omoġeneità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament.”
- c. Il-paragrafu 26 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Bidliet f’dawn l- istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu bħala materjali meta jirreferu għal xi wieħed mit - tipi li ġejjin ta’ bidliet fl - istandards ta’ sottoskrizzjoni:
- a. bidliet li jaffettwaw ir- rekwiżit tas -similarità tal-istandards tas-sottoskrizzjoni speċifikati aktar fl -Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
- b. bidliet li materjalment jaffettwaw ir-riskju ta’ kreditu globali jew il-prestazzjoni medja mistennija tal- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċi sostanzjalment differenti għall -valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal -iskoperturi sottostanti.”
- d. Il-paragrafu 39 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil - punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu għandhom jinftiehmu bħala definizzjonijiet ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.” - e. Il-paragrafu 44 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri b’indeboliment fil-kreditu jew il- garanti ta’ skoperturi jenħtieġ li ma jitqisux li għandhom “valutazzjoni tal- kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux pagamenti miftiehma kuntrattwalment ikun ogħla b’mod sinifikanti minn dak għal skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn b’indeboliment fil - kreditu miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: - a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti u l-iskoperturi komparabbli huma simili;
- b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew il -mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja ta t- tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il -prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi komparabbli.”
- f. Il-paragrafu 45 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin: - a. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti jew improduttivi, jew ikklassifikati għal effett simili skont il - prinċipji ta’ kontabbiltà rilevanti;
- b. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi għal debituri jew garanti li l - kwalità tal- kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal -kreditu jew livelli limiti tal-kwalità tal- kreditu oħra, hija agħar b’mod sinifikanti mill -kwalità tal-kreditu ta’ debituri jew garanti ta’ skoperturi komparabbli li l- oriġinatur joriġina matul l -operazzjonijiet ta’ self standard u l- istrateġija tar -riskju tal-kreditu tiegħu.”
- g. Il-paragrafu 46 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar- Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u ġbid ulterjuri f’termini ta’ skopertura waħda jew ristrutturar tal - istess skopertura għal ċertu mutwatarju ma għandhomx jitqiesu li jiskattaw rekwiżit ġdid ta’ ‘mill - inqas pagament wieħed’ fir -rigward ta’ tali skopertura.” - h. Jiddaħħal paragrafu 46a addizzjonali wara l-paragrafu 46:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- trasferiment maħsub ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għall - SSPE għandu jiskatta rekwiżit ġdid ta’ “tal- inqas pagament wieħed” fir -rigward ta’ tali skopertura.” - i. Il-paragrafu 47 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir- rekwiżit li skontu ‘mill- inqas pagament wieħed’ kellu jsir fil - ħin tat - trasferiment għandu jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.” - j. Jiżdied paragrafu 50a addizzjonali wara l - paragrafu 50:
“Rekwiżiti ta’ ritenzjoni tar -riskju Għall -finijiet tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.” - k. Il-paragrafu 57 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall -finijiet tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala bażi ta’ referenza adegwata għal pagamenti tal - imgħax imsemmi jenħtieġ li jinkludu dan kollu li ġej:
- a. ir- rati interbankarji inklużi Libor, Euribor u parametri referenzjarji rikonoxxuti oħra;
- b. rati tal- imgħax ta’ referenza stabbiliti oħrajn bħal €STR, SONIA, SOFR u TONA;
- c. rati stabbiliti mill-awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal-fondi u r-rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
- d. rati settorjali li jirriflettu l-kost tal- fondi ta’ mutwanti, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal -finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal-punt li tkun ipprovduta bi żżejjed data lill-investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar- rati settorjali ma’ rati oħra tas - suq.
- l. Jiddaħħal paragrafu 66a addizzjonali wara l-paragrafu 66:
“Għall -fini tal-Artikolu 21(5) tar- Regolament (UE) 2017/2402, ladarba tiġi applikata r - riverżjoni tal - amortizzament għal pagament sekwenzjali, jenħtieġ li ma tkunx permessa riverżjoni ulterjuri lura għal amortizzament mhux sekwenzjali f’konformità mad -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.” - m. Il-paragrafu 76 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:
Għall -finijiet tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu sodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: - a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti huma simili;
- b. bħala riżultat tax -xebh imsemmi fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni, jew fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi titolizzati.”
- n. Jiżdied paragrafu 78a addizzjonali3 wara l- paragrafu 78:
“Għal titolizzazzjonijiet li joħorġu serje multipli ta’ titoli, inklużi fiduċjarji prinċipali, għandha tiġi kkompletata verifika ġdida qabel il - ħruġ fil - każijiet fejn tkun għaddiet sena mill - verifika preċedenti.” - o. il-paragrafu 79 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:
Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti xierqa u indipendenti għandha titqies bħala parti li tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: - a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
- b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
- i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;
- ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
- iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.”
- p. il-paragrafu 80 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika għandha titwettaq bl - applikazzjoni ta’ metodu statistiku xieraq u abbażi ta’ kampjun aleatorju ta’ skoperturi sottostanti estratti mill-iskoperturi sottostanti fit- titolizzazzjoni, filwaqt li d - daqs tal -kamp jun għandu jiġi ddeterminat sabiex jiġi żgurat li l - probabbiltà (livell ta’ fiduċja) li tiġi rrifjutata b’mod korrett l - ipoteżi li ma hemm l- ebda eċċezzjoni għar - rekwiżit fl -aggregazzjoni kollha tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni tkun mill- inqas 95 % (jiġifieri l -probabbiltà li dak l- hekk imsejjaħ żball tat -tip II li jiġi aċċettat b’mod falz stħarriġ sħiħ mingħajr eċċezzjonijiet għandha tkun ta’ 5 %). 80a. Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. Għal titolizzazzjonijiet fejn l - aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tikkonsisti f’inqas minn 50 skopertura sottostanti, il- kampjun għandu jikkonsisti mill -iskoperturi sottostanti kollha. 80b. Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil dwarhom.” - q. Il-paragrafu 83 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet huwa żviluppat minn fornituri terzi, l - oriġinatur għandu jibqa’ responsabbli biex jagħmel l - informazzjoni disponibbli għall -investituri potenzjali.” - r. il-paragrafu 84 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej: “Dan ir- rekwiżit għandu jkun applikabbli biss jekk l- informazzjoni dwar iċ - ċertifikati tar -rendiment fl- użu tal - enerġija msemmija fl -ewwel subparagrafu tkun disponibbli, jew fejn l-informazzjoni dwar l- impatti negattivi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà tal -assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti msemmija fit- tieni subparagrafu tkun disponibbli għall - oriġinatur u l - oriġinatur jiddeċiedi li japplika dak it -tieni subparagrafu, u fejn l- informazzjoni rispettiva tkun inkluża fil - bażi tad- data interna jew fis-sistemi tal-IT tie għu. Fejn kwalunkwe informazzjoni bħal din tkun disponibbli biss għal proporzjon tal -iskoperturi sottostanti, ir- rekwiżit għandu japplika biss fir - rigward tal-proporzjon tal- iskoperturi sottostanti li għalihom hemm informazzjoni disponibbli.”
- s. Jiżdied paragrafu 85 addizzjonali:
“Konformità mar- rekwiżiti ta’ divulgazzjoni skont l -Artikolu 7 Għall -finijiet tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.”
3 Dan huwa segwitu għall -ispjegazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni ta’ feedback fil- paġna 77 tal-linji gwida dwar titolizzazzjoni mhux ABCP, li skontha tali kjarifika jenħtieġ li tkun ġiet ipprovduta fit -test legali tal- linji gwida iżda tħalliet barra fit-test finali tal-linji gwida.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|