+9. Qafas ta’ kontroll intern
---+63. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva lejn …
---+64. Il- qafas ta’ kontroll intern tal -emittenti tal- ARTs kkonċernati għandu jiġi adattat fuq bażi …
---+65. Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r - …
---+66. Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ emittent tal - ARTs għandu jiżgura: a. operazzjonijiet …

9. Qafas ta’ kontroll intern

9. Qafas ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
63. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva lejn …

L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva lejn il-kontroll tar-riskju u l- konformità fl - emittent u qafas robust u komprensiv ta’ kontroll intern. Taħt dan il - qafas, il - linji operatorji tal -emittenti tal-ARTs għandhom ikunu responsabbli mill - ġestjoni tar - riskji li jiffaċċjaw fit - twettiq tal - attivitajiet tagħhom u għandu jkollhom kontrolli stabbiliti bil- għan li tiġi żgurata konformità mar - rekwiżiti interni u esterni. Bħala parti minn dan il- qafas, l -emittenti tal- ARTs għandu jkollhom funzjoni ta’ konformità interna permanenti u effettiva b’awtorità xierqa u suffiċjenti, statura u aċċess għall - korp maniġerjali sabiex jaqdi l - missjoni tiegħu, u qafas ta’ ġestjoni tar - riskju. Fejn ikun proporzjonat filwaqt li jitqi esu l-kriterji elenkati fit-Titolu I, l -emittenti tal- ARTs għandu jkollhom ukoll funzjoni interna tal - ġestjoni tar - riskji u tal- awditjar. Fi kwalunkwe każ, l -emittent tal- ARTs għandu jkollu fis - seħħ politiki u proċeduri xierqa ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ awditjar.

64. Il- qafas ta’ kontroll intern tal -emittenti tal- ARTs kkonċernati għandu jiġi adattat fuq bażi …

Il- qafas ta’ kontroll intern tal -emittenti tal- ARTs kkonċernati għandu jiġi adattat fuq bażi individwali għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħhom, għall - kumplessità tagħhom u għar -riskji assoċjati, filwaqt li jitqies il -kuntest tal- grupp, fejn applikabbli. F il- kuntest ta’ grupp, l -emittent tal- ARTs kkonċernat għandu jorganizza l -iskambju tal- informazzjoni meħtieġa b’mod li jiġi żgurat li kull korp maniġerjali, linja operatorja u unità interna, inkluż kull funzjoni ta’ kontroll intern, tkun kapaċi twettaq dmirijietha.

65. Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r - …

Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r - responsabbiltajiet u l - kompiti tal - korp maniġerjali, u l - attivitajiet tal - linji operatorji u tal - unitajiet interni kollha, inkluż il- funzjonijiet ta’ kontroll intern, l - użu tal -f ornituri terzi u l - kanali ta’ distribuzzjoni.

66. Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ emittent tal - ARTs għandu jiżgura: a. operazzjonijiet …

Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ emittent tal - ARTs għandu jiżgura:

  • a. operazzjonijiet effettivi u effiċjenti inkluż fir - rigward tal - ħruġ ta’ ARTs;
  • b. identifikazzjoni, kejl u mitigazzjoni adegwati tar - riskji inkluż ir - riskju operazzjonali u r - riskju relatat mal- ICT f’konformità mar - Regolament (UE) 2022/2554;
  • c. l- affidabbiltà ta’ informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja rrapportata kemm internament kif ukoll esternament;
  • d. proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi; u
  • e. konformità mal - liġijiet, mar - regolamenti, mar - rekwiżiti superviżorji u mal - politiki interni, il - proċessi, ir - regoli u d - deċiżjonijiet tal -emittent tal-ARTs.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.