+6.1 Prinċipji ġenerali
---+84. Il- pjanijiet żviluppati f’konformità mal - Artikolu 76(2) tad - Direttiva 2013/36/UE huma …
---+85. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - …
---+86. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet u l - miri tagħhom ikunu integrati sew …
---+87. Fid- dawl tal - obbligu tal - istituzzjonijiet li jiżguraw li l - arranġamenti, il - proċessi u …

6.1 Prinċipji ġenerali

6.1 Prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
84. Il- pjanijiet żviluppati f’konformità mal - Artikolu 76(2) tad - Direttiva 2013/36/UE huma …

Il- pjanijiet żviluppati f’konformità mal - Artikolu 76(2) tad - Direttiva 2013/36/UE huma prodott tal - proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni deskritt fit - Taqsima 6.3 u għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal - ambjent tan - negozju li tħares ’il quddiem u proċess komprensiv ta’ ppjanar strateġiku fi ħdan l - istituzzjonijiet. Dawn għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l - azzjonijiet strateġiċi u l - għodod għall - ġestjoni ta r- riskji mnedija mill - istituzzjonijiet biex juru kif jiżguraw ir- robustezza tagħhom lejn ir - riskji tal - ESG u t - tħejjija għat - tranżizzjoni lejn ekonomija klimatika u ambjentalment reżiljenti u aktar sostenibbli.

85. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet tagħhom jindirizzaw aspetti tal - ġestjoni tar - riskji tal - ESG li jħarsu ’l quddiem filwaqt li jkunu konsistenti ma’ rekwiżiti applikabbli oħra inklużi dawk relatati mad - diliġenza dovuta, ir - rappurtar dwar is - sostenibbiltà, u l - azzjonijiet strateġiċi biex tiġi żgurata l - kompatibbiltà tal - mudelli kummerċjali mat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. B’mod partikolari, il - pjanijiet għandhom jinkludu objettivi, azzjonijiet u miri fir - rigward tal - mudell tan - negozju u tal - istrateġija tal - istituzzjoni li jkunu konsistenti mal- pjanijiet divulgati skont l - Artikolu 19a jew l - Artikolu 29a tad - Direttiva 2013/34/UE, fejn applikabbli, u ma’ objettivi jew impenji relatati mal -ESG li l- istituzzjonijiet huma meħtieġa jissodisfaw permezz ta’ liġi jew regolament, kif ukoll dawk li huma jkunu stabbilixxew b’mod volontarju. Meta l - istituzzjonijiet jiddivulgaw pjanijiet f’konformità mal - Artikolu 19a, il - paragrafu 2(a)(iii) jew l - Artikolu 29a, il - paragrafu 2(a)(iii) tad - Direttiva 2013/34/UE, għandhom jikkunsidraw li jużaw mill - ġdid l - informazzjoni rilevanti diġà disponibbli bħala l - ewwel pass.

86. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet u l - miri tagħhom ikunu integrati sew …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - pjanijiet u l - miri tagħhom ikunu integrati sew fl - istrateġiji tan - negozju tagħhom u li jkunu allinjati u konsistenti mal - istrateġiji tar - riskju u tal - finanzjament tagħhom, mal - aptit għar - riskju, mal - ICAAP u mal - qafas tal - ġestjoni tar - riskji kif stabbilit fit - Taqsima 5. L- estensività tal - arranġamenti ta’ governanza, il - proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni, u l - grad ta’ sofistikazzjoni tal - objettivi, il - miri u l - metriċi tal - pjanijiet għandhom jirriflettu n - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attività tal - istituzzjonijiet u l - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom tar - riskji tal -ESG.

87. Fid- dawl tal - obbligu tal - istituzzjonijiet li jiżguraw li l - arranġamenti, il - proċessi u …

Fid- dawl tal - obbligu tal - istituzzjonijiet li jiżguraw li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi relatati mal - pjanijiet tagħhom ikunu konsistenti u integrati sew, inkluż fis - sussidjarji tagħhom stabbiliti barra mill - Unjoni, u l - obbligu ta’ dawk is - sussidjarji li jkunu kapaċi jipproduċu data u informazzjoni rilevanti għall - fini ta’ superviżjoni tal - pjanijiet konsolidati f’konformità mal - Artikolu 109(2) tad - Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet omm għandhom iqisu r - riskji tal - ESG li għalihom is - sussidjarji stabbiliti barra mill - Unjoni jkunu materjalment esposti meta jelaboraw u jimplimentaw il - pjan konsolidat, billi jqisu l - leġiżlazzjoni lokali applikabbli u l - objettivi regolatorji tal - ESG, u għandhom ikunu kapaċi juru approċċ konsolidat infurmat sew.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.