+65. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell …

65. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell tan-negozju kurrenti tal-istituzzjoni biex jifhmu l-fatturi ewlenin ta’ suċċess u d-dipendenzi ewlenin tagħha. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu:

  • a. l-ambjent tan-negozju, billi jivvalutaw l-ambjent prospettiv li fih topera l-istituzzjoni bbażat fuq l-iskoperturi ġeografiċi u tan-negozju prinċipali jew materjali tagħha. Bħala parti minn din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw fehim tal-varjabbli makroekonomiċi ewlenin, ix-xejriet tas-suq, il-pajsaġġ kompetittiv u żviluppi rilevanti oħra (bħal bidliet regolatorji u legali);
  • b. dipendenzi interni u esterni ewlenin, billi jiġu vvalutati l-fatturi prinċipali eżoġeni u endoġeni li jistgħu jinfluwenzaw is-suċċess tal-mudell tan-negozju, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti assoċjati ta’ governanza u ta’ kontroll intern;
  • c. franchise u oqsma ta’ vantaġġ kompetittiv, billi jiġu vvalutati r-reputazzjoni tal-istituzzjoni u s-saħħa tar-relazzjonijiet mal-klijenti, il-fornituri u s-sħab, kif ukoll jekk hemmx oqsma fejn l-istituzzjoni għandha vantaġġ kompetittiv fuq il-pari tagħha;
  • d. appoġġ tal-ICT, billi jiġi vvalutat il-livell u l-adegwatezza tal-allinjament bejn l-ICT u n-negozju f’termini ta’ strateġija, objettivi, attivitajiet, riżorsi u funzjonijiet, u billi jiġi kkunsidrat jekk kwalunkwe tħassib relatat mal-ICT jistax ikollu impatt fuq l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju tal-istituzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.