+4.3. It- trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni bit - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 sa 8, 10 sa 12, 14 sa 17 u 19 sa 21 tar- Regolament (UE) 2023/1113
---+21. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - …
---+22. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu …
---+23. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - …
---+24. Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025 …
---+25. Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113 …
---+26. Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP …
---+27. Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew …
---+28. Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li: a) …
---+29. L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data …
---+30. Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur …
---+31. Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod …

4.3. It- trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni bit - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 sa 8, 10 sa 12, 14 sa 17 u 19 sa 21 tar- Regolament (UE) 2023/1113

4.3.1. Sistemi ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u ta’ saldu

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
21. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - …

Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jużaw infrastrutturi u servizzi għat - trażmissjoni u r - riċevuta ta’ informazzjoni li teknikament ikunu kapaċi jittrażmettu u jirċievu bis - sħiħ l - informazzjoni mingħajr lakuni jew żbalji fil - preżentazzjoni tal -in formazzjoni kif speċifikat f’dawn il-Linji Gwida.

22. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu …

Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu jistgħu jżommu l - integrità tad - data , b’mod partikolari fejn l - informazzjoni trid tiġi kkonvertita f’format differenti qabel ma tiġi trażmessa jew wara li tiġi riċevuta. Il - PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP li ma jistgħux jiżguraw li s - sistemi tagħhom ikunu jistgħu jittrażmettu, jirċievu jew jikkonvertu l - informazzjoni mingħajr żball jew ommissjoni jenħtieġ li jinbidlu f’sistema li tkun kapaċi tagħmel dan.

23. Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - …

Il- PSP, l - IPSP, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jiżguraw li s - sistemi li jużaw għat - trasferiment tal - informazzjoni jkunu siguri. Is - CASP jenħtieġ li japplikaw ukoll il - gwida pprovduta lill - PSP mil -Linji Gwida tal-EBA dwar l- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas -s igurtà6 u l-Linji Gwida tal-EBA dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni7 .

Trasferiment ta’ kriptoassi


6 EBA/GL/2019/04.

7 EBA/GL/2019/02.

24. Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025 …

Is- CASP u l - ICASP jistgħu, b’deroga mill - paragrafu 21 u sal -31 ta’ Lulju 2025, eċċezzjonalment jużaw infrastrutturi jew servizzi fejn il - limitazzjonijiet tekniċi fir -rigward tal- kompletezza tad - data jeħtieġ li jiġu kkumpensati minn passi tekniċi addizzjonali jew soluzzjonijiet biex jikkonformaw bis - sħiħ ma’ dawn il -Linji Gwida. Dawk il- proċeduri addizzjonali jenħtieġ li tal - anqas jinkludu mekkaniżmi alternattivi għall - ġbir, iż - żamma u t - tqegħid għad - dispożizzjoni tas - CASP jew tal - ICASP riċeventi fil -katina tat- trasferiment tal - informazzjoni li ma tistax tiġi trażmessa minħabba limitazzjonijiet tekniċi.

25. Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113 …

Meta jittrażmettu informazzjoni f’konformità mal - Artikolu 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113, is- CASP u l - ICASP tal - oriġinatur jenħtieġ li:

  • a) jittrażmettu l - informazzjoni bħala parti minn, jew inkorporata fit - trasferiment fuq il-blockchain jew fuq pjattaforma oħra tat - teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT), jew b’mod indipendenti permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni differenti – inkluż permezz ta’ komunikazzjoni diretta bejn is - CASP, l - interfaċċi għall - ipprogrammar tal - applikazzjonijiet (API), soluzzjoni tal - kodiċi li taħdem fuq il - blockchain u soluzzjonijiet oħra ta’ partijiet terzi; u
  • b) jittrażmettu l - informazzjoni meħtieġa immedjatament u b’mod sigur u mhux aktar tard mill - bidu tat - tranżazzjoni blockchain.
26. Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP …

Meta jagħżlu s - sistema/i ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu, is - CASP u l - ICASP jenħtieġ li jieħdu miżuri proporzjonati u sensittivi għar - riskju biex jivvalutaw:

  • a) il- kapaċità tas - sistema biex tikkomunika ma’ sistemi ewlenin interni oħra u mas - sistemi ta’ messaġġi jew ta’ pagament u ta’ saldu tal - kontroparti ta’ trasferiment, u l - kompatibbiltà tagħha ma’ networks oħra tal - blockchain;
  • b) l- aċċessibbiltà tal - protokoll (jiġifieri d - diversità u l - preċiżjoni tal - kontropartijiet li jistgħu jintlaħqu bl - użu tal - protokoll – soġġett għall - valutazzjoni tad - diliġenza dovuta proprja tas - CASP – u r- rata ta’ trasferimenti li jintbagħtu b’suċċess lill - benefiċjarju maħsub jew riċevuti mill - oriġinatur);
  • c) kif is - sistema tippermetti lis - CASP jew l - ICASP jidentifika trasferiment b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta;
  • d) il- kapaċitajiet tal - integrazzjoni tad - data , is- sigurtà tad - data u l- affidabbiltà tad - data tas- sistema.

4.3.2. Intermedjazzjoni multipla u trasferimenti transfruntiera

Trasferiment ta’ fondi

27. Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew …

Il- PSP u l - IPSP li jippermettu l- eżekuzzjoni ta’ trasferimenti b’żewġ IPSP jew PSP jew aktar fuq bażi transfruntiera jenħtieġ li jiddeskrivu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom kif l - informazzjoni dwar il- pagatur u l - prenditur tiġi trażmessa tul il -katina tat- trasferiment lill - PSP u lill - IPSP li jmiss fil -katina tat- trasferiment.

28. Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li: a) …

Għal trasferimenti li ma tqiegħdux f’lottijiet, il - PSP jew l - IPSP jenħtieġ li:

  • a) jikkunsidra l-katina tat- trasferiment (minn tarf sa tarf) bħala waħda li tippreserva l - fluss ta’ informazzjoni dwar il - pagatur u l - prenditur oriġinali;
  • b) meta t - trasferiment isir minn kanal transfruntier għal kanal domestiku, jagħżel is - sistema domestika li timmassimizza t - trasparenza tan - natura transfruntiera tat - trasferiment u jiżgura li l - informazzjoni dwar il - partijiet trażmessa lill - PSP li jmiss fil - katina tal- pagamenti tkun tista’ tinftiehem faċilment mill - PSP intermedjarji u/jew benefiċjarji kollha;
  • c) f’każijiet ta’ dubju, jassumi li t - trasferiment huwa trasferiment transfruntier, li jirriżulta fl - użu ta’ kanali ta’ pagament xierqa li jistgħu jiffaċilitaw it - trażmissjoni meħtieġa tal - informazzjoni.
29. L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data …

L- IPSP huma responsabbli biss biex jgħaddu mill - messaġġ tal - pagament bl - użu tad - data li jkunu ġew ipprovduti mill - PSP/IPSP preċedenti fil - katina ta’ trasferiment, soġġett għall - verifika speċifika meħtieġa mill - Artikoli 10 sa 13 tar - Regolament (UE) 2023/1113.

30. Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur …

Il- PSP u l - IPSP jenħtieġ li ma jipproċessawx trasferiment mill - pagatur lill - prenditur bħala moviment ta’ likwidità jew saldu fil - kont proprju tal - PSP u tal - IPSP.

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

31. Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod …

Meta l - intermedjarju ma jirċevix l - informazzjoni meħtieġa relatata ma’ trasferiment, b’mod partikolari fil - każ ta’ trasferimenti f’lottijiet, jenħtieġ li l - IPSP jew l - ICASP jikseb l - informazzjoni nieqsa permezz ta’ mekkaniżmu ta’ kanali alternattivi, inklużi metodi bħal APIs u soluzzjonijiet ta’ partijiet terzi, biex jikkonforma mar - rekwiżiti stabbiliti fir - Regolament (UE) 2023/1113.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.