+4.1 Mudelli għall - emittenti ta’ ARTs u EMTs
---+10. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità …
---+11. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- riżerva ta’ assi u mar - rekwiżiti tal …
---+12. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti applikabbli għall - investiment …
---+13. Għall - finijiet li jiġi żgurat li l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jipprovdu lill - …
---+14. L- informazzjoni meħtieġa għall -valutazzjoni tas-sinifikanza tinkludi l-informazzjoni …
---+15. Wara n-notifika tad- deċiżjoni finali tal - EBA dwar il -valutazzjoni tas- sinifikanza, u fejn …

4.1 Mudelli għall - emittenti ta’ ARTs u EMTs

Informazzjoni għall - monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti ta’ fondi proprji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
10. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità …

Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal - Artikoli 35 u 58 tar- Regolament (UE) 2023/1114, l - emittenti ta’ ARTs u EMTs soġġetti għar - rekwiżiti ta’ fondi proprji għandhom jirrapportaw lill -awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 09.01 u S 09.02 tal - Anness I, ikkompletata f’konformità mal - istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Informazzjoni għall - monitoraġġ tal -konformità mar- riżerva ta’ assi u mar - rekwiżiti tal -likwidità kif ukoll mar- rekwiżiti applikabbli għall -investiment tal- fondi riċevuti bi skambju tal - EMTs

11. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- riżerva ta’ assi u mar - rekwiżiti tal …

Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- riżerva ta’ assi u mar - rekwiżiti tal -likwidità f’konformità mal - Artikoli 36, 37, 38 u 58 tar - Regolament (UE) 2023/1114:

  • a. l- emittenti ta’ ARTs, istituzzjonijiet tal - flus elettroniċi li joħorġu EMTs sinifikanti u istituzzjonijiet tal- flus elettroniċi li joħorġu EMTs mhux sinifikanti li huma meħtieġa mill- awtorità kompetenti li jkollhom riżerva ta’ assi għandhom jirrapportaw lill - awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar il-valur tas- suq, jew, fejn applikabbli, dwar l-ammont tal- assi, l -influssi u l- flussi ta’ ħruġ għal kull token kif speċifikat aktar fil- mudell S 03.03 tal - Anness I, ikkompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II;
  • b. barra minn hekk, l - emittenti ta’ EMTs denominati f’munita li hija munita uffiċjali ta’ Stat Membru soġġetti għar - rekwiżit li tinżamm riżerva ta’ assi skont l - Artikolu 58(1) u (2) tar - Regolament (UE) 2023/1114 għandhom jirrapportaw lill -awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 03.01 u S 03.02 tal -Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta l- Kummissjoni (UE) 2024/29023 , ikkompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl- Anness II ta’ dak ir - Regolament.

3 Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2024/2902 tal - 20 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall -applikazzjoni tar- Regolament (UE) 2023/1114 tal - Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir- rigward tar -rapportar relatat mat- tokens irreferenzjati ma’ assi u mat -tokens tal- flus elettroniċi denominati f’munita li mhijiex munita uffiċjali ta’ Stat Membru (ĠU L, 2024/2902, 28.11.2024).

12. Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti applikabbli għall - investiment …

Għall -finijiet tal- monitoraġġ tal -konformità mar- rekwiżiti applikabbli għall - investiment ta’ fondi riċevuti bi skambju għall - EMTs f’konformità mal -Artikolu 54 tar- Regolament (UE) 2023/1114, l -emittenti tal- EMTs mhux soġġetti għar - rekwiżit li jżommu riżerva ta’ assi għandhom jirrapportaw lill -awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fil- mudell S 03.03 tal- Anness I, ikkompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. Informazzjoni meħtieġa għall -valutazzjoni tas-sinifikanza

13. Għall - finijiet li jiġi żgurat li l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jipprovdu lill - …

Għall - finijiet li jiġi żgurat li l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jipprovdu lill - EBA d - data rilevanti għall -valutazzjoni tal- kriterji ta’ sinifikanza speċifikati fl -Artikoli 43 u 56 tar-Regolament (UE) 2023/1114:

  • a. L- emittenti ta’ ARTs u EMTs għandhom jirrapportaw lill -awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 10.01, S 10.02 u S 10.03 tal - Anness I, ikkompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
  • b. Barra minn hekk, l - emittenti ta’ EMTs denominati f’munita li hija munita uffiċjali ta’ Stat Membru għandhom jirrapportaw lill -awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 01.00, S 02.00, S 04.01, S 04.02, S 04.03 u S 04.04 tal - Anness I tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2024/2902, ikkompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl- Anness II ta’ dak ir - Regolament.
14. L- informazzjoni meħtieġa għall -valutazzjoni tas-sinifikanza tinkludi l-informazzjoni …

L- informazzjoni meħtieġa għall -valutazzjoni tas-sinifikanza tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil- mudelli S 03.01 u S 03.02 tal -Anness I tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2024/2902 u S 03.03 tal - Anness I ta’ dawn il - Linji Gwida, ik kompletata f’konformità mal -istruzzjonijiet stabbiliti fl- Anness II ta’ dak ir - Regolament u fl- Anness II ta’ dawn il -Linji Gwida.

Informazzjoni meħtieġa wara l - klassifikazzjoni ta’ ART jew EMT bħala sinifikanti

15. Wara n-notifika tad- deċiżjoni finali tal - EBA dwar il -valutazzjoni tas- sinifikanza, u fejn …

Wara n-notifika tad- deċiżjoni finali tal - EBA dwar il -valutazzjoni tas- sinifikanza, u fejn ir - responsabbiltajiet superviżorji rigward l - emittent(i) tal -ART jew tal- EMT jiġu ttrasferiti lill - EBA, il -mudelli u l-istruzzjonijiet imsemmija fil- paragrafi 10, 11, 12 u 13 se jintużaw mill - EBA biex tiġbor id - data meħtieġa biex tissorvelja l -konformità mal- fondi proprji, ir - riżerva ta’ assi u r - rekwiżiti tal -likwidità u biex twettaq ir-rivalutazzjoni tas-sinifikanza annwali skont l- Artikoli 43(8) u 56(8) tar - Regolament (UE) 2023/1114.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.