+4.3. Valutazzjoni tar-robustezza tal-BMA u identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet
---+64. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwantitattivi tal-mudell …
---+65. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell …
---+66. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva …
---+67. Fl-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe indikazzjoni li l-mudell …
|
4.3. Valutazzjoni tar-robustezza tal-BMA u identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet
4.3. Valutazzjoni tar-robustezza tal-BMA u identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
64. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwantitattivi tal-mudell …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwantitattivi tal-mudell tan-negozju kurrenti tal-istituzzjoni biex jivvalutaw il-kapaċità tagħha li tiġġenera profitti aċċettabbli fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, fid-dawl tal-apptit għar-riskju tal-istituzzjoni u l-istrutturi tagħha ta’ finanzjament u kapital. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu: - a. fatturi ewlenin tal-profittabbiltà, inklużi x-xejriet, billi jiġu vvalutati l-elementi sottostanti tal-kapaċità tal-istituzzjoni li tiġġenera dħul, wara elementi ta’ eċċezzjoni u avvenimenti ta’ darba, id-diżaggregazzjoni tal-flussi tal-introjtu, id-diżaggregazzjoni u l-allokazzjoni tal-kostijiet, il-provvedimenti għall-indeboliment u l-proporzjonijiet ewlenin (eż. marġni tal-imgħax nett, kost/introjtu, indeboliment tas-self, u l-kost tar-riskju). Din il-valutazzjoni tista’ tiġi kkomplementata mill-analiżi tal-metriċi rilevanti ta’ profittabbiltà aġġustati għar-riskju (eż. Redditu fuq il-Kapital Allokat – ROAC, jew ir-Redditu Aġġustat għar-Riskju fuq ir-Redditu tal-Kapital - RAROC), fejn dawn ikunu disponibbli u meqjusa affidabbli;
- b. il-karta bilanċjali, inklużi x-xejriet, billi jiġu vvalutati t-taħlita ta’ assi u obbligazzjonijiet, l-istruttura tal-finanzjament, il-bidla fit-TREA u fil-fondi proprji, u l-proporzjonijiet ewlenin (eż. redditu fuq l-ekwità/assi, kapital tal-Grad 1, diskrepanza fil-finanzjament), kif ukoll il-konċentrazzjonijiet fil-P&L u fil-karta bilanċjali relatati mal-klijenti, is-setturi u l-ġeografiji;
- c. l-aptit u l-livelli ta’ tolleranza għar-riskju, billi jiġu vvalutati l-limiti formali stabbiliti mill-istituzzjoni skont it-tip ta’ riskju u l-konformità magħhom biex jifhmu r-riskji li l-istituzzjoni hi lesta tieħu biex tmexxi l-prestazzjoni finanzjarja tagħha u tiżgura r-reżiljenza operazzjonali. Dan għandu jkopri wkoll it-tolleranza tal-impatt għat-tfixkil tal-ICT.
|
|
65. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-mudell tan-negozju kurrenti tal-istituzzjoni biex jifhmu l-fatturi ewlenin ta’ suċċess u d-dipendenzi ewlenin tagħha. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu: - a. l-ambjent tan-negozju, billi jivvalutaw l-ambjent prospettiv li fih topera l-istituzzjoni bbażat fuq l-iskoperturi ġeografiċi u tan-negozju prinċipali jew materjali tagħha. Bħala parti minn din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw fehim tal-varjabbli makroekonomiċi ewlenin, ix-xejriet tas-suq, il-pajsaġġ kompetittiv u żviluppi rilevanti oħra (bħal bidliet regolatorji u legali);
- b. dipendenzi interni u esterni ewlenin, billi jiġu vvalutati l-fatturi prinċipali eżoġeni u endoġeni li jistgħu jinfluwenzaw is-suċċess tal-mudell tan-negozju, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti assoċjati ta’ governanza u ta’ kontroll intern;
- c. franchise u oqsma ta’ vantaġġ kompetittiv, billi jiġu vvalutati r-reputazzjoni tal-istituzzjoni u s-saħħa tar-relazzjonijiet mal-klijenti, il-fornituri u s-sħab, kif ukoll jekk hemmx oqsma fejn l-istituzzjoni għandha vantaġġ kompetittiv fuq il-pari tagħha;
- d. appoġġ tal-ICT, billi jiġi vvalutat il-livell u l-adegwatezza tal-allinjament bejn l-ICT u n-negozju f’termini ta’ strateġija, objettivi, attivitajiet, riżorsi u funzjonijiet, u billi jiġi kkunsidrat jekk kwalunkwe tħassib relatat mal-ICT jistax ikollu impatt fuq l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju tal-istituzzjoni.
|
|
66. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomplementaw l-analiżi billi jwettqu analiżi prospettiva (kemm kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva) tal-projezzjonijiet finanzjarji u tal-pjan strateġiku tal-istituzzjoni biex jifhmu s-suppożizzjonijiet u d-dipendenzi sottostanti, il-plawżibbiltà u r-riskju tal-istrateġija tan-negozju tagħha. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu: - a. l-istrateġija globali u l-fatturi ewlenin ta’ suċċess, billi jiġu vvalutati l-objettivi ta’ ġestjoni kwantitattivi u kwalitattivi prinċipali u d-diskrepanza bejn il-mudell tan-negozju previst – wara l-eżekuzzjoni – u l-mudell kurrenti;
- b. il-prestazzjoni finanzjarja pproġettata, billi jiġu vvalutati l-plawżibbiltà u l-konsistenza tas-suppożizzjonijiet magħmula mill-istituzzjoni li jixprunaw l-istrateġija u l-previżjonijiet tagħha;
- c. il-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni, billi jiġu vvalutati r-rekord tal-maniġment fit-twettiq ta’ strateġiji u previżjonijiet preċedenti, kif ukoll il-kapaċità globali tal-istituzzjoni li tuża vantaġġi kompetittivi u fatturi ewlenin ta’ suċċess biex twettaq in-negozju tagħha u tiġġenera redditi b’mod effettiv. Bħala parti minn din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw:
- i. l-adegwatezza tal-qafas ta’ allokazzjoni tal-kostijiet - f’termini ta’ adegwatezza biex jirrifletti l-profittabbiltà tal-linji/unitajiet operatorji;
- ii. il-qafas tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-fondi – f’termini ta’ determinazzjoni adegwata tal-komponent tal-introjtu nett għal kull linja/unità operatorja, prodott u klijent;
- iii. il-qafas tal-ipprezzar tas-self – f’termini ta’ governanza adegwata tal-proċess tal-ipprezzar tas-self, il-metodoloġija tal-ipprezzar, kunsiderazzjoni xierqa tal-komponenti kollha tal-ipprezzar tas-self, u l-monitoraġġ ex post tal-profittabbiltà u r-rapportar tad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar tal-prodotti;
- iv. il-qafas ta’ kondiviżjoni tad-dħul bejn istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni li huma parti minn gruppi ta’ pajjiżi terzi u entitajiet oħra ta’ dak il-grupp stabbiliti barra mill-Unjoni u li ma humiex ikkonsolidati mill-impriża omm tal-UE – f’termini ta’ kondiviżjoni ġusta tal-P&L bejn l-entitajiet jew il-linji operatorji li jipparteċipaw fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-tranżazzjonijiet u tal-governanza adegwata.
|
|
67. Fl-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe indikazzjoni li l-mudell …
|
Fl-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe indikazzjoni li l-mudell u l-attivitajiet tan-negozju jwasslu għal riskji akbar tal-ML/TF, inklużi attivitajiet relatati ma’ kriptoassi jew it-teħid ta’ depożiti jew l-istabbiliment jew l-użu ta’ entitajiet ġuridiċi f’pajjiżi terzi b’riskju għoli, kif identifikati f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849. Fejn preżenti, dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu kkomplementati b’analiżi kwantitattiva, kif xieraq, b’fokus partikolari fuq il-materjalità tad-dħul u l-introjtu minn operazzjonijiet immexxija f’tali pajjiżi terzi b’riskju għoli, il-konċentrazzjonijiet ta’ skoperturi għall-klijenti li għalihom l-istituzzjoni tapplika diliġenza dovuta msaħħa tal-klijenti kif stabbilit fil-Kapitolu II, it-Taqsima 3 tad-Direttiva 2015/849. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni mas-superviżur fil-qasam tal-AML/CFT dwar dawn l-indikazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 59.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|