+5.7 Monitoraġġ
---+78. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi …
---+79. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw …
---+80. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u …
---+81. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG …
---+82. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi …
---+83. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi …

5.7 Monitoraġġ

5.7 Monitoraġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
78. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi …

L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi ta’ rapportar intern li jwasslu informazzjoni xierqa u data aggregata lill - maniġment superjuri u lill- korp ta’ ġestjoni, pereżempju billi jintegraw ir - riskji tal - ESG f’rapporti tar - riskju regolari jew fil - forma ta’ dashboards li jkun fihom metriċi li jappoġġjaw sorveljanza effettiva.

79. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw …

L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw li jżommu perspettiva mifruxa mal - istituzzjoni kollha, li tkopri b’mod adegwat in - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħhom, kif ukoll, għall - portafolli l- aktar sinifikanti ddeterminati abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità, perspettiva tal - portafoll tal - vulnerabbiltà tagħhom għar - riskji tal - ESG. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw monitoraġġ granulari u frekwenti tal - kontropartijiet, tal - iskoperturi u tal - portafolli vvalutati bħala materjalment esposti għar - riskji tal - ESG, inkluż billi jiġu inkorporati l - kunsiderazzjonijiet tar - riskji tal - ESG fil - proċess ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu tal - kontropartijiet fil - livell tal - konsumatur u f’rieżamijiet tal - kreditu regolari għal kontropartijiet medji u kbar u/jew billi jżidu l - frekwenza u l - granularità ta’ dawn ir - rieżamijiet minħabba r - riskji tal -ESG.

80. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u għandu jkollhom fis - seħħ proċeduri biex jeskalaw it - twissijiet, id - devjazzjonijiet u l - ksur u biex jieħdu azzjonijiet korrettivi u/jew ta’ mitigazzjoni f’każ li jinqabżu l - limiti, inkluż permezz ta’ adattamenti għall - istrateġija tan - negozju u għall - għodod ta’ ġestjoni tar - riskji.

81. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG …

L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG li jħarsu lura u ’l quddiem. L - istituzzjonijiet il - kbar għandhom jimmonitorjaw mill - inqas l - indikaturi li ġejjin:

  • a) Ammont u sehem ta’ skoperturi għal relazzjonijiet ta’ negozju, u introjtu (imgħax, tariffa u kummissjoni) li jirriżultaw minnhom, ma’ kontropartijiet li joperaw f’setturi li jikkontribwixxu ħafna għat - tibdil fil - klima f’konformità mal - Premessa 6 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818, jiġifieri s - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u t - Taqsima L tal - Anness I għar - Regolament (KE) Nru 1893/2006.

L- istituzzjonijiet għandhom jużaw differenzjazzjoni settorjali li tkun granulari kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, il - grad ta’ granularità għandu jippermetti lill - istituzzjonijiet jimmonitorjaw l - ammont u s - sehem tal - iskoperturi għal relazzjonijiet ma’ kontropartijiet speċifiċi u għall - introjtu li jirriżulta minnhom, bħal entitajiet fis - settur tal - fjuwils fossili u/jew kumpaniji esklużi mill - parametri referenzjarji tal - UE allinjati mal - Ftehim ta’ Pariġi17 .

  • b) Metriċi tal - allinjament tal - portafoll li juru f’livell settorjali sa fejn l - iskoperturi u l - kapaċitajiet ta’ produzzjoni operati mill - klijenti huma, jew huma previsti li jkunu, allinjati (ħażin) ma’ perkors konsistenti mal - objettiv legali u regolatorju applikabbli dwar il- klima, bħall - ilħuq ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti żero sal - 2050, abbażi ta’ metriċi ta’ allinjament rilevanti għas - setturi magħżula u bl - użu tal - metodi deskritti fit - Taqsima 4.2.3 b).

L- istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw dawn l - indikaturi b’informazzjoni relatata mal - valutazzjoni tal - impatti potenzjali tar - riski finanzjarji li jirriżultaw minn allinjamenti ħżiena.

  • c) Emissjonijiet ta’ gassijiet serra ffinanzjati b’diżaggregazzjoni skont l - emissjonijiet tal - ambiti 1, 2 u 3 f’valur assolut u, fejn rilevanti, intensità relattiva għal unitajiet ta’ produzzjoni jew dħul, maqsuma skont is - setturi, bl - użu ta’ differenzjazzjoni settorjali li tkun granulari kemm jista’ jkun u mill - inqas għal setturi magħżula ddeterminati abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità.

L- istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw dawn il - metriċi b’informazzjoni u kriterji kwalitattivi jew kwantitattivi li jappoġġjaw l - interpretazzjoni tal - evoluzzjoni tagħhom maż - żmien, inkluż pereżempju, żieda temporanja minħabba l - forniment ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni lil kontropartijiet intensi fil - gassijiet serra, u l - identifikazzjoni tal - motivaturi sottostanti tal - bidliet fl - emissjonijiet.

Eżempji ta’ metodoloġiji jew bażijiet ta’ data li jistgħu jappoġġjaw lill - istituzzjonijiet meta jikkalkulaw dawn il - metriċi jinkludu l - Istandard Globali tal - Kontabilità u r - Rapportar tal - Gassijiet Serra għall - Industrija Finanzjarja, żviluppat mill - Partnership for Carbon Accounting Financials (is - Sħubija għall - Finanzi Kontabilistiċi tal - Karbonju), u l - Carbon Disclosure Project (il - Proġett ta’ Divulgazzjoni tal - Karbonju).

  • d) Il- livell ta’ progress miksub fl - implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ finanzjament ewlenin determinati mill - istituzzjoni biex tiżgura r - reżiljenza tagħha għar - riskji tal - ESG u t - tħejjija għat - tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, eż. billi timmonitorja l - flussi finanzjarji lejn assi finanzjarji jew kontropartijiet li jikkondividu sett komuni ta’ karatteristiċi rilevanti għall - miri jew l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal -ESG.
  • e) Metriċi għall - involviment tal - klijenti li jipprovdu informazzjoni dwar:
  • i. il- perċentwal ta’ kontropartijiet li għalihom tkun twettqet valutazzjoni tar - riskji tal - ESG, anke fir - rigward tal - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom u, fejn disponibbli, il - pjanijiet ta’ tranżizzjoni u l - konsistenza tagħhom mal - objettivi tal - istituzzjoni, filwaqt li jiġi speċifikat il - kamp ta’ applikazzjoni tas - setturi, il - prodotti u l - linji operazzjonali magħżula koperti minn dawn il - valutazzjonijiet;
  • ii. ir- riżultati u l - eżiti ta’ tali involviment bħall - valutazzjonijiet pożittivi (jew kwalunkwe sottoklassifikazzjoni f’dik il - kategorija) jew negattivi (jew kwalunkwe sottoklassifikazzjoni f’dik il - kategorija) tal - adattabbiltà u r - reżiljenza tal - kontropartijiet għat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, il - progress tal - allinjament mal - miri u l - objettivi tal - istituzzjoni, u l - azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill - istituzzjoni.
  • f) Diżaggregazzjoni ta’ portafolli garantiti minn proprjetà immobbli skont il - livell ta’ effiċjenza enerġetika tal - kollateral.
  • g) Il- proporzjon tal - finanzjament tat - teknoloġiji tal - provvista tal - enerġija b’livell baxx ta’ karbonju fir - rigward tal - finanzjament tat - teknoloġiji tal - provvista tal - enerġija tal - fjuwils fossili.
  • h) Il- proporzjon ta’ attivitajiet ta’ finanzjament ta’ skoperturi ambjentalment sostenibbli li jikkontribwixxu jew jippermettu l - objettiv ambjentali tal - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima msemmi fl - Artikolu 9, il - punt (a) tar - Regolament (UE) 2020/85218 fir -rigward tal - iskoperturi intensi tal - gassijiet serra.
  • i) Livelli ta’ riskju fiżiku li l - istituzzjoni hija esposta għalihom, u l - impatt tagħhom fuq ir - riskji finanzjarji, billi tikkunsidra diversi xenarji u l - perikli kollha rilevanti għall - attività tal - istituzzjoni, issupplimentati b’informazzjoni dwar il - progress miksub fl - implimentazzjoni tal - miżuri ta’ mitigazzjoni tar - riskji.
  • j) Kejl tar - riskju tal - konċentrazzjoni relatat mal - motivaturi tar - riskju fiżiku (eż. il - kejl ta’ skoperturi u/jew kollateral f’żoni ta’ riskju għoli ta’ għargħar, żoni ta’ riskju ta’ stress tal - ilma jew ta’ nirien fil - foresti) u l - motivaturi tar - riskju ta’ tranżizzjoni (eż. skoperturi għal setturi b’riskji ta’ tranżizzjoni elevati), bl - użu ta’ qasma ġeografika granulari suffiċjenti tal - iskoperturi.
  • k) Ammont ta’ telf storiku relatat ma’ riskji tal - ESG u, abbażi ta’ metodi ta’ tipi ta’ xenarji, stima li tħares ’il quddiem (stimi li jħarsu ’l quddiem) ta’ skoperturi f’riskju u telf finanzjarju potenzjali futur relatat mar - riskji tal -ESG.
  • l) Miżura għat - traċċar tar - riskji reputazzjonali relatati mal - ESG kif ir - regolamentazzjoni, il- komunikazzjoni, l - impenji jew il - kontroversji pubbliċi rigward attivitajiet relatati man- negozju attwali u futuri jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l - istituzzjoni, billi jitqiesu l - interazzjonijiet mar - riskju operattiv u r - riskji strateġiċi u tal - mudell tan - negozju, bħat - telf ta’ opportunitajiet ta’ negozju jew sħubijiet strateġiċi.
  • m) Kwalunkwe pretensjoni ta’ litigazzjoni relatata mal - ESG li fiha l - istituzzjoni kienet, hija jew tista’ ssir involuta, abbażi tal - informazzjoni disponibbli.
  • n) L- istatus tal - bini tal - kapaċitajiet relatati mar - riskji tal - ESG, bħall - perċentwal tal - persunal li rċieva taħriġ speċifiku.
  • o) Metriċi relatati ma’ fatturi mhux relatati mal - klima bħal dipendenzi fil - livell tal - portafoll u impatti fuq is - servizzi tal - ekosistemi, jew skoperturi għal kontropartijiet b’dipendenzi materjali jew impatti negattivi fuq il - bijodiversità, filwaqt li titqies kemm l- informazzjoni settorjali kif ukoll il - post ġeografiku.
  • p) Il- progress fil - konfront tal - miri kollha tal - istituzzjoni stabbiliti fir - rigward tar - riskji tal - ESG u tal - objettivi tal - ESG, inkluż bħala parti mill - pjan tal - istituzzjoni kif imsemmi fit - Taqsima 6 jew bħala parti minn impenji oħra ta’ sostenibbiltà magħmula mill - istituzzjoni.

17 F’konformità mal - Artikolu 12(1), il - punti (d) sa (g), u l - Artikolu 12(2) tar - Regolament dwar l - Istandards tal - Parametri Referenzjarji tal -Klima.

18 Ir- Regolament (UE) 2020/852 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tat -18 ta’ Ġunju 2020 dwar l- istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l - investiment sostenibbli, u li jemenda r - Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

82. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi …

L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi fil - paragrafu 81, magħżula abbażi tar - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, u għandhom jieħdu passi biex maż - żmien jespandu l - lista ta’ indikaturi mmonitorjati.

83. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi u l- indikaturi ta’ monitoraġġ tagħhom. Meta d - data meħtieġa għall - komputazzjoni tal - metriċi tkun inizjalment nieqsa, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - passi stabbiliti fil - paragrafi 26, 27 u 29.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.