+90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …
|
90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …
Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża f’konformità mat - Taqsima 5.4: - a) l- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li tistabbilixxi djalogu mal - kontropartijiet dwar l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom stess u tivvaluta l - konsistenza mal - objettivi u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, abbażi ta’ politiki ċari ta’ involviment kif stabbilit fil - paragrafu 109e(i). Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - persunal rilevanti jkollu biżżejjed għarfien espert u kapaċitajiet biex jivvaluta l - punt sa fejn l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tal - kontropartijiet, inklużi l - pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom fejn disponibbli, se jtejbu r - reżiljenza tagħhom għar - riskji tal - ESG u jallinjaw mal - miri tal - istituzzjoni;
- b) il- funzjoni tal - immaniġġjar tar - riskji għandha tiżgura li l - limiti tar - riskji stabbiliti fid - dikjarazzjoni tal - aptit għar - riskju bħala parti mill - qafas tal - immaniġġjar tar - riskju jkunu konsistenti mal - aspetti kollha tal - pjan tal - istituzzjoni, inklużi l - politiki settorjali;
- c) il- kapaċità tal - awditjar intern għandha tirrieżamina l - pjan tal - istituzzjoni bħala parti mill- qafas ta’ ġestjoni tar - riskji u jivvaluta jekk jikkonformax mar - rekwiżiti legali u regolatorji u jekk huwiex konsistenti mal - istrateġija għar - riskju u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal - ESG. Għal dan il - għan, il - kapaċità tal - awditjar intern għandha tikkunsidra jekk il - pjan jippermettix lill - istituzzjoni tidentifika u tindirizza bidliet fil - profil tar - riskju tagħha, kif l - istituzzjoni tindirizza devjazzjonijiet mill- miri tagħha, u jekk is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji u l - kriterji sottostanti ntgħażlux u ntużawx b’integrità. 6.2.2. Il - proċessi interni u l - kapaċità interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|