+5.7. Sistemi tal-ICT, aggregazzjoni tad-data tar-riskju u rapportar tar-riskju
---+99. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk is-sistemi tal-ICT tal-istituzzjoni humiex …
---+100. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx …
---+101. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni …
|
5.7. Sistemi tal-ICT, aggregazzjoni tad-data tar-riskju u rapportar tar-riskju
5.7. Sistemi tal-ICT, aggregazzjoni tad-data tar-riskju u rapportar tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
99. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk is-sistemi tal-ICT tal-istituzzjoni humiex …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk is-sistemi tal-ICT tal-istituzzjoni humiex affidabbli, reżiljenti u adegwati biex ikejlu, jivvalutaw u jirrapportaw dwar id-daqs, il-kompożizzjoni u l-kwalità tal-iskoperturi fit-tipi ta’ riskju, il-prodotti u l-kontropartijiet kollha tal-istituzzjoni, u jappoġġawx b’mod sħiħ il-kapaċitajiet ta’ aggregazzjoni tad-data tar-riskju fi żminijiet normali u fi żminijiet ta’ stress.
|
|
100. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiżviluppax u żżommx aggregazzjoni xierqa ta’ data tar-riskju u kapaċitajiet ta’ rapportar tar-riskju proporzjonati għall-profil tar-riskju u l-importanza sistemika tagħha. Meta jkunu qed jirrieżaminaw il-kapaċitajiet tal-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji tal-BCBS 239 għall-aggregazzjoni effettiva tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju25 għall-istituzzjonijiet sorveljati li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni hijiex kapaċi tiġġenera data u rapportar dwar ir-riskju preċiżi, konsistenti, kompleti u affidabbli għall-istituzzjoni kollha, filwaqt li jkopru r-riskji materjali kollha, u jirriflettu b’mod xieraq il-profil tar-riskju u l-ħtiġijiet tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni, u jekk dawn jistgħux jiġu aggregati u jsiru disponibbli fil-ħin u b’mod flessibbli għall-korp maniġerjali u għall-maniġment superjuri. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx stabbilixxiet sistema effettiva ta’ informazzjoni maniġerjali u rapportar fil-grupp kollu applikabbli għall-unitajiet operatorji u l-entitajiet legali kollha, u jekk din l-informazzjoni hijiex disponibbli fil-ħin għall-korp maniġerjali tal-impriża omm tal-istituzzjoni.
25 Kumitat ta’ Basel dwar il-Prinċipji tas-Superviżjoni Bankarja għal aggregazzjoni effettiva tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju (BCBS 239).
|
|
101. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni japprovax il-qafas tal-aggregazzjoni tad-data dwar ir-riskju u tar-rapportar tar-riskju tal-istituzzjoni u jissorveljax l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, inkluż l-użu ta’ riżorsi adegwati biex jappoġġaw dawn l-isforzi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-kapaċitajiet tal-istituzzjoni għall-aggregazzjoni tad-data dwar ir-riskju u l-prattiki tagħha ta’ rapportar tar-riskju humiex ivvalidati f’konformità mal-qafas ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|