+Artikolu 28 Parti terza li tivverifika l-konformità STS
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.

Artikolu 28 Parti terza li tivverifika l-konformità STS

Parti terza li tivverifika l-konformità STS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.

►M1  Parti terza kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) għandha tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonijiet mal-kriterji STS previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26, jew l-Artikoli 26a sa 26e. ◄ L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-parti terza timponi biss imposti mhux diskriminatorji u bbażati fuq l-ispejjeż fuq l-oriġinaturi, l-isponsors jew SSPEs involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta mingħajr differenzi bejn tariffi skont, jew marbuta ma’, ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha;

(b) 

il-parti terza la hija entità regolata kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u lanqas ma hija aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u t-twettiq tal-attivitajiet l-oħra tal-parti terza ma jikkompromettux l-indipendenza jew l-integrità tal-valutazzjoni tagħha;

(c) 

il-parti terza ma għandha tipprovdi ebda forma ta’ servizz ta’ konsulenza, awditu jew servizz ekwivalenti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta;

(d) 

il-membri tal-korp maniġerjali ta’ parti terza jkollhom il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali li jkunu xierqa għall-kompitu tal-parti terza u jkunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ integrità;

(e) 

il-korp maniġerjali tal-parti terza jinkludi mill-inqas terz, iżda mhux inqas minn żewġ diretturi indipendenti;

(f) 

il-parti terza tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-verifika ta’ konformità STS ma tkunx affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi l-parti terza, l-azzjonisti jew membri tagħha, il-maniġers, l-impjegati jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-parti terza. Għal dak l-għan, il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza, u tiddokumenta sistema effettiva ta’ kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Kunflitti ta’ interess potenzjali jew eżistenti li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu eliminati jew mitigati u żvelati mingħajr dewmien. Il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza u tiddokumenta proċeduri u proċessi adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni tal-konformità STS. Il-parti terza għandha timmonitorja perjodikament u teżamina dawk il-politiki u proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom u sabiex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati; u

(g) 

il-parti terza tista’ turi li għandha salvagwardji operazzjonali u proċessi interni xierqa li jippermettulha tevalwa l-konformità STS.

L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni meta tqis li l-parti terza ma tkunx materjalment konformi mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 28 2.
Parti terza awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni prevista f’dak il-paragrafu, jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha.
Artikolu 28 3.
L-awtorità kompetenti tista’ timponi miżati bbażati fuq l-ispejjeż lill-parti terza msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tkopri l-infiq meħtieġ relatat mal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ sussegwenti tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 28 4.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ parti terza f’konformità mal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.