+100. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx …
|
100. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx …
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx aggregazzjoni xierqa ta’ data tar-riskju u kapaċitajiet ta’ rapportar tar-riskju proporzjonati għall-profil tar-riskju u l-importanza sistemika tagħha. Meta jkunu qed jirrieżaminaw il-kapaċitajiet tal-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji tal-BCBS 239 għall-aggregazzjoni effettiva tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju25 għall-istituzzjonijiet sorveljati li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni hijiex kapaċi tiġġenera data u rapportar dwar ir-riskju preċiżi, konsistenti, kompleti u affidabbli għall-istituzzjoni kollha, filwaqt li jkopru r-riskji materjali kollha, u jirriflettu b’mod xieraq il-profil tar-riskju u l-ħtiġijiet tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni, u jekk dawn jistgħux jiġu aggregati u jsiru disponibbli fil-ħin u b’mod flessibbli għall-korp maniġerjali u għall-maniġment superjuri. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx stabbilixxiet sistema effettiva ta’ informazzjoni maniġerjali u rapportar fil-grupp kollu applikabbli għall-unitajiet operatorji u l-entitajiet legali kollha, u jekk din l-informazzjoni hijiex disponibbli fil-ħin għall-korp maniġerjali tal-impriża omm tal-istituzzjoni.
25 Kumitat ta’ Basel dwar il-Prinċipji tas-Superviżjoni Bankarja għal aggregazzjoni effettiva tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju (BCBS 239).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|